Faċilità Korrettiva ta’ Kordin: Priġunieri Barranin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’dawