Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Saħħa – Direct Orders

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, maqsuma skont l-awtorità jew l-entità u għal kull direct order separatament jgħid meta ngħatat, kemm kien l-ammont, lil min tħallas, lil min ingħatat id-direct order u x'servizz kien ġie ingaġġat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Tfal imwielda f’Malta

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu tfal f'Malta, xahar b'xahar, matul dawn l-aħħar ħames snin, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jgħid: a. kemm minnhom huma minn ġenituri ta' nazzjonalità Maltija; b. kemm minnhom huma minn ġenitur wieħed ta' nazzjonalità Maltija; u ċ. kemm minnhom twieldu f'Malta minn ġenituri li huma t-tnejn barranin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10880.

Raħal Ġdid – Servizzi fiċ-Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid x’servizzi qegħdin jingħataw fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u jekk hemmx lista’ ta’ stennija għal dawn is-servizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Rabat, Għawdex – Ċentru tas-saħħa ġdid

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12879 rigward iċ-ċentru tas-saħħa ġdid fir-Rabat, Għawdex fl-intier tagħha u jgħid jekk dan iċ-ċentru hux ser ikun miftuħ għall-pubbliku l-ġurnata kollha (erbgħa u għoxrin siegħa kuljum) bħal ma jinfetħu ċentri oħra simili f'Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid ta’ Victoria fir-Rabat Għawdex ser ikun miftuħ kuljum mis-7.00 a.m. sat-8.00 p.m., Ħdud u festi inklużi.

Ministeru għas-Saħħa — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2023 intefqu €1,216 fi fjuri għall-funerali.

Każi ta’ suwiċidji

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 9283 u 10849, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru suwiċidji minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11788.

Każi ta’ suwiċidji

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 9283 u 10849, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru suwiċidji mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari f'termini ta' ġeneru u jekk il-persuna hijiex ta' nazzjonalità Maltija jew le? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi numru statistikament sinifikanti bejn Maltin, immigranti jew turisti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda trend statistikament sinifikanti fin-numru tas-suwiċidji mis-sena 2013 sal-2022 fil-Maltin, Residenti Barranin jew turisti. L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt: Residenti f'Malta Turisti Sena Nazzjonalità Maltija Nazzjonalità mhux Maltija Turisti 2013 19 3 5 2014 28 4 4 2015 29 5 4 2016 20 4 3 2017 21 4 1 2018 19 4 3 2019 18 3 1 2020 16 6 0 2021 32 3 2 2022 21 5 3

Każi ta’ suwiċidji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm attentati ta' suwiċidji mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b’sena u skont il-ġeneru u l-età?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi każijiet fejn Attempted Suicide ġie rreġistrat bħala discharge diagnosis jidhru fit-tabella hawn taħt: Females Males Age Group Age Group Year <25 25-44 45-64 >65 F total <25 25-44 45-64 >65 M Total Grand Total 2018 45 42 28 7 122 27 40 17 9 93 215 2019 41 23 35 5 104 21 46 16 12 95 199 2020 40 44 36 9 129 42 41 22 10 115 244 2021 38 42 19 6 105 28 44 28 9 109 214 2022 23 28 11 4 66 20 26 14 3 63 129 2023 (Jan-July) 18 20 7 3 48 4 17 5 2 28 76

Outpatients Department – Sports Cardiology Clinic – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients Sports Cardiology Clinic?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt: Number of attendances Year Sports cardiology clinic, MDH 2021 50 2022 116 Jan-Oct 2023 104

Outpatients Department – Stoma Care Clinic – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients Stoma Care Clinic?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt: Number of attendances Year stoma care clinic, MDH 2012 576 2013 510 2014 475 2015 546 2016 587 2017 692 2018 700 2019 661 2020 429 2021 604 2022 611 Jan-Oct 2023 596

Outpatients – Thalassaemia Clinic – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients Thalassaemia Clinic?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt: Number of attendances Year Thalassaemia clinic, MDH 2012 1188 2013 1614 2014 1233 2015 1686 2016 1796 2017 1568 2018 1326 2019 966 2020 598 2021 706 2022 378 Jan-Oct 2023 577

Outpatients Department – Tissue Viability Clinic – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients Tissue Viability Clinic?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt: Number of attendances Year Tissue viability clinic, MDH 2014 5814 2015 7062 2016 7716 2017 7888 2018 7904 2019 6827 2020 5571 2021 6266 2022 6110 Jan-Oct 2023 4512

Outpatients Department – Cardiac Lab – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari u 13669 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients Cardiac Lab?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt: Number of attendances Year Cardiac Lab MDH 2012 14,927 2013 16,547 2014 19,212 2015 22,371 2016 22,878 2017 22,996 2018 27,883 2019 28,732 2020 23,556 2021 27,502 2022 24,531

Għawdex — smoking cessation classes

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jibdew l-‘ismoking cessation classes’ f’Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ismoking cessation classes se jibdew online fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.

Ministeru għas-Saħħa — Entitajiet Regolatorji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f’kull każ jgħid: a. Jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet? b.Quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta? ċ. Jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Outpatients Department – Chinese Clinic – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients Chinese Clinic?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mill-Outpatients Department – Chinese Clinic huma skont it-tabella t'hawn taħt: Year Number of attendances Chinese clinic, MDH 2012 3,618 2013 3,293 2014 2,913 2015 3,001 2016 3,034 2017 2,834 2018 3,002 2019 2,782 2020 1,694 2021 2,337 2022 1,464 Jan-Oct 2023 2,258

Outpatients Department – Dematology Clinic – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients Dermatology Clinic?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mill-Outpatients Department – Dermatology Clinic huma skont it-tabella t'hawn taħt: Number of outpatient attendances Year Dermatology outpatient clinics MDH 2012 25,038 2013 27,116 2014 26,311 2015 25,655 2016 28,572 2017 29,049 2018 30,490 2019 32,094 2020 18,846 2021 23,293 2022 27,309 Jan-Nov 2023 24,832

Infection Control Unit – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mill-Infection Control Unit?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mill-Infection Control Unit huma skont it-tabella t'hawn taħt: 2012 3,490 2013 3,289 2014 4,018 2015 3,904 2016 4,619 2017 4,407 2018 4,967 2019 4,810 2020 4,897 2021 5,729 2022 6,027 2023 (sa Ottubru) 3,478

Medical Outpatients 4 – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fil-Medical Outpatients 4 (MOP4)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mill-Medical Outpatients 4 huma skont it-tabella t'hawn taħt: Number of outpatient attendances Year MOP4 clinics MDH 2018 18,851 2019 19,828 2020 17,322 2021 16,224 2022 21,844 Jan-Oct 2023 20,754

Outpatients Department – Pain Clinic – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, sena b’sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm appuntamenti fl-Outpatients Pain Clinic?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li għamlu użu mill-Pain Clinic tal-Outpatients Department huwa skont it-tabella t'hawn taħt: Number of outpatient attendances Year Pain clinics MDH 2012 2,149 2013 2,648 2014 3,647 2015 3,471 2016 3,420 2017 3,610 2018 3,757 2019 3,812 2020 2,109 2021 4,018 2022 3,644 Jan-Oct 2023 3,182