Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12530, 12646, 12894 u 13147 u jgħid min huma l-konsulenti tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u kemm-il direct order ingħata lil dawn il-konsulenti mill-bidu tat-twaqqif tal-Awtorità, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12530, 12646, 12894 u 13147 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ dawn id-direct orders?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12530, 12646, 12894 u 13147 u jgħid x’inhu x-xogħol li jridu jwettqu għall-ħlas li qed jingħataw? Jista’ jgħid ukoll x’kienu x-xogħlijiet imwettqa minn dawn l-konsulenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12530, 12646, 12894 u 13147 u jgħid jekk dan kienx jinkludi wkoll li jagħmlu reviżjoni tal-‘Method Statements’?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12989, jista’ l-Ministru jikkonferma li mit-tnejn u għoxrin (22) impjegat li saru Fire Marshall matul is-snin 2022 u 2023, ħmistax (15) huma Uffiċjali tal-Infurzar u sebgħa (7) huma impjegati li jokkupaw karigi oħra fi ħdan l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA)? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma l-karigi li kienu jew għadhom jokkupaw is-seba’ (7) impjegati l-oħra? U la preżentament ħadd minn dawn il-Fire Marshalls m’hu qed jibbenefika minn xi allowance, jista’ jgħid jekk qatt kienx hemm xi wħud minn dawn l-istess Fire Marshalls li bbenefikaw minn xi forma ta’ allowance bejn is-sena 2022 u 2023? U jekk iva, jista’ jgħid liema kariga kienu jew għadhom jokkupaw dawn l-istess Fire Marshalls li bbenefikaw minn xi allowance fis-snin imsemmija?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin 2022 u 2023, ħmistax-il (15) Uffiċjali tal-Infurzar u sebgħa (7) impjegati li jokkupaw karigi oħra fi ħdan l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), segwew it-taħriġ neċessarju sabiex jekk jkun hemm il-ħtieġa jistgħu jaġixxu bħala Fire Marshall.
Infurmat li b’deċiżjoni tal-istess Awtorità, dawk il-ħaddiema magħżula biex jagħqdu l-funzjoni ta’ fire marshalls f’każ ta’ bżonn, minn fost il-ħaddiema li temmew it-taħriġ, ġew ikkumpensati temporanjament sakemm ġew ingaġġati ħaddiema fl-istess Awtorità li fost il-funzjonijiet tagħhom hemm inkluż din il-funzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm 'partial reviews' tal-local plans mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f'liema nħawi ta’ Malta saru dawn ir-reviews u fiex kienu jikkonsistu l-bidliet li seħħew, f'kull każ separatament?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari 14227.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bidliet fil-policies applikati mill-Awtorità tal-Ippjanar mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawn il-bidliet, u f'kull każ, x'wassal għal dawn il-bidliet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw għall-aħħar skema ‘Irrestawra Darek’ u jgħid kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet maqsuma lokalità, lokalità?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari 14229.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12530, 12646, 12894 u 13147 u jgħid min huma l-konsulenti tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u kemm-il direct order ingħata lil dawn il-konsulenti mill-bidu tat-twaqqif tal-Awtorità, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ dawn id-direct orders kif ukoll tax-xogħol li jridu jwettqu għall-ħlas li qed jingħataw? Jista’ jgħid ukoll x’kienu x-xogħlijiet imwettqa minn dawn l-konsulenti u jekk dan kienx jinkludi wkoll li jagħmlu reviżjoni tal-‘Method Statements’?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista mħejjija mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), ta’ konsulenti li bdew l-ingaġġ tagħhom mal-Awtorità mit-twaqqif tagħha, filwaqt li t-tagħrif tal-Method Statements nitlob sabiex issir referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7829.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12529, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol tal-uniku perit li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) għandha impjegat magħha?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità qed tkompli tinvesti fl-istruttura tagħha u tinkludi fir-reklutaġġ tagħha aktar professjonisti. Ninfurmah ukoll li minn dak iż-żmien minn meta twieġbet il-mistoqsija parlamentari li qed issir referenza għaliha, l-Awtorità ingaġġat aktar ħaddiema f’din il-professjoni li huma warranted jew kandidati għal warrant.
Public Works Department – Użu ta’ art f’Ta’ Qali għal park nazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif inhu ppjanat li tintuża l-medda ta' art f'Ta’ Qali li mill-Arkivji Nazzjonali ġiet trasferita lura lill-Awtorità tal-Artijiet u li ġiet mitluba mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi sabiex tintuża għall-proġett tal-park nazzjonali?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sit li qed issir referenza għalih qed jinbena parkeġġ taħt l-art mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi bħala parti mill-proġett tal-Park Nazzjonali ta’ Malta.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Entitajiet Regolatorji
Question
Jista’ l-Ministru, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f’kull każ jgħid:
a. Jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet?
b.Quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta?
ċ. Jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – Positions of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust), fil-Ministeru, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kif kienu maqsuma l-applikazzjonijiet marbutin mal-liċenzjar tal-kuntratturi, skont il-kategoriji differenti ta' applikazzjonijiet li setgħu ġew sottomessi? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull waħda mill-kategoriji ta’ liċenzji?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li sal-31 t’Ottubru, 2023, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) irċeviet total ta’ 3,793 applikazzjoni li kienu mqassma hekk:
1,233
applikazzjoni għal liċenzja tat-twaqqigħ
806
applikazzjoni għal liċenzja ta’ skavar
1,754
applikazzjoni għal liċenzja tal-bini
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12439, jista’ l-Ministru jgħid xi progress kien hemm fir-rigward tal-Funtana tal-Iljun fil-Furjana?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li qegħdin jitwettqu interventi fuq is-servizzi eżistenti waqt li qegħdin isiru t-tħejjijiet neċessarji għall-installazzjoni ta’ tagħmir ġdid u għax-xogħol ta’ restawr fuq l-iskultura nnifisha.
Jista’ l-Ministru jikkonferma mad-Dipartiment ikkonċernat jew entitajiet oħrajn li jaqgħu taħtu li qed jużaw art mikrija lill-Arkivji Nazzjonali biex fuqha jinbena l-Arkivju Nazzjonali ġdid? Jista’ jgħid ukoll għaliex l-Arkivji Nazzjonali mhuwiex jitħalla jimxi bil-proġett imwiegħed li huwa dak li jibni l-Arkivju Nazzjonali ġdid?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma d-Deputati tal-Oppożizzjoni li huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess maġġoritarju u ta' kontroll, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn qegħdin iservu u l-kariga li jokkupaw?