Legislature:
Category:
Reset
Active:

Att dwar ir-Regolament ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi — notifika lill-Transport Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta ġietx innotifikata b'xi rikors magħmul a tenur tal-Artiklu 7(2) tal-Att dwar ir-Regolament ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi, Kap.81 tul is-snin 2017, 2018 u 2019? Jekk iva, kemm kien in-numru u minn min saru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li minn Frar 2018 lil hawn ma wasal l-ebda rikors fid-Direttorat tal-Infurzzar fi ħdan l-Awtorità ta’ Transport f’Malta.

Infrastructure Malta — xogħol fuq toroq fil-Mosta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12047 u 11290 u jgħid liema toroq fil-lokalità tal-Mosta se jsirilhom xogħol minn Infrastructure Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin biex tibni mill-ġdid it-toroq residenzjali. Bħala parti minn dan l-investiment, fil-lokalità tal-Mosta diġà saru Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares u Triq is-Snajja’. Toroq oħrajn li se jsiru huma Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Triq il-Kbira, Triq il-Waqqafa, Triq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (Żokrija), Triq Ta’ Bistra, Triq Manwella u Triq Rużinjol. Fil-Mosta wkoll, Infrastrucuture Malta għandha ppjanati xogħlijiet oħrajn fi Triq Parti Ġuże Delia, Triq il-Kostituzzjoni, triq bla isem bejn Triq il-Bidnija u Triq Mġarr, Triq il-Fortizza, il-Pont tal-Bidnija, Triq Madre Tereża, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq Kumbu, Triq il-Ballata, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq Silvestru Fiteni, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq tal-Wej, Triq Dun Karm Schembri u Triq Sagra Familja.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta’ Wikipedia page

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-IP Address li ntuża biex fit-3 u s-6 ta' Ottubru 2019 ġiet immanipulata l-Wikipedia page tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa Peter Omtzigt kien minn uffiċċju tal-Gvern, u li skont ir-regoli tad-Data Retention, tali informazzjoni tinżamm għal sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni? Jekk iva, minn liema uffiċċju saret din il-manipulazzjoni u x'passi ttieħdu? Jekk le, meta se ssir tali investigazzjoni?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.

Transport Malta – twaħħil ta’ bollards tal-plastik

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’inhija l-proċedura, dejjem jekk teżisti, li xi ħadd jiġi awtorizzat minn Transport Malta biex iwaħħal bollard tal-plastik fuq il-bankina u fit-triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, illi l-proċedura biex jiġu nstallati plastic bollards hija li l-entità li tkun tixtieq tinstallahom tapplika għand Transport Malta għal permess permezz ta’ email, ittra, standard application form jew e-forms. Normalment tiġi wkoll annessa site plan u / jew ritratt. L-Awtorità tevalwa r-rikjesta skont iċ-ċirkostazi tal-post u li’ standards u toħroġ “No Objection” jew “refusal” skont il-każ.

Fanal tal-Ġordan – flus mill-kiri

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11959, jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-flus li daħlet Transport Malta mill-kiri ta' partijiet mill-Fanal tal-Ġordan ġewx użati għar-restawr tal-istess Fanal jew inkella nżammu minn Transport Malta? Jekk ġew użati, jista' jgħid kemm Transport Malta għaddiet flus għar-restawr ta' dan il-Fanal?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, il-flus li ddaħlu mill-kirjiet tal-fanal tal-Ġordan ġew minn kumpaniji telefoniċi u għalhekk ma kellhomx x’jaqsmu mar-restawr.

Iż-Żejtun – Triq Alfred Cachia Zammit — tappieri

Question

Jista’ l-Ministru jara li jinbidlu t-tappieri kbar li hemm fit-Triq Alfred Cachia Zammit fiż-Żejtun minħabba li kull darba li jgħaddu l-karozzi minn fuqhom, dawn qed jagħmlu ħafna ħsejjes minħabba li niżlu ’l isfel? Billi ħaddiema marru jagħmlu l-lastku aktar minn darba u kull darba dan qed jitqatta’ wara ftit, minħabba l-mod kif it-tappieri sfrundaw ’l isfel u peress li rċevejt diversi ilmenti li din it-triq, li hi tant traffikuża, li r-residenti ma jistgħux jorqdu minħabba l-ħsejjes kbar li qed jagħmlu dawn it-tappieri kull darba li tgħaddi karozza, jista’ l-Ministru ġentilment jara li jiġu rranġati jew mibdula kif ġew imwiegħda dawn ir-residenti? Wara li din it-triq damet snin biex titlesta u din il-problema nħolqot wara li t-triq ġiet irranġata, jista’ l-Ministru jintervjeni biex isir ix-xogħol meħtieġ?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.

Għawdex – Għajnsielem – Miżuri ta’ sigurtà għat-traffiku fi Triq l-Imġarr

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11360, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra fejn waslet l-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi? Jista' jagħti d-dettalji fiex jikkonsisti dan il-pjan eżattament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, Transport Malta ppreparat ‘upgrading’ tat-Traffic Management fi Triq l-Imġarr, Għawdex. Dan l-eżercizzju tat-‘Traffic Management’, jinkludi ukoll ‘traffic measures’ differenti skont il-bżonn, u li partijiet minnhu diġa ġie mplimentat mill-Ministeru ta’ Għawdex kif dejjem jsir. Nfurmat mill-Ministeru għal Għawdex li l-bqija ta’ dan t-‘traffic Management’ ser jkun qed jiġi mplimentat fil-ġranet li ġejjin.

Il-Marsa – Park and Ride — tinda

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra li jagħmel tinda fil-Park and Ride tal-Marsa sabiex in-nies jistkennu mix-xemx u mix-xita ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti minn fejn il-passiġġiera jistennew il-karrozzi tal-linja fil-faċilità tal-Park and Ride fil-Marsa hemm numru ta’ Bus Shelter Canopies fejn passiġġiera jkunu jistgħu jistkennu mix-xemx u mix-xita.

Bir id-Deheb – Triq tal-Barrani — tappiera

Question

Jista’ l-Ministru jara li tissewwa tappiera li niżlet ’l isfel fi Triq tal-Barrani fin-naħa ta’ Bir id-Deheb south bound għax qed tkun ta’ periklu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Infrastructure Malta li diġà sar xogħol temporanju biex tneħħew riskji ta’ periklu jew aktar ħsarat u qed jiġi ppjanat biex isiru tiswijiet permanenti fiż-żmien li ġej. Persuni li jkollhom diffikultajiet b’xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu.

Fgura – tibdil fit-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tibdil sar reċentement fit-trasport pubbliku li jaqdi r-residenti tal-Fgura? Jista’ jgħid jekk hemmx ippjanat aktar tibdil sabiex ir-residenti tal-Fgura jinqdew aħjar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mis-6 ta’ Ottubru 2019 il- frekwenza tar-rotta 90 li sservi l-lokalita’ tal-Fgura ttejbet b’żieda fil-frekwenza tal-ħinjijiet peak. Infurmat ukoll li fil-preżent Transport Malta qedgħa tosserva l-andament ta’ dan is-servizz wara li sar dan it-tibdil f’din il-lokalita’, sabiex tkun tista’ tevalwa jekk hemmx bżonn ta’ aktar titjib.

Gudja – Un/loading bays approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Un/loading bays approvati ġewwa l-Gudja? Jista’ jgħid f’liema toroq jinsabu dawn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, fil-Gudja hemm (2) żewġ parkeġġi approvati: Vjal it-Torri

Santa Luċija – Un/loading bays approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Un/loading bays approvati ġewwa Santa Luċija? Jista’ jgħid f’liema toroq jinsabu dawn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, f’Santa Luċija hemm (4) erba’ parkeġġi approvati: Triq Dawret it-Torri 2 Triq Dalji 1 Triq Gardenja 1 Total 4

Ħal Tarxien – Un/loading bays approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Un/loading bays approvati ġewwa Ħal Tarxien? Jista’ jgħid f’liema toroq jinsabu dawn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, f’Ħal Tarxien hemm (17) sbatax-il parkeġġ approvat: Triq Xintill 1 Triq Sammut 1 Gnien Joanne 1 Triq Santa Marija 1 Triq Ġuże’ D’Amato 1 Triq Luqa 1 Triq Simmons 1 Triq San Ġużepp 1 Triq Dejma 3 Triq Misraġ tas-Suq 1 Triq l-Iskola 1 Triq Paola 1 Triq il-Knisja 1 Triq Birżebbuġa 1 Triq il-Merħba 1 Total : 17

Raħal Ġdid – Un/loading bays approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Un/loading bays approvati ġewwa Raħal Ġdid? Jista jgħid f’liema toroq jinsabu dawn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, f’Raħal Ġdid hemm (24) erbgħa u għoxrin parkeġġ approvat: Triq Wied Blandun 1 Triq Valletta 1 Triq Sant’Ubaldeska 1 Triq it-Tarzna 1 Triq l-Arkata 1 Triq is-Sultana 1 Triq il-Qalb ta’ Ġesu 2 Pjazza Antoine De Paule 2 Telgħet Paola 1 Triq Għajn Dwieli 1 Triq Bormla 2 Triq il-Knisja 2 Triq is-Sorijiet 1 Triq Palma 4 Triq Cameron 1 Triq Zabbar 2 Total 24

Policy jew regoli għall-approvar ta’ un/loading bays

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx policy jew regoli dwar approvar ta' Un/loading bay? Jista’ jipprovdi dawn ir-regoli jew policy?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, li hemm policy li tirregola il-proċess ta’ applikazzjonijiet għal Un/Loading Bays u li qegħda fuq il-website ta’ l-Awtorita’ tat-Trasport u li link tagħha jinstab hawn taħt. Fuq il-Mejda tal-Kamra qed inpoġġi kopja ta’ din il-applikazzjoni. https://www.transport.gov.mt/-4-UNLOADING-BAY-APPLICATION.pdf-f3939

Fgura – Triq Hompesch – parkeġġi li għandhom limitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi approvati li għandom limitazzjoni ta’ parkeġġ eż. Un/loading bays u Keep Clear, fi Triq Hompesch Fgura, eskluż parkeġġi riservati għal persuni b’diżabilità? Jista’ jgħid x’tip huma dawn il-limitazzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, fi Triq Hompesch il-Fgura hemm (7) seba' parkeġġi approvati li għandhom limitazzjoni ta’ parkeġġ u (2) żewġ parkeġġi “Keep Clear” approvati.

Fgura – Triq Żabbar – parkeġġi li għandhom limitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi approvati li għandhom limitazzjoni ta’ parkeġġ eż. Un/loading bays u Keep Clear fi Triq Żabbar Fgura, eskluż parkeġġi riservati għal persuni b’diżabilità? Jista’ jgħid x’tip huma dawn il-limitazzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, fi Triq Żabbar, il-Fgura hemm (7) sebgħa parkeġġi approvati li għandhom limitazzjoni ta’ parkeġġ u (2) żewġ parkeġġi “Keep Clear” approvati