Legislature:
Category:
Reset
Active:

CfT: Framework Agreement to supply, install, commission and maintain pre-fabricated, automatic, self-cleaning public conveniences in touristic areas - Ministry for Tourism (CT2030/2022)

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1827, jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex tender li ħareġ taħt il-Ministeru għat-Turiżmu biex jaqdi żoni turistiċi m’għadux jaqa’ taħt ir-responsabbilità tiegħu? Jista’ jgħid ukoll liema Ministeru issa hu responsabbli?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tender ħareġ minn Dipartiment li llum m’għadux jagħmel parti mid-dekasteru tal-Ministeru tat-Turiżmu.  Għaldaqstant nirreferih biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Turiżmu kulturali f’Malta - Produzzjonijiet internazzjonali tal-films u t-televiżjoni - Valutazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx valutazzjoni dwar il-kontribut li l-produzzjonijiet internazzjonali tal-films u t-televiżjoni jagħtu lill-promozzjoni tat-turiżmu kulturali f’Malta, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ siti storiċi Maltin bħala locations? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din il-valutazzjoni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu - Promozzjoni ta’ siti storiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tikkollaborax mal-Kummissjoni Maltija għall-Films u Heritage Malta sabiex tippromwovi siti storiċi li dehru f’films u produzzjonijiet televiżivi bħala parti mill-offerta tat-turiżmu kulturali ta’ Malta? Jekk iva, jista' jagħti dettalji ta’ dawn l-inizjattivi mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu tippjana l- promozzjoni ta’ pajjiżna madwar id-dinja ġeografikament għall-pajjiżi individwali, fejn tiffoka fuq niċeċ u udjenzi magħżula, skont l-interessi u l-profil ta’ l-udjenza.  F’dawn l-aħħar snin, in-niċċa ta’ film tourism, tatna l-opportuita’ li nirreklamaw pajjiżna wara li siti storiċi u lokalitajiet ikunu dehru f’films u produzzjonijiet viżivi.

Ministeru għat-Turiżmu – Direct orders ta' inqas minn €2,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Għawdex - ITS - Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3177 u jagħti rendikont tal-investiment li sar fl-iskola tal-ITS f’Għawdex, inkluż f’xogħlijiet strutturali, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll in-natura ta’ kull investiment u l-ispiża tiegħu, kif ukoll l-ammont totali li ntefaq matul dan il-perjodu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mill-2020 ‘l hawn sar investiment ta’ €62,425.09 fil-kampus tal-ITS ġewwa Għawdex.  Dawn kienu jinkludu xogħlijiet ta’ elettriku u ilma, suffetti u ġipsum, airconditioners, fran, laptops u boiler fost l-oħrajn.  Dan l-ammont ma jinkludix manutenzjoni ta’ affarijiet li jinqalgħu minn żmien għal żmien.

MTA – Ilmenti mingħand turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti lmenti mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) mingħand turisti matul l-2025 u l-ewwel sitt xhur tal-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont il-kategorija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu irċeviet total ta’ 1,182 ilment bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u 30 ta’ Ottubru 2026.   L-informazzjoni dwar il-kategoriji ta’ dawn l-ilmenti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Turiżmu mediku u tas-saħħa – Strateġija nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx ifformolata strateġija nazzjonali għat-turiżmu mediku u tas-saħħa u jekk iva, jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu qiegħda taġġorna l-istrateġija għas-settur għaż-żmien li ġej u tikkonsulta fuq din in-niċċa li potenzjalment tista’ tattira turiżmu ta’ valur għoli.

Turiżmu internazzjonali lejn Malta – Perċentwal mis-swieq ewlenin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’perċentwal tat-turiżmu internazzjonali lejn Malta bħalissa ġej mill-ħames swieq ewlenin, u jekk il-Gvern iqisx li Malta hijiex dipendenti żżejjed fuq xi suq partikolari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li Malta llum tgawdi firxa wiesgħa ta’ swieq minn fejn jiġi t-turiżmu lejn pajjiżna.  L-istrateġija hi li nżidu iżjed turiżmu minn swieq iktar imbegħda bħal Amerika ta’ Fuq, Amerika Latina, Asja u Awstralja. L-Aqwa 5 swieq fit-2025 kienu: l-Ingilterra (20.9%); l-Italja (14.5%); il-Polonja (9.6%); Franza (7.1%); u l-Ġermanja (6.5%).

Swieq barranin – Prijorità – Snin 2027 u 2028

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-ħames swieq barranin li l-Gvern għandu l-ħsieb jagħti prijorità matul l-2027/2028 u r-raġuni għall-għażla ta’ kull wieħed minn dawn is-swieq?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li ser tkompli tikkonsolida dawk is-swieq meqjusa ewlenin, u dawk emerġenti , l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ser tkun qiegħda tissokkta bil-ħidma tagħha biex tattira swieq ġodda fl-Ewropa u lil hinn.

