Legislature:
Category:
Reset
Active:

TCNs – Tfal li twieldu f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal minn ġenituri ta’ pajjiżi terzi (TCNs) li twieldu f’Malta? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi terzi ġejjin dawn it-tfal u li bħalissa qegħdin hawn Malta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħwienet liċenzjati għall-bejgħ ta’ prodotti tal-kannabis u droga oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ħwienet liċenzjati biex ibiegħu prodotti tal-kannabis u/jew drogi oħra? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalità jinsabu dawn il-ħwienet, lokalità b’lokalità, kemm ilhom liċenzjati u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni sabiex ikun jista’ jsir dan il-bejgħ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Pensjonanti li għandhom pensjoni taħt l-€1,000

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4971 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti li għandhom pensjoni taħt l-€1,000?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li biex tinġabar l-informazzjoni rikjesta jeħtieġ aktar żmien.

Pakketti ta’ ikel provduti mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna rċeviet pakkett ta’ ikel provdut mill-Gvern mill-Fond Konsolidat, matul is-snin 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Direct orders ta' inqas minn €2,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Servizzi għall-Protezzjoni tat-Tfal - Każijiet relatati mal-protezzjoni tat-tfal - Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5020 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ każijiet relatati mal-protezzjoni tat-tfal li kienu għadhom fuq il-lista ta’ stennija tas-Servizzi għall-Protezzjoni tat-Tfal sal-aħħar ta’ Ottubru 2026? Jista’ wkoll jipprovdi rendikont ta’ kemm ilhom jistennew dawn il-każijiet, inkluż kemm ilhom aktar minn sitt xhur u aktar minn sena, u jindika x’inhu l-itwal żmien ta’ stennija rreġistrat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li hija policy tal-FSWS li l-istatistika ġenerali tagħha tkun ippubblikata darbtejn fis-sena. Jiġifieri f’ Ottubru ta’ kull sena fejn jirrapporta dwar l-ewwel sitt xhur ta’ dik is-sena partikolari u f’ April ta’ kull sena fejn ikun irrapportat l-andament tas-sena preċedenti sħiħa minn Jannar sa Diċembru. Dwar listi ta’ stennija, il- policy hija li din l-informazzjoni tkun ippubblikata fit-tmiem ta’ kull sena ħalli jkun hemm il-possibilità li jiġi evalwat l-andament fuq sena sħiħa. Infakkar li kien dan il-Gvern li daħħal trasparenza sħiħa fuq dan is-suġġett sensittiv u beda jitkellem fl-apert dwar din il-materja. L-aħħar rapport anwali jista jinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tal-FSWS.

Pensjonanti li għandhom pensjoni ta’ €37,624 fis-sena

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4970 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti li għandhom pensjoni ta’ €37,624 fis-sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li l-ammont ikkwotat minnha huwa b’rabta mal-miżura tat-taxxa fuq il-pensjoni, liema miżura imsemmija, tikkonċerna kull pensjoni li potenzjalment tista’ titħallas u mhux biss tas-sigurtà soċjali.  Dawn jinkludu wkoll pensjonijiet privati, tas-servizz u oħrajn. Eluf ta’ pensjonanti jirċievu aktar minn pensjoni waħda, u dawn kollha ikunu qed igawdu mill-miżura jekk tqabbel mas-sitwazzjoni kif kienet sal-2015, u mhux biss dawk li jista’ jkun għandhom pensjonijiet fl-ammont imsemmi jew iżjed. Barra minn hekk, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma jkollux l-informazzjoni dwar kull pensjoni li residenti Maltin ikunu qed jirċievu għaliex jista’ jkun xi ħadd għadu mhux jirċievi pensjoni tas-sigurtà soċjali jew it-tip ta’ pensjoni li jirċievi ma taffetwax il-pensjoni tas-sigurta soċjali.

Anzjani li għalqu l-61 sena u huma eliġibbli għall-pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4761 u jgħid kemm huwa preżentement in-numru ta’ anzjani li għalqu l-61 sena u huma eliġibbli għall-pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Benefiċċji soċjali – Applikazzjonijiet f’isem persuni oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li biex persuna tapplika għall-benefiċċji soċjali f’isem persuna oħra, din il-persuna jkollha bżonn il-prokura ġenerali? Jekk iva, kif jista’ jispjega din il-proċedura ġdida li ġġib fuq l-istess livell l-applikazzjoni għal benefiċċju soċjali u l-bejgħ ta’ proprjetà f’isem ħaddieħor?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

NGOs – Użu tal-fondi pubbliċi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3748 u 3749, fejn intqal li “l-informazzjoni kif mitluba ma tkunx tista’ tinġabar minħabba n-natura sensittiva tagħha”, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni segwenti dwar l-NGOs u l-użu tal-fondi pubbliċi (mingħajr ismijiet, data personali jew dettalji li jistgħu jidentifikaw lill-individwi li jibbenefikaw mis-servizzi), separatament għas-snin 2024 u 2025: i.    l-isem ta’ kull NGO li rċeviet finanzjament mill-Ministeru sabiex tipprovdi servizzi; ii.   il-kategorija ġenerali tas-servizzi ffinanzjati; u iii.  l-ammont totali effettivament imħallas lil kull organizzazzjoni f’kull sena? Jekk xi parti minn din l-informazzjoni ma tkunx tista’ tingħata minħabba kunfidenzjalità, jista’ l-Ministru jipprovdi l-bqija tal-informazzjoni u jindika, għal kull parti miżmuma lura, il-bażi legali jew kuntrattwali speċifika u r-raġuni li tipprekludi l-pubblikazzjoni tagħha?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Malta u Għawdex – Tfal f’kura residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal f’kura residenzjali f’Malta u Għawdex bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom qed jgħixu fi djar li jilqgħu sitt itfal jew inqas, u liema entitajiet imexxu dawn id-djar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Servizzi għall-Protezzjoni tat-Tfal - Każijiet relatati mal-protezzjoni tat-tfal - Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ każijiet relatati mal-protezzjoni tat-tfal li kienu għadhom fuq il-lista ta’ stennija tas-Servizzi għall-Protezzjoni tat-Tfal sal-aħħar ta’ Ottubru 2026? Jista’ wkoll jipprovdi rendikont ta’ kemm ilhom jistennew dawn il-każijiet, inkluż kemm ilhom aktar minn sitt xhur u aktar minn sena, u jindika x’inhu l-itwal żmien ta’ stennija rreġistrat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Pensjonanti tas-servizz li ser jieħdu l-pensjoni sħiħa minn Jannar 2027

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4599 u jgħid kemm ser ikunu l-pensjonanti tas-servizz li ser ikunu qed jieħdu l-pensjoni sħiħa minn Jannar 2027?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għal-liema pensjoni qed tirreferi meta qed tgħid ‘pensjoni sħiħa’

Pensjonanti tas-servizz li qed jieħdu l-pensjoni sħiħa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4598 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti tas-servizz li bħalissa qed jieħdu l-pensjoni sħiħa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għal-liema pensjoni qed tirreferi meta qed tgħid ‘pensjoni sħiħa’

FSWS Childcare – Carers barranin – Għarfien tal-lingwa Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3895 u jgħid kemm hemm carers ta’ nazzjonalità barranija impjegati fis-servizz tal-FSWS Childcare, maqsuma skont kull ċentru? Jista’ jgħid ukoll jekk il-carers barranin kollha, impjegati f’dan is-servizz, għandhomx għarfien tal-lingwa Maltija u jekk dan l-għarfien jiġix verifikat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant  li l-FSWS la tmexxi u lanqas topera Child care centres.

Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2026?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru W571