Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #31055 Sitting 434 2011-12-12 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulzija — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' xogħlijiet li l-Korp tal-Pulizija ta lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament? F'kull każ, jista' jgħid jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew direct order?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li mill-Korp tal-Pulizija ngħata xi xogħol lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament.

post li huwa struttutalment perikoluż u kkundanat

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pulizija ma ħaditx il-passi neċessarji biex il-fond, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li huwa strutturalment perikoluż u kkundanat u ta' periklu għal terzi jiġi rranġat mis-sidien qabel xi inċident li jista' jħalli xi vittmi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi rigward il-fond imsemmi bin-numru 36, il-Pulizija għamlet l-investigazzjonijiet neċessarji sabiex jiġi stabbilit it-tip ta' periklu eżistenti kif ukoll sabiex jiġi stabbilit l-identita' tas-sidien ta' dan il-post u ħadet dawk il-passi kollha neċessarji sabiex is-sidien ta' dan il-fond jiġu intimati skont il-Liġi preżenti sabiex ineħħu l-perikolu eżistenti li hemm. Iżda, minkejja sforzi f'dan ir-rigward, is-sidien baqgħu ma neħħewx dan il-perikolu u għalhekk ser jittieħdu proċeduri kontra tagħhom fil-Qrati tal-Ġustizzja immedjatament. Rigward il-fond bin-numru 35, il-Pulizija qatt ma kienet irċeviet rapport dwaru u għalhekk, issa li l-Pulizija giet mgħarrfa b'dan, se jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jitneħħa dan il-perikolu wkoll.
Leg 11 PQ #30956 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

nies li mietu b'inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies b'inċidenti tat-traffiku f'dawn l-aħħar tletin sena u ċioè mis-sena 1981 sal-2011 (l-aħħar sena sat-30 ta' Novembru 2011)? Kif kienu maqsumin dawn l-imwiet sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Intepellant beda jinżamm taħt forma kompjuterizzata mill-1998 kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Incidenti tat-Traffiku Fatali Vittmi Sena Xufier Passiggier Oħrajn Mhux Magħrufa Total 1998 3 1 10 14 1999 5 3 6 14 2000 8 4 3 15 2001 8 2 9 19 2002 8 3 6 17 2003 9 3 5 17 2004 9 2 3 14 2005 * 5 6 6 * 1 18 2006 6 1 4 11 2007 8 1 5 14 2008 10 2 3 15 2009 13 4 4 21 2010 8 5 3 16 2011 (till 30/11/2011) 7 1 9 17 Total 107 38 76 1 222 * Matul is-sena 2005 ma kienx determinat jekk vittma ta’ inċident tat-traffiku fatali kienx fil-fatt qed isuq jew inkella passiġġier fil-vettura nvoluta fl- inċident.
Leg 11 PQ #30957 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

banda tal-Pulizija — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tifforma l-banda tal-Pulizija fil-preżent? Kemm hemm persuni fid-Drill Team? Kemm hemm persuni fil-Guard of Honour?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri fil-Banda Tal-Pulizija hu ta’ 58, fil-Precision Drill Team hu ta’ 29, filwaqt li fl-aħħar Guard of Honour li saret fit-12 ta' Lulju ta’ din is-sena, in-numru ta’ membri kien ta’ 65.
Leg 11 PQ #30959 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — Dog Section

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-preżent hemm klieb fid-Dog Section tal-Korp tal-Pulizija? Għal liema xogħol huma mħarrġa dawn il-klieb?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent it-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija għandha 25 kelb mħarrġa fuq tfittix ta’ splussiv, droga u xogħol ta’ protezzjoni.
Leg 11 PQ #30960 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti tal-Ġustizzja Amministrattiva — Kontijiet tal-Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mgħoddija Appelli minn kontijiet tal-Income Tax lill-Qorti tal-Ġustizzja Amministrattiva meta ġie xolt il-Bord li kien jisma dawn l-Appelli qabel? Kemm daħlu appelli ġodda minn meta sar dak it-trasferiment? Kemm-il każ kien beda jinstema' sat-30 ta' Novembru 2011? Kemm-il sentenza ngħatat mill-imsemmija Qorti f'Appelli tal-Income Tax minn meta bdiet taħdem?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ġew mgħoddija tnejn u tmenin (82) appell mill-Income Tax lit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva meta ġie xolt il-Bord li kien jisma’ dawn l-appelli qabel. Minn meta sar dan it-trasferiment, jiġifieri mill-1 ta’ Ġunju 2010, kien hemm tmintax-(18) il każ ġdid. Sat-30 ta’ Novembru 2011, il-kazijiet kollha, kemm dawk trasferiti u kemm dawk introdotti ġodda bdew jinstemgħu mit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva. Infurmat ukoll illi sallum ingħatat sentenza waħda in parte u sbatax-(17) il appell ġew ċeduti.
Leg 11 PQ #30999 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni akkużati bir-reat ta' pussess sempliċi tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti akkużati bir-reat ta' pussess sempliċi tad-droga, fl-aħħar ħames snin u għal liema pieni ġew ikkundannati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti akkużati bir-reati ta' possess sempliċi ta' droga fl-aħħar 5 snin huwa hekk kif riprodott hawn taħt: * sa l-aħħar ta' Novembru Qed inqiegħed wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #31000 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

informazzjoni dwar raids fuq nassaba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru raids fuq nassaba li kienu qed jonsbu għall-għasafar tal-għana mill-1 t’Ottubru 2011 sal-aħħar ta’ Novembru 2011 u jindika kemm saru f’Malta u kemm saru f’Għawdex? Jista’jgħid kemm ġew misjuba xbieki f’dawn ir-raids u kemm ġew elevate mill-istess Pulizija Eżekuttiva? Jista’ jgħid ukoll kemm instabu għasafar f’gabjetti mill-Pulizija Eżekuttiva fil-viċinanzi ta’ imnasab abbandunati, kemm minn dawn l-għasafar ġew meħlusa mill-Pulizija u kemm iddaħħlu d-Depot tal-Pulizija? Jista' jippreċiża x’sar minnhom dawn l-għasafar? Min kienu l-uffiċjali tal-Administrative Law Enforcement li ħadu parti f’dawn l-operazzjonijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet għal persuni li jinqabdu bi ksur ta’ xi provvedimenti tar-Regolamenti dwar il-kaċċa u l-insib f'diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex, inkluż fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant. Filfatt mill-1 t’Ottubru 2011 sal-aħħar ta’ Novembru 2011 saru 292 spezzjoni f’Malta u 46 f’Għawdex marbuta ma’ din l-attivita'. Waqt dawn l-ispezzjonijiet instabu u ġew elevati 62 xibka. Fl-istess perjodu l-għasafar misjuba mill-Pulizija abbandunati fuq l-imnasab kien ta’ 186. Dawn l-għasafar kollha ġew meħlusa mill-Pulizija ħlief għal 6 li ġew mgħoddija lil MEPA peress li kienu korruti. Il-membri kollha tal-ALE kienu nvoluti, f’xi jum jew ieħor matul il-perjodu msemmi, fit-twettiq ta’ dawn l-ispezzjonijiet.
Leg 11 PQ #31001 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