MTA – Marketing turistiku – Kejl tal-investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tkejjel ir-redditu fuq l-investiment ta’ kull kampanja ewlenija ta’ marketing turistiku u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar riżultati disponibbli?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jsiru diversi kampanji b’għanijiet differenti li fl-aħħar mill-aħħar ikunu ntiżi li b’mod konġunt jilħqu l-miri tagħhom f’suq jew niċċa partikolari.  Reklamar ta’ destinazzjoni ma jistax jitkejjel f’iżolament. Is-suċċess tal-industrija tat-turiżmu Maltija, kemm f’dawk li huma numri li jżuruna, kif ukoll id-dħul li tħalli din l-industrija fl-ekonomija, huma xhieda ħajja tad-deċiżjonijiet għaqlija li ttieħdu u huma rikonoxxuti lokalment kif ukoll internazzjonalment minn organizzazzjonijiet bħal UNTWO u Eurostat

Rotot ġodda tal-ajru – Appoġġ finanzjarju/inċentivi – Analiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip u x’dettall ta’ analiżi tal-ispiża u l-benefiċċju issir qabel jipprovdi appoġġ finanzjarju jew inċentivi għal rotot ġodda tal-ajru u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar analiżi li saret?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2026?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għat-Turiżmu – Persuni b’diżabilità impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1224.

Linji tal-ajru - Inċentivi finanzjarji/garanziji/appoġġ ta’ marketing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) jew xi entità pubblika oħra li taqa’ taħt il-Ministeru tat-Turiżmu jipprovdux inċentivi finanzjarji, garanziji jew appoġġ ta’ marketing lil-linji tal-ajru li joperaw rotot lejn Malta, u jagħti l-ammont allokat għal kull rotta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

L-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Is-settur tal-ospitalità – Valutazzjoni/studju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern wettaqx xi valutazzjoni u studju dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg, it-turnover tal-ħaddiema u r-remunerazzjoni medja fis-settur tal-ospitalità?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Is-setturi tal-ospitalità u tat-turiżmu – Programmi finanzjati mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi programmi qed jiġu ffinanzjati mill-Gvern biex jitjiebu l-ħiliet, il-kompetenza lingwistika u l-istandards professjonali fis-setturi tal-ospitalità u tat-turiżmu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-korsijiet kollha offruti mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi, huma immirati biex itejbu l-ħiliet, il-kompetenzi lingwistiċi u l-istandards professjonali fis-settur tal-ospitalità u tat-turiżmu.

Setturi relatati mat-turiżmu – Impjegati – TCNs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) impjegati bħalissa fis-setturi tal-akkomodazzjoni, tal-ikel u x-xorb u setturi oħra relatati mat-turiżmu, maqsuma skont is-settur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Żoni turistiċi – Toilets pubbliċi, faċilitajiet għall-ilma tax-xorb/bdil tal-ħwejjeġ u kontenituri addizzjonali għall-iskart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew installati toilets pubbliċi, faċilitajiet għall-ilma tax-xorb, faċilitajiet għall-bdil tal-ħwejjeġ u kontenituri addizzjonali għall-iskart fiż-żoni turistiċi ewlenin matul l-2025 u l-ewwel sitt xhur tal-2026?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Turisti li żaru Malta għall-għadis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm turisti żaru Malta speċifikament għall-għadis matul l-2025? Jista’ jgħid ukoll x’nefqa ġġeneraw u x’miżuri qed jittieħdu biex Malta ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala destinazzjoni premium għall-għadis?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li stimi bbażati fuq stħarriġ kontinwu li twettaq l-Awtorità tat-Turiżmu (MTA Traveller Survey) jindikaw li, fl-2025 madwar 150,000 turist żaru l-gżejjer Maltin speċifikament għall-għadis - ekwivalenti għal 3.7% tat-turisti kollha. L-istħarriġ juri wkoll li madwar 266,000 turist, jiġifieri 6.6% tat-total, ipprattikaw l-għadis matul iż-żjara tagħhom. Din l-istima tinkludi lit-turisti kollha li pprattikaw l-għadis matul iż-żjara tagħhom, mhux biss lil dawk li ġew speċifikament għall-għadis. L-istess stħarriġ juri li t-turisti li żaru l-gżejjer Maltin primarjament għall-għadis fl-2025 qattgħu medja ta’ 8.4 iljieli fil-gżejjer Maltin u nefqu medja ta’ 1,600 ewro għal kull persuna. Din in-nefqa tinkludi kemm in-nefqa qabel it-tluq kif ukoll dik matul iż-żjara. Sabiex Malta tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala destinazzjoni premium għall-għadis, l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta tkompli tinvesti kemm fl-iżvilupp tal-prodott kif ukoll fil-manutenzjoni ta’ siti partikolari tal-għadis, flimkien mal-promozzjoni internazzjonali tagħhom. Waħda mill-aktar inizjattivi importanti hija l-iżvilupp tal-Marine Park taċ-Ċirkewwa, li għandu l-għan li jipproteġi u jsaħħaħ wieħed mill-aktar ambjenti tal-għadis rinomati fil-Mediterran. Fl-istess ħin, Malta kompliet tinvesti fil-ħolqien ta’ attrazzjonijiet taħt il-baħar permezz ta’ bastimenti mgħarrqa apposta għall-għadis, li għenu biex il-pajjiż joffri wieħed mill-aktar prodotti ta’ wreck diving attrajenti fir-reġjun.

Ministeru għat-Turiżmu – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ma ġiet appuntata fl-ebda bord jew kumitat fid-dekasteru tat-Turiżmu.