Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara COVID-19 — ħlas lil ditta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi l-Ministeru u l-entitajiet fi hdanu ma hallsu ghal ebda servizz mid-ditta msemmija mill-2013 u sal-lum.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — karozzi mixtrija/mikrija
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza ministerjali hija tal-għamla Mercedes Benz E Class, u tinkera għal tmienja u għoxrin (28) ewro kuljum, VAT eskluż.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara COVID-19 — persons of trust u positions of trust
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20986.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — mandat ta' inibizzjoni kontra xi trade union
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-entitajiet fi ħdanu, u meta, li talbu l-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union wara l-2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entitá fi ħdan il-Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 ma talbet il-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra kwalunkwe trade union mill-2017 'il quddiem.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara COVID-19 — Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-lista ta’ karigi/po¿izzjonijiet ingaġġati fuq ba¿i ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara l-COVID-19 — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsijiet parlamentari 12908 u 18171.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara COVID-19 — impjieg, tender jew direct order lill-persuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji tagħha inagħtaw separatament, ma ngħatat l-ebda tip ta’ kuntratt ta’ mpjieg jew tip ieħor mill- Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara COVID-19 — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi tagħrif personali, il-Ministeru m’għamilx rakkomandazzjonijiet biex jitlaqqmu xi ħaddiema minn tiegħu.
Ministeru għar-Riċerkja, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol.
Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant.
Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — direct orders lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament ma ġiet mogħtija l-ebda kuntratt minn dan il-ministeru.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma j¿ommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilitá.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara COVID-19 — impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19272 u jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19253.
Meta nikkunsidraw li ħafna mit-tfal qattgħu u qed jerġgħu jqattgħu ħafna sigħat quddiem laptop jew tablet biex isegwu l-lezzjonijiet online u in vista li r-riċerka turi li l-screen time jista’ jkun ta’ dannu għat-tfal, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed jiġi ppjanat sabiex ikun hemm rimedju għal dan, speċjalment kif il-pandemija tibda ttaffi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-16 ta' Jannar li ghadda jiena kont ħtart grupp ċentrali li se jieħu ħsieb jikkordina l-ħidma għall-istrateġija nazzjonali għal wara l-COVID-19.
Il-grupp qed jitmexxa mill-Professur Simone Borg bħala chairperson. Il-Prof. Borg gradwat bħala avukat u kompliet l-istudji tagħha b’Ph.D fil-Konservazzjoni tar-Riżorsi Naturali tal-Ibħra. Ħadmet taħt amministrazzjonijiet differenti fil-kamp tal-affarijiet barranin u tal-ambjent u kkontribwixxiet f’diversi proġetti ta’ riċerka fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Ġnus Magħquda. Il-Prof Borg hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Liġi Ambjentali u tar-Riżorsi fi ħdan il-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Malta u ħadmet ma’ diversi universitajiet barranin. Hija wkoll id-direttur tal-Programm Internazzjonali (Master of Arts) fl-Iggvernar tal-Oċeani u fellow tal-Istitut tas-Sostenibbiltà fi Bruges. Isservi wkoll bħala membru tat-team ta’ esperti tal-Unjoni Ewropea għal Horizon 2020.
Il-grupp ghandu wkoll lil dawn il-persuni bħala membri: Is-Sinjura Joyce Dimech, Is-Sur Mario Galea, is-Sur Godwin Mifsud, is-Sur James Pearsall, il-Professur Gordon Sammut, is-Sur Clive Tonna u s-Sur Paul Zahra. Dan il-grupp ghandu l-faċilità li jinkariga esperti tekniċi fl-oqsma li jidhirlu xieraq biex jassistuh f’dan l-inkarigu, kif fil-fatt ghamel.
Ghalhekk il-grupp ċentrali huwa magħmul minn nies b’kompetenzi wiesgħa u niehu l-opportunita' li nirringrazzjahom talli aċċettaw li jidħlu għal dan l-inkarigu u għal din ir-responsabbiltà.
Il-grupp ċentrali se jkun gwidat mill-prinċipji tas-sostenibbiltà u l-ħarsien fit-tul, l-immassimizzar tal-fatturi li jagħtu vantaġġi kompetittivi lil pajjiżna, it-tisħiħ tar-reżiljenza u, fuq kollox, it-tkabbir tal-koeżjoni u l-ġustizzja soċjali.
F’dan l-inkarigu, il-grupp qed iġib flimkien l-istrateġiji li tfasslu li jew jinsabu fil-proċess li jitfasslu, fl-entitajiet jew fil-ministeri li jimpinġu fuq l-irkupru u r-reżiljenza ta’ wara l-COVID-19 u se jkun qed ifassal strateġija ħolistika għal wara l-Covid-19, anke bi studji fuq strateġiji simili f’pajjiżi oħra. Fl-ewwel kwart ta' din is-sena sar hafna xoghol, minghajr daqq ta' trombi, ta' konsultazzjonijiet ma' diversi entitajiet u organizzazzjonijiet. Fit-tieni kwart ta' din is-sena hu ppjanat li jsir outreach iktar fil-miftuh u b'mod pubbliku sabiex sa qabel l-ahhar ta' Gunju li gej tigi ppubblikata l-istrategija.
Filwaqt illi ghalhekk dan il-grupp centrali m'ghandux remit illi jimplimenta policies dwar kif il-perikoli msemmija fid-domanda jistgħu jiġu mtaffa u/jew mitigati, dan il-Ministeru jinsab dejjem lest illi joffri kwalunkwe sapport, ghajnuna u assistenza lill-Ministeri kkoncernati permezz ta’ riċerka u ko-ordinazzjoni lejn policy koeżiva kemm fuq dan il-punt, u kif ukoll dwar punti ohra li se jitqanqlu fil-kuntest tal-istrategija finali li se tkun qed tigi varat kif spjegat.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara COVID-19 — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19253.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija ta’ wara l-COVID-19 – miżuri minħabba l-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija ta’ wara l-COVID-19 – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Ix-xogħol ingħata wara direct order sabiex jiġi rispettat il-bżonn immedjat ta’ dan is-servizz.
Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija ta’ wara l-COVID-19 – teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.