talbiet għat-tibdil tal-imħallef fit-termini tal-artiklu 195 tal-Kap 12

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-1 t’Ottubru 2011 saru talbiet għat-tibdil tal-imħallef fit-termini tal-artiklu 195 tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta? Jista’ jgħid għas-snin 2010 u 2011 kemm inqatgħu kawżi dwar VAT u kemm inqatgħu kawżi dwar taxxa quddiem il-Maġistrat Dr Doreen Clarke? Jista’ jindika f’kemm minn dawn il-kawżi l-akkużati ġew liberati, kemm ġew irtirati u kemm instabu ħatja? Jista’ jgħid kemm-il rikors ġie ppreżentat quddiem il-Maġistrat konċernanti kawżi ta’ VAT fejn intalbet il-maħfra u jindika min hu l-Maġistrat u kemm ġew milqugħa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Rigward l-ewwel parti tad-domanda ninsab infurmat illi fir-Reġistru tal-Qrati ma ġie ippreżentat l-ebda rikors fit-termini tal-Artikolu 195 tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta. It-tabella ta’ hawn taħt turi kemm, quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali ippreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, ġew deċiżi kawżi tal-VAT u tal-Income Tax u kemm minn dawn il-kawżi, l-akkużati ġew liberati, kemm ġew irtirati u kemm ġew misjuba ħatja. VAT DEĊIŻI LIBERATI IRTIRATI MISJUBA ĦATJA 2010 2788 217 1878 693 2011 (sa Novembru) 1906 39 1454 413 INCOME TAX DEĊIŻI LIBERATI IRTIRATI MISJUBA ĦATJA 2010 143 5 114 24 2011 (sa Novembru) 656 35 572 49 Rigward l-aħħar parti tad-domanda, quddiem l-istess Magistrat, matul is-sena 2010, ġew ippreżentati 9 rikorsi għal maħfra li l-ebda wieħed ma ġie milqugħ filwaqt li din is-sena ġew ippreżentati 3 rikors għal maħfra u ġie milqugħ wieħed.
Leg 11 PQ #31004 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti tal-Maġistrati — money laundering

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni fl-aħħar ħames snin akkużati bir-reat ta' money laundering u kemm minn dawn inħareġ att ta' akkuża fil-konfront tagħhom? Kemm intbagħtu sabiex jiġu ġudikati mill-Qorti tal-Maġistrati? Jista' jgħid fl-aħħar ħames snin kemm-il sentenza ngħatat dwar akkużi ta' money laundering? X'kienu l-ammonti ta' flus involuti u l-pieni inflitti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li minn statistika miżmuma mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, kien hemm 43 każ ta’ riċiklaġġ li dwarhom l-Avukat Ġenerali ħareġ Ordni sabiex jittieħdu proċeduri kriminali quddiem il-Qorti Kriminali filwaqt li f’każ wieħed ingħata Ordni mill-Avukat Ġenerali sabiex jittieħdu proċeduri kriminali quddiem il-Qrati tal-Maġistrati. Mit-tlieta u erbgħin (43) każ li nġiebu quddiem il-Qorti Kriminali, inħarġu kontro-ordni fi tmien każijiet. Sallum ingħataw seba’ sentenzi. Il-piena inflitta kif ukoll, fejn magħruf, l-ammont riċiklatt huma indikati fil-lista kif annessa.
Leg 11 PQ #31005 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Atti ta' akkużi irtirati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin kemm ġew irtirati atti t'akkużi u kemm minn dawn il-każijiet intbagħtu mill-Avukat Ġenerali sabiex jiġu ġudikati mill-Qorti tal-Maġistrati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi f'dawn l-aħħar ħames snin, jiġifieri bejn l-2006 u l-2011, ġew irtirati tmien (8) Atti ta' Akkuża li kienu ppreżentati mill-Avukat Ġenerali quddiem il-Qorti Kriminali. Minn dawn it-tmienja, sitta (6) ġew mibgħuta lill-Qorti tal-Maġistrati
Leg 11 PQ #31006 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Atti t'akkużi fuq drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin kemm inħarġu atti t'akkużi għal reati kontra l-liġijiet tad-drogi? X'kienu l-ammonti involuti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Atti ta' Akkużi għal reati kontra l-liġijiet tad-droga fl-aħħar ħames snin, fejn hemm ukoll mdaħħla t-tip ta' droga u f'numru ta' każijiet il-valur approsimattiv fis-suq kif ukoll il-piż tagħha.
Leg 11 PQ #30890 Sitting 430 2011-12-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — lista ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-Tenders ta' 'l fuq minn miljun ewro li kienu ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħtu fis-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kienu 3 kif jidher fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #30863 Sitting 429 2011-12-07 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

immigranti irregolari li ġew ripatrijati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm immigranti irregolari (boat people) li ġew ri-allokati matul l-2011? Lejn liema pajjiżi ġew ri-allokati? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin dawk li ġew ri-allokati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2011 sas-6 ta’ Diċembru, ġew rilokati jew risistemati 328 immigrant meqjusa bħala boat people,175 lejn l-Istati Uniti u 153 lejn il-Ġermanja. Il-persuni kienu ġejjin minn dawn il-pajjiżi: Eritrea – 170 Etjopja – 17 Somalja – 136 Sudan – 5 Kien hemm ukoll immigranta irregolari oħra, mhux meqjusa li ġiet bid-dgħajsa, li ukoll ġiet rilokata lejn Stat Membru tal-UE differenti taħt mekkaniżmu tal-UNHCR.

serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn serqiet fl-ewwel għaxar xhur tas-sena? Jista' jgħid jekk dan l-ammont ta' serqiet huwiex qed jiżdied jew huwiex inqas meta komparat mal-istess xhur fis-snin ta' qabel?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 7287 każ ta’ serq. It-tabella t'hawn taħt turi kif dan l-ammont jikkompara mal-istess xhur fis-snin ta’ qabel. 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 885 902 803 677 725 555 488 616 928 783 804 623 667 485 437 565 837 901 777 585 644 532 528 687 752 853 749 567 600 469 515 707 845 841 677 537 560 541 532 572 828 851 663 714 650 541 594 724 1268 1255 1188 1364 1010 832 1084 1127 1301 1296 1198 1157 911 855 919 935 932 987 843 661 617 564 670 712 892 944 783 711 589 540 696 642 9468 9613 8485 7596 6973 5914 6463 7287
Leg 11 PQ #30651 Sitting 427 2011-12-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Rapporti ta' abort

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29993 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm saru rapporti ta' abort?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellha ebda rapport ta' abort matul din is-sena.
Leg 11 PQ #30840 Sitting 427 2011-12-06 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

nies fil-Korp tal-Pulizija li qed jistudjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-Pulizija li ntbagħtu jistudjaw full-time mill-Korp tal-Pulizija f'dawn l-aħħar 15-il sena? X'kienu l-korsijiet li ġew segwiti b'suċċess minn dawn il-membri tal-Korp? Kemm minn dawn għadhom fil-fatt iservu fil-Korp?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-1997 sal-2003 kien hemm 100 Pulizija li kienu intbagħtu mill-Korp jistudjaw full-time. Minn dawn 55 għadhom iservu fil-Korp tal-Pulizija. Infurmat ukoll illi l-korsijiet li ġew segwiti kienu s-segwenti: BA Legal and Humanistics Studies BA Communications Bachelor of Commerce Certificate in Policing Degree of Laws (LL. D.) B. Psychology Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2004 il-Korp ma baqax jisponsorja lill-membri tal-Korp.
Leg 11 PQ #30841 Sitting 427 2011-12-06 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

cadets li jservu fil-Korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Korp tal-Pulizija rnexxielu jattira gradwati fir-rank ta' cadet minn barra l-Korp sena b'sena mill-1996 sas-sena 2010? Jista' jgħid kemm minn dawn għadhom iservu fl-istess Korp?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1996 u l-2010 kien hemm 48 gradwati li bdew il-karriera tagħhom fil-Korp tal-Pulizija bħala officer cadets kif jidher fit-tabella t-hawn taħt:- 1996 4 1998 8 2000 11 2003 9 2007 4 2010 12 48 Infurmat ukoll illi minn dawn, 27 għadhom iservu fil-Korp.
Leg 11 PQ #30842 Sitting 427 2011-12-06 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

policy minħabba karozzi abbandunati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx policy stabbilita min-naħa tal-Pulizija għal dawk li huma karozzi abbandunati ossia derelict cars? Jekk teżisti policy, jista' jgħid x'inhi din il-policy?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-każ ta’ vetturi abbandunati l-Pulizija tipprova tidentifika lis-sid sabiex ineħħi l-vettura minn fejn tkun u f’każ li dan jibqa’ ma jinstabx, tittieħed azzjoni skont kif stipulat fir-Regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta’ Vetturi bil-Mutur u Oġġetti ta’ Ingombru.
Leg 11 PQ #30639 Sitting 426 2011-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — nefqa globali fuq mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones (kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-nefqa f'xiri ta' mobile phones u f'telefonati mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu għall-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant kienet is-segwenti:-