B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35865, jista’ l-Ministru jipprovdi d-data meta kull kunsill lokali organizza laqgħat mal-Pulizija dwar il-lokalità f'dawn l-aħħar sentejn, u jipprovdi dati separati għal kull kunsill?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba
Jista’ l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni għar-rikonoxximent taċ-ċens li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, wara li l-applikant issottometta d-dokumenti kollha meħtieġa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni qed tiġi vvetjata u l-applikant jiġi mgħarraf mill-Awtorità tal-Artijiet bl-iżviluppi meta jsir il-proċess meħtieġ.
Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan u Tignè – Encroachments
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35767 u jipprovdi lista dettaljata tal-encroachments kollha maħruġa mid-Dipartiment tal-Artijiet f’Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan u Tignè, u jgħid meta se tiġi implimentata r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman sabiex ikun hemm identifikazzjoni ċara u trasparenza akbar dwar l-art mogħtija bħala encroachment, inkluż fejn applikabbli, li din tkun indikata fuq il-post?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31140 u 34089 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31140, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu dwar iż-zebra crossing li hemm fi Triq l-Isqajjaq, f’Ħal Tarxien?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li m’għandu xejn xi jżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34088.
Ix-Xgħajra - Xgħajra Tornados - L-art madwar il-pitch
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34416 u 35390 u jgħid jekk l-art madwar il-pitch tax-Xgħajra Tornados ġietx devoluta lill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34092 dwar ir-restawr tal-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid xi programm ta’ restawr ġie mressaq?
Ħal Qormi - Outdoor Sports and Fitness Park - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar xi xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet fl-Outdoor Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi u x’tip ta’ xogħol sar, matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħal Qormi li matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha qed tingħata din it-tweġiba, saru diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tiswija fl-Outdoor Sports and Fitness Park. F’Lulju 2025 sar xogħol ta’ tiswija tas-siġġijiet fl-Open Air Gym fi Triq il-Belt Valletta. Aktar tard, f’Settembru 2025, saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tiswija fuq diversi partijiet tal-apparat, li kienu jinkludu żarmar ta’ tagħmir, tiswijiet u żebgħa, kif ukoll armar ġdid fejn kien meħtieġ.
San Pawl il-Baħar - Proprjetajiet tal-Gvern - Għaqdiet volontarji, sportivi jew kulturali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-proprjetajiet tal-Gvern li jinsabu fil-limiti ta' San Pawl il-Baħar, li huma mgħoddija b'xi forma ta' titlu lill-għaqdiet volontarji, sportivi jew kulturali u jagħti tagħrif għal kull proprjetà li hi tal-Gvern f'din l-istess lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tindika b’site plan għal-liem proprjetà/ proprjetajiet qegħda tirreferi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34697, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif kollu dwar il-proprjetà tal-Gvern li tinsab fil-limiti ta' San Pawl il-Baħar, kemm jekk din hi art agrikola, art mogħtija lil terzi persuni, kemm privati, pubbliċi u organizzazzjonijiet volontarji, kif ukoll għal dak li jikkonċerna artijiet jew bini li fil-fatt jinsabu fl-iskema tal-bini?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli interpellanta biex tispeċifika eżatti għal liema art/artijiet qiegħda tirreferi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31333, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru sabiex tiġi ffinalizzata l-parti ta’ Bighi msemmija fl-istess tweġiba u xi żviluppi kien hemm biex terġa’ tiġi lura f’postha?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34822, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bandli maqlugħin madwar Malta u Għawdex, u jaqsam din l-informazzjoni f’żewġ listi separatament, kemm għall-playing fields kif ukoll għall-bandli individwali?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mill-Kunsilli rispettivi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34805 rigward it-tiswija tal-bieb tal-Fortizza tal-Grazzja, fix-Xgħajra, fejn ġie mwieġeb li “Ninsab infurmat li l-bieb tal-batterija iċċaqlaq mill-post għal post sigur. Ser issir spezzjoni biex jiġu identifikati l-ħsarat sabiex jibda l-pjan tal-konservazzjoni.”, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlesta dan il-proċess u l-bieb jerġa’ jitwaħħal?
Response (BONNICI, OWEN)
Bħalissa ninsabu fil-process fejn qed jiġu identifikati l-ħsarat u jitfassal il-pjan tal-konservazzjoni.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34663 dwar ftehim ieħor mal-American University of Malta (AUM) biex id-dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla li huma marbuta mal-moll quddiem din l-entità, jibqgħu hemmhekk u ma jitneħħewx fl-aħħar ta’ Frar, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-konċessjoni msemmija fl-istess tweġiba?
Ħaż-Żabbar – St. Peter’s Area – Bus stop ‘Marżebb’
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34626 dwar l-intervent biex il-bus stop ‘Marżebb’ f’St. Peter’s Area, f’Ħaż-Żabbar, ikun iktar komdu għar-residenti, fejn ġie mwieġeb li “Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar li fil-jiem li ġejjin il-Kunsill ser ikun qiegħed jissottometti t-talba meħtieġa lill-kumpanija responsabbli mill-installazzjoni tal-bus shelters, sabiex jinbeda l-proċess relatat mal-intervent fil-waqfa bl-isem "Marżebb", jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol wara din it-talba?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar li l-proċess għall-installazzjoni ta’ bus shelters ġie rivedut u issa, flimkien mat-talba tal-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar, hemm bżonn jiġu sottomessi wkoll id-dokumenti meħtieġa, inkluż survey tas-sit u l-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Il-Kunsill bħalissa qed jaħdem biex jiġbor id-dokumentazzjoni kollha sabiex tkun tista’ titressaq it-talba formali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34411 dwar x’xogħol sar fix-Xatt tar-Rinella l-Kalkara wara l-ħsarat li ġew ikkawżati fil-maltempata ta’ Jannar li għadda, fejn ġie mwieġeb li “B’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u Infrastructure Malta, qed jitfasslu pjanti ġodda sabiex fil-ġimgħat li ġejjin jibdew ix-xogħlijiet u t-tiswijiet neċessarji.”, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol wara li jitlestew dawn il-pjanti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lil Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lil ministru kkonċernat.
Il-Belt Valletta - Triq il-Merkanti - Telephone box
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar u fiex wasal il-proċess tat-telephone box li tkissret fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta fil-25 ta’ Ġunju tal-2024?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-PQ preċedenti 34933 u nikkonferma li x-xogħlijiet ta’ restawr waslu fi stadju avvanzat.
Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data meta kull kunsill lokali organizza laqgħat mal-Pulizija dwar il-lokalità, u jipprovdi dati separati għal kull kunsill?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika
għal-liema snin qed jirreferi.