Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35867 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid kemm hi l-ispiża li saret ta’ manutenzjoni u għassa fuq il-pedestrian bridge tal-Marsa-Ħamrun Bypass?
Ħal Qormi – Triq George Mifsud Chircop - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq George Mifsud Chircop, Ħal Qormi, hux se tiġi rranġata peress li tinsab fi stat ħażin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa x-xogħol riparatorju kollu fuq ix-xogħol ta’ pavimentar tal-Pjazza tal-Knisja (il-parti minn Triq Karmenu Ciantar) fl-Imqabba, minn meta nfetħet uffiċjalment sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx topographical survey qabel ma ngħata wiċċ tat-tarmac ġdid fi Triq Santa Katerina, l-Imqabba (minn Triq San Innoċenzu sa Triq Karmenu Ciantar / Pjazza tal-Knisja) biex jiġi identifikat fejn iżomm l-ilma tax-xita? X’xogħol riparatorju se jsir biex jitneħħew l-għadajjar tal-ilma tax-xita kif indikat fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament, li qed jikkawżaw inkonvenjent kbir għal min juża t-triq, speċjalment għal dawk li jgħaddu bil-mixi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa x-xogħol kollu relatat mal-kisi ta’ din it-triq bit-tarmac?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35754, fejn intqal li “Wara li jsiru xogħlijiet ta’ trinek mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew minn Enemalta, dawn jerġgħu jinksew bit-tarmak skont il-kundizzjonijiet maħruġin minn Transport Malta.”, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-kundizzjonijiet jistipulawx perjodu ta’ żmien sakemm l-asfalt irid jerġa’ jsir wara tali xogħlijiet, peress li huwa nnutat li wara li t-trinek jiġu miksija bil-konkos, ħafna drabi jitħallew f’dan l-istat għal ġimgħat jew saħansitra xhur?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm dam għaddej ix-xogħol fi Triq Hompesch fil-Fgura u f’liema ħinijiet kienu qed isiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fi Triq Hompesch fil-Fgura kien jirrikjedi li tingħalaq it-triq u sabiex jiġu evitati problemi ta’ traffiku, dan ix-xogħol seta biss isir matul il-lejl.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Infrastructure Malta u Transport Malta - Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’reklamar u/jew avviżi fuq televiżjoni, billboards, media soċjali, radju u gazzetti/pubblikazzjonijiet oħra, elenkati separatament mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Infrastructure Malta u Transport Malta, minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
B’referenza għall-billboards li ttellgħu fl-aħħar jiem minn Infrastructure Malta illi jgħidu “1000 triq fl-aħħar sentejn”, jista’ l-Ministru jgħid:
i. għal liema toroq qed jagħmlu referenza dawn il-billboards u ċjoè, jindika f’lista dettaljata l-isem ta’ kull triq u l-lokalità; u
ii. x’tip ta’ xogħlijiet saru f’kull triq u t-tul, f’metri, tal-istess xogħlijiet f’kull triq?
L-Imġarr - Triq Sir Temi Zammit - Traffic Management
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35270 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34253, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min għadhom qed isiru d-diskussjonijiet dwar Triq Sir Temi Zammit, fl-Imġarr? Jista’ jgħid ukoll meta ser isiru laqgħat futuri u jekk hemmx pjan għal meta ser tittieħed xi azzjoni li twassal għall-konklużjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità approvat tibdil fl-immaniġġjar tat-traffiku f’diversi toroq fl-Imġarr.
Madankollu, il-Kunsill Lokali flimkien mal-Awtorità ser ikomplu jiddiskutu s-sitwazzjoni relatata mat-triq imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern fuq il-concert area l-ġdida f’ Ta’ Qali minn meta nfetħet u kemm-il darba ntużat għal avvenimenti sa issa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sa issa ġew installati r-railings ta’ wara l-palk. Minn Mejju 2024 s’issa din iż-żona intużat għal 13-il avveniment.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx policy li tipprojbixxi lill-istudenti li jkunu qed jaħdmu ma’ Transport Malta b’numru ta’ sigħat mandatorji għall-kors tagħhom, milli jaħdmu numru żgħir ta’ sigħat online? Jekk iva, jista’ jagħti r-raġuni għal dan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tat-Trasport tilqa’ studenti kull sena bil-għan li dawn jitgħallmu direttament mill-post tax-xogħol u jiksbu l-għodda neċessarja għal meta jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Ir-Rabat, Malta - Triq Ġorg Borg Olivier - Immaniġġjar tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan ġdid ta’ mmaniġġjar tat-traffiku għal Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat, Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qed jiġu evalwati xi proposti relatati mas-sistema tat-traffiku fi Triq Borg Olivier, ir-Rabat, Malta. Qed isiru wkoll verifiki tekniċi relatati mal-
vehicle swept paths
f’ċerti punti tul din it-triq.
Ir-Rabat, Malta - Vjal il-Ħaddiem - Kontroll ta’ sewqan eċċessiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex tittieħed azzjoni biex jiġi kkontrollat is-sewqan eċċessiv fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent ma hemm l-ebda talba jew ilment pendenti relatat ma’ sewqan eċċessiv f’din it-triq, ninfurmah li l-Awtorta’ tat-Trasport diġa’ approvat numru ta’
controlled pedestrian crossings
sabiex tiġi indirizzata s-sigurta’ pedonali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31409, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu s’issa biex jiġi effettivament implimentat ir-Regolament tal-UE 2024/1309, tenut kont ukoll li dan daħal fis-seħħ f’Novembru 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-emendi inkwistjoni mistennija jiġu ppublikati fil-jiem li ġejjin fejn l-abbozz tal-liġi ġie emendat b’riżultat tal-konsultazzjoni pubblika li saret.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27778, jista' l-Ministru jaġġorna l-lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’, kif ukoll jipprovdi n-numru tal-liċenzja tal-operaturi tal-vetturi rispettivi, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?