Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #38700 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST ta' Ħal Qormi — nuqqas ta' canteen

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-MCAST ta' Ħal Qormi jinsab mingħajr head mistress? Jista' jgħid għaliex dan l-MCAST jinsab mingħajr canteen għall-istudenti u allura qed ikollhom joħorġu mill-premises biex imorru jixtru mill-ħwienet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttriċi ta’ dan l-Istitut m’hijiex tidħol għax-xogħol sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa dwar investigazzjoni interna li saret fil-ġimgħat li għaddew. Sadanittant, dan l-Istitut m’huwiex nieqes mis-servizz ta’ Direttur, hekk kif ir-responsabbilitajiet marbutin ma’ dan ix-xogħol temporanjament ingħataw f’idejn wieħed mill-lekċerers. L-Istitut imsemmi m’għandux ‘canteen’. Ma jidhirx li n-numru żgħir ta’ studenti li jattendu lezzjonijiet f’dan l-Istitut qatt għamlu talba lill-amministrazzjoni tal-MCAST biex ikun hemm ‘canteen’. L-istudenti għandhom għadd ta’ ‘vending machines’ li minnhom jistgħu jixtru ‘snacks’ u xorb.

ITS — studenti li attendew l-ITS fis-snin 2007/2008

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm, kull sena, studenti full-time u part-time fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi mis-sena akkademika 2007/2008 sa dik kurrenti sena b'sena? Kemm intefqu sena b'sena fuq stipendji għall-istudenti tal-ITS mis-sena akkademika 2007/2008 sa dik kurrenti? Kif inhuma meqjusa n-numru ta' persuni li jattendu għall-korsijiet qosra bħal dawk tal-Food Handlers A u B li huma ta' erba' u tmien sigħat rispettivament, bħala full-time jew part-time? Kemm attendew f'dawn il-korsijiet persuni sena b'sena mis-sena akkademika 2007/2008 sa dik kurrenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #38717 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Handymen u cleaners fl-iskejjel statali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' handymen u cleaners f'kull skola ta' kull kulleġġ fl-iskejjel statali primarji, sekondarji u tar-resource centres?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #38758 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Servizz ta' appoġġ wara l-ħin tal-iskola

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti s-servizz ta' appoġġ u ħarsien wara l-ħin tal-iskola? Dan is-servizz huwa issusidjat għal dawk il-ġenituri li ma jistgħux iħallsu r-rata ta' €1.20 fis-siegħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-servizz ta’ appoġġ u ħarsien wara l-ħin tal-iskola – Klabb 3-16 - jiġi pprovdut mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES). Dan is-servizz tnieda f’Ottubru tal-2009 u jiġi pprovdut minn ġewwa l-bini tal-iskejjel. Bħalissa is-servizz jingħata minn 8 lokalitajiet u għaddej xogħol ta’ preparazzjoni biex jinfetħu aktar ċentri fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin (total ta’ 29 ċentru f’Malta u Għawdex). Klabb 3-16 huwa maħsub għat-tfal kollha tal-iskola (li jattendu skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Independenti) u huwa miftuħ is-sena kollha inkluż fil-vaganzi tal-iskola. Is-servizz ikopri l-ħin ta’ wara l-iskola u jinkludi programm t’attivitajiet edukattivi fejn it-tfal jistgħu jlestu l-homework u jieħdu sehem f’attivitajiet edukattivi u ta’ gost f’ambjent stimulanti u san b’superviżjoni adekwata. Is-servizz huwa offrut mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-2.30 ta’ wara nofsinhar u s-6.00 ta’ filgħaxija matul il-ġranet tal-iskola, u mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-7.15 ta’ filgħodu u l-5.15 ta’ filgħaxija fi ġranet ta’ vaganzi (eż. il-vaganzi tas-sajf). Dan is-servizz huwa bi ħlas u l-ġenituri jħallsu rata ta’ €1.20 fis-siegħa. Dawk il-ġenituri li ma jistgħux iħallsu din ir-rata jistgħu japplikaw mal-Fondazzjoni għal sussidju.
Leg 11 PQ #38789 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

sportivi li bbenefikaw minn skema

Question

Tista' l-Mnistru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' sportivi li qed jibbenefikaw mill-iskema ta' 20/20 introdotta fil-budget tas-sena l-oħra? Kemm minn dawn l-isportivi jaħdmu mal-gvern jew korporazzjonijiet tiegħu u kemm jaħdmu mal-privat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ sportivi li jaħdmu mal-Gvern u li qed jibbenefikaw mill-iskema 20/20 jammontaw għal tmienja, filwaqt li dawk li jaħdmu mal-privat jammontaw għal disgħa.
Leg 11 PQ #38692 Sitting 533 2012-12-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Learning Support Assistants

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hemm tfal li qed jingħataw is-servizz ta' Learning Support Assistants f'kull waħda mill-iskejjel tal-gvern tat-12-il distrett elettorali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa n-numru ta’ tfal li qed jingħataw s-servizz ta’ Learning Support Assistant fl-iskejjel tal-gvern tat-tnax-il distrett elettorali huwa kif jidher hawn taħt: Skola Primarja Mellieħa - 29 student Skola Primarja San Pawl il-Baħar - 40 student Skola Primarja Naxxar - 30 student Skola Sekondarja Subien Naxxar - 24 student
Leg 11 PQ #38693 Sitting 533 2012-12-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skejjel tal-Knisja — Learning Support Assistants

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hemm Learning Support Assistants li qed jaħdmu fl-iskejjel tal-Knisja u dawk privati separatment? Tista' tagħti tagħrif dwar jekk hemmx iktar talbiet minn dawn l-iskejjel għal tali servizz? Jekk iva kemm hemm talbiet, u f'liema livell tal-edukazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — Spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tagħha għamel il-ministeru tagħha matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-ispiża fuq il-mobile phone tal-Ministru matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012 kien ta’ €1377.58 u l-ispiża ta’ fuel għal karozza tal-Ministru matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru huwa ta’ €794.44.
Leg 11 PQ #38467 Sitting 532 2012-12-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Youth Inc. — Courses mal-ETC

Question

Tista l-Ministru tgħid x’sar minnhu l-programm Youth Inc. fejn kien imwiegħed tmien ġimgħat youth skills plus courses mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Veru li l-courses qatt ma saru? Veru li bħala youth skills dawn qed jittieħdu outings biss?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Youth.inc beda f'Jannar 2011 u għadu sejjer. Il-programm jikkonsisti f'Life skills , Literacy and Numeracy skills , esperjenza to tnax-il ġimgħa fuq post tax-xogħol, attivitajiet kulturali u edukattivi u korsijiet oħra mnedija mill-ETC u minn entitajiet edukattivi oħra, skont il-ħtiġijiet u l-għażliet personali ta' kull student. Minn Ottubru 2012 saru numru ta’ sessjonijiet ta’ life skills mill- Professional Youth Support Workers . Saru wkoll food handling courses kif ukoll job skills bħala preparazzjoni għall-esperjenza fuq il-post tax-xogħol. Mid-19 ta' Novembru, bdew it-tnax-il ġimgħa esperjenza fid-dinja tax-xogħol ( Work placement ), skont l-għażla ta' kull student. Wara dan it-taħriġ hu ppjanat li jibdew il-korsijiet fi Numeracy, Literacy u IT .
Leg 11 PQ #38631 Sitting 532 2012-12-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skejjel primarji f'Għawdex — post ta' assistant head

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm l-interviews saru, il-post għal assistant head għall-iskola primarja f'Għawdex għadu ma ġiex magħżul? Tista' tikkonferma li nħoloq post ieħor ta' assistant head f'Għawdex peress li l-headmaster tal-iskola taż-Żebbuġ Għawdex laħaq assistant head?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-riżultat għal din is-sejħa kien ippublikat fid-29 ta’ Novemberu 2012 u immedjatament inbeda l-proċess finali li għandu jwassal għal ħatra fil-grad ta’ Assistent Kap. Il-mistoqsija dwar il-Kap tal-iskola Primarja taż-Żebbuġ jidher li mhix korretta għaliex kap ta’ skola ma jistax ‘jilħaq Assistent Kap’. Il-Kap tal-iskola taż-Żebbuġ, Għawdex laħaq Assistent Direttur u floku diġa ġie identifikat Aġent Kap biex imexxi l-iskola.
Leg 11 PQ #38632 Sitting 532 2012-12-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

talba għal review ta' studenta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 37128, issa li d-dokumenti kollha ġew sottomessi, tista' l-Ministru tara li t-talba ta' din l-istudent għall-għajnuna tiġi ipproċessata kemm jista' jkun malajr?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Bord tal-Appell sal-lum għadu ma rċieva l-ebda talba biex issir ir-review tal-każ.

AAT Diploma in Accounting — studenti bla għalliem

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-kors fl-MCAST tal-AAT Diploma in Accounting ilhom bla għalliem tal-Ingliż mill-bidu tas-sena skolastika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-bidu tas-sena akkademika kien jeħtieġ li jiġu impjegati għadd ta’ għalliema tal-Ingliż ġodda. Fis-sajf saru l-intervisti meħtieġa. Il-persuna li ntgħażlet u ġiet allokata għall-istudenti tal-kors imsemmi għall-ewwel uriet interess fil-post u talbet għal xi ġimgħat ta’ ‘notice’. Iżda waqt dawn il-ġimgħat, din l-għalliema infurmat lill-MCAST li m’għadiex interessata fl-impjieg. L-MCAST minnufih beda proċess biex jingaġġa persuna oħra għal dan ix-xogħol. L-għalliema l-ġdida bdiet il-lezzjonijiet b’mod regolari din il-ġimgħa. Minkejja din id-diffikulta’ li l-MCAST ma kellux kontroll fuqha, l-istudenti xorta waħda se jieħdu l-lezzjonijiet kollha tal-Ingliż hekk kif ippjanati għalihom bħala parti mill-kors.

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — materjal informattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tagħha matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #38437 Sitting 531 2012-12-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Qasam Sportiv — boroż ta' studju

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-boroz ta' studju li ngħataw fil-qasam sportiv fl-2012 bil-għan li dawk li jippromettu u jifilħu jkomplu jinvestu fil-ħiliet sportivi tagħhom anke barra minn pajjiżna u x'kienet l-ispiża?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-2012 ingħataw erbatax-il borża ta’ studju fl-isport u oqsma relatati miegħu. L-ispiża ta’ dawn il-boroż ta’ studju qed tiġi ffinanzjata permezz ta’ fond maħluq apposta, liema fond ilaħħaq €100,000.
Leg 11 PQ #38438 Sitting 531 2012-12-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Taħriġ u kompetizzjonijiet ma' vetturi li jipparteċipaw fil-hill climbs

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal l-iżvilupp ta' korsa adegwata għat-taħriġ u kompetizzjonijiet marbuta mal-karting, mini motos, quadbikes, motards, scooters u kif ukoll tuning ta' vetturi li jipparteċipaw fil-hill climbs? Tista' tgħid x'kienet l-ispiża?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 34175. Inżid li minn dakinhar il-MEPA approvat l-iżvilupp ta’ trakk għall-karting fuq l-art amministrata mill-Island Karting Club.
Leg 11 PQ #38490 Sitting 531 2012-12-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skola sekondarja Santa Luċija — sala u gym

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk u meta l-iskola sekondarja ta' Santa Luċija se jkollha sala u gym tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-iskola sekondarja ta’ Santa Luċia għandu jkun hemm faċilita’ li sservi bħala multi-purpose hall. Dan ix-xogħol hu meqjus bħala priorità iżda data għax-xogħol għadha ma ġietx stabbilita.

nies jirreġistraw għax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tipprovdi statistika fir-rigward ta'nies jirreġistraw għax-xogħol għall-perjodu Novembru 2011-2012, li tindika kemm qed jirreġistraw għax-xogħol minħabba redundancy? Qatt sabu xogħol? Kemm ilhom jirreġistraw u x'tip ta' xogħol qed jirreġistraw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #38572 Sitting 531 2012-12-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti Għawdxin li gradwaw mill-Università ta' Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti Għawdxin iggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2011/2012 mill-Università ta’ Malta? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont il-grad li ħadu? Tista’ tgħid kemm minnhom segwew l-kors tagħhom fiċ-Ċentru ta’ Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #38574 Sitting 531 2012-12-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti li għandhom ir-residenza f'Għawdex li iggradwaw mill-MCAST

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 38445 u tgħid kemm studenti li għandhom ir-residenza f’Għawdex iggradwaw mill-MCAST fl-aħħar tas-sena 2011-2012? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont l-Istitut, il-kors u l-Livell? Tista’ tagħti l-istess tagħrif dwar studenti residenti f’Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #38606 Sitting 531 2012-12-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — nuqqas ta' għalliema

Question

Tista' l-Minsitru tgħid x’inhi r-raġuni li fil-course tal-mechanical engineering fl-MCAST kemm fil-foundation u anki levels 1-2-3 spiss qed jiġri li xi għalliema ma jitfaċċjawx? Għalxiex huwa dovut dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-korsijiet tal-Livelli 1,2 u 3 tal-Istitut tal-Inġinerija Mekkanika ġewwa l-MCAST, l-uniċi każijiet fejn lezzjonijiet kienu posposti kienu meta l-lekċerers irrappurtaw ‘morda’ u ħadu ‘sick leave’.