Jista’ l-Ministru jgħid għaliex minn meta nbidel il-fornitur tal-call centre għall-persuni li jgħixu bil-kundizzjoni tad-dijabete, li issa għadda direttament taħt il-Ministeru, dawn il-persuni qegħdin jirċievu telefonati minn ħaddiema fejn qegħdin jiġu mistoqsija jekk jixtiqux jinqatgħu mil-lista minflok ma baqa’ jingħata s-servizz kif kien jingħata qabel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-Sistema tal-Continuous Glucose Monitoring hija ddisinjata b'tali mod illi tagħti notifika fuq il-mowbajl tal-persuni li jużaw din is-sistema meta iz-zokkor tagħhom ikun baxx jew ogħli u jridu jieħdu azzjoni biex jikkoreġu l-livell taz-zokkor taghħom. Is-sistema għandha funzjoni illi dak li jkun jista' jinnomina lil xi ħadd ieħor (eż. ġenitur, qraba eċċ) biex ukoll jirċievu notifika fuq il-mowbajl tagħhom.
Is-servizz tal-monitoraġġ min-naħa tad-dipartiment tas-saħħa huwa mod ieħor kif wieħed jista' jkun moħħu mistrieħ li hemm xi ħadd ieħor li jista' jinnotifikagħhom meta z-zokkor ikun baxx jew ogħli permezz ta' SMS u/jew telefonata fejn ikun hemm bżonn, apparti in-notifika fuq il-mowbajl taghħom. Mhux kulħadd ikun iridu dan is-servizz għax is-sistema tas-CGM hija ddisinjata li l-persuni jkunu independenti. Għalhekk, filwaqt li dan is-servizz dalwaqt se jaqa' f'idejn id-dipartiment tas-saħħa, infurmat li lil dawn in-nies qed jistaqsuhom jekk jixtiequx jużaw dan is-servizz jew le, u nħallu lilhom jiddeċiedu.
Sptar Mater Dei – Senior executives – Uniformijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta s-senior executives li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei ser jingħataw uniformijiet ġodda, wara li ilhom snin ma jingħataw uniformijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax jiġi kkunsidrat li meta persuni li jgħixu bil-benefiċċji soċjali u jkollhom bżonn apparat tal-isleep apnea li jinkera mid-Dipartiment tas-Saħħa, jingħataw l-għajnuna biex id-depożitu jkun aktar affordabbli jew jitħallas bin-nifs?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru rċeviex ilmenti li s-servizz tas-Silver T qed ikun fully booked mil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jista’ l-Ministru jassigura li l-anzjani kollha li jkollhom bżonn is-servizz tas-Silver T mil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar fil-fatt jingħataw dan is-servizz?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ma rċeviet l-ebda ilment li s-servizz tas-Silver T qed ikun fully booked fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mediċina ‘Jext 300 micrograms’ hijiex ser titpoġġa fuq il-lista ta’ mediċini b’xejn għal dawk il-pazjenti li jikkwalifikaw għaliha, u jekk iva, meta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-mediċina li qed issir referenza għaliha hi isem għal ditta kummerċjali tal- Adrenaline auto-injector, liema auto-injector iddaħħal fil-formularju f’Marzu ta’ din is-sena, f’ żewġ dożi: 150 u 300 micrograms.
Peress li fi studju riċenti bl-isem ‘Temperature-sensitive incubation, transmissibility and risk of Aedes albopictus-borne chikungunya virus in Europe’, Malta ngħatat riskju għoli għat-tixrid taċ-Chikungunya Virus permezz tan-nemus, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hawn xi każijiet irrappurtati u jekk hemmx xi pjanijiet ta’ mitigazzjoni għal dan ir-riskju?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li sa llum ma ġew irrappurtati l-ebda każijiet ta’ Chikungunya virus akkwistati lokalment f’Malta.
Madankollu, fid-dawl tal-istudji xjentifiċi riċenti li jindikaw riskju potenzjali għat-trasmissjoni ta’ mard li jinġarr min-nemus, inkluż permezz tan-nemus Aedes albopictus, l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika qed ikomplu jsaħħu s-sorveljanza epidemioloġika u entomoloġika, kif ukoll il-kollaborazzjoni mal-entitajiet rilevanti responsabbli mill-kontroll tan-nemus.
F’dan il-kuntest, Malta kisbet għotja mill-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) sabiex tissaħħaħ is-sorveljanza tal-vetturi, inkluż il-monitoraġġ tan-nemus u l-kapaċità nazzjonali ta’ tħejjija u rispons għal mard li jinġarr mill-vetturi. Barra minn hekk, Malta qed tipparteċipa f’Azzjoni Konġunta tal-Unjoni Ewropea ffukata fuq il-prevenzjoni, il-preparazzjoni u l-kontroll ta’ mard li jinġarr mill-vetturi, bil-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u jitqassmu l-aħjar prattiki f’dan il-qasam.
Is-sitwazzjoni tibqa’ qed tiġi valutata b’mod kontinwu, u kull żvilupp rilevanti jiġi indirizzat b’mod proporzjonat u skont ir-riskju għas-saħħa pubblika.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34084, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fir-rigward tal-problema tal-ħamiem fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34084, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fir-rigward tal-problema tal-ħamiem fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji jitħabbru fil-ħin propizju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li bħalissa qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex jagħmlu bone density test?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-appuntamenti għall-eżamijiet tal-bone density jiġu skedati prinċipalment skont il-post fejn jinsab it-tagħmir disponibbli u l-post ta’ residenza tal-klijent. Il-magni tal-bone density jinsabu fl-Isptar Mater Dei, Residenza ta’ San Vinċenz, iċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa Ċensu Moran, u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Wieħed għandu jifhem li numru sostanzjali ta’ eżamijiet ikunu ta’ segwitu (“follow-up”), li jridu jsiru fi żmien speċifiku kif mitlub fir-rikjesta tat-tabib.
Infurmat li kull ġimgħa jidħlu medja ta’ 490 talba għal eżamijiet tal-bone density. Dawn jiġu skedati kollha fi żmien qasir.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex - Karozzi tal-Isptar użati minn ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk impjegati tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, jistgħux jużaw karozzi tal-Isptar bil-logo tal-Isptar fuqhom għal xogħol privat tagħhom, jew jużaw l-istess vetturi għal xogħol konness ma’ kumpaniji jew għaqdiet li jaħdmu magħhom jew li huma membri fihom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-vetturi tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jintużaw biss għal xogħol relatat mal-Isptar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ anzjani li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu f’diversi djar tal-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li hemm 1,619 persuna li bħalissa qed jistennew biex jidħlu ġo dar tal-anzjani. Qed isir kull sforz sabiex jinkisbu aktar sodod li jkunu disponibbli fis-suq privat
.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ katavri ‘unclaimed’ mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li kien hemm 3 katavri ‘unclaimed’ mill-bidu tas-sena 2026 sa llum.
Early Pregnancy Unit – Persuni li jkunu għaddejjin minn korriment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn imorru n-nisa li jkunu għaddejjin minn korriment (miscarriage) meta l-Early Pregnancy Unit tkun magħluqa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li f’jiem meta l-EPU ma kienetx disponibbli għall-ammissjoni ta’ pazjenti b’korriment, kwalunkwe pazjent/a ammessa minħabba korriment irċeviet kura fis-Sala Obstetrics Ward 2. Din is-sala normalment tilqa’ pazjenti b’kumplikazzjonijiet tat-tqala qabel il-ħlas.
Barra minn hekk, dawn il-pazjenti kienu akkomodati f’kamra b’faċilitajiet privati (Single room) sabiex tiġi żgurata l-privatezza.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex f’ħafna ġranet, is-sala l-ġdida ‘Early Pregnancy Unit’ (EPU) qed tingħalaq u tinqaleb f’medical ward?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Early Pregnancy Unit irċeviet pazjenti li ddaħħlu għall-kura għal raġunijiet oħra għajr kumplikazzjonijiet ta’ tqala bikrija f’żewġ Ħdud biss: it-22 ta’ Marzu u l-5 ta’ April 2026. Għaldaqstant, dan ma kienx każ komuni, kif jidher li tissuġġerixxi l-mistoqsija. Il-pazjenti ddaħħlu wara l-4.00 pm u s-sodod intużaw biss mhux aktar minn 24 siegħa.
Meta ġiet użata għall-ammisjonijiet alternattivi, is-sala kienet kompletament battala.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ġew mibdula l-fire doors li kienu għadhom ġodda fjamanti fiċ-Ċentru Vincent Moran wara inqas minn sena? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti relatati u xi spejjeż kienu involuti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-bibien li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant ma kienux skont ir-regolamenti lokali u l-linji gwida “aċċessibbli għal kulħadd”. Konsegwentement, il-kuntrattur preċedenti ma tħallas għal dawn il-bibien.
Minflok qed jitwaħħlu bibien li huma konformi mar-regolamenti kontra n-nirien, kif ukoll skont il-linji gwida ta’ aċċessibilità għal kulħadd.
CT5013/2026 - Negotiated Procedure for the Design and Build Tender for New Acute Mental Health Wards and Extension of Emergency Department at Mater Dei Hospital, using Environmentally Friendly Construction Materials and Products
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti d-Direct Order permezz tas-sejħa: CT5013/2026 - Negotiated Procedure for the Design and Build Tender for New Acute Mental Health Wards and Extension of Emergency Department at Mater Dei Hospital, using Environmentally Friendly Construction Materials and Products, kemm hu l-valur ta’ din is-sejħa u għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Kif spjegat fit-titlu stess, din il-proċedura negozjata hija marbuta mad-disinn u l-bini ta’ swali tas-saħħa mentali akuta ġodda u estensjoni tad-Dipartiment tal-Emerġenza fl-isptar Mater Dei skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar il-kuntratti pubbliċi.
Kif spjegajt f’numru ta’ istanzi, f’Diċembru 2024 inħarġet sejħa pubblika għall-offerti. Mal-għeluq tas-sejħa, offerent wieħed konsistenti f’konsorzju magħmul minn diversi ażjendi kummerċjali, issottometta offerta; madankollu, din ma ngħatatx. Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar il-kuntratti pubbliċi, saret proċedura negozjata mal-imsemmi offerent. Bħalissa dan il-proċess għadu għaddej u s-sottomissjoni qed tiġi evalwata.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema fil-grad ta’ "Principal Technicians" ma setgħux iżommu r-roster tax-xogħol bħal ma kienu qabel, meta f’dipartimenti oħra żammewlhom l-istess roster?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Principal Technicians attwali fi ħdan is-Sezzjoni tal-Inġinerija tal-MDH huma assenjati għal xiftijiet speċifiċi sabiex jiġi żgurat servizz kontinwu. Għaldaqstant, il-grupp il-ġdid ta’ Principal Technicians kien meħtieġ jallinja ma’ dan ir-roster minħabba l-eżiġenzi tas-servizz, sabiex is-servizz jingħata mingħajr interruzzjoni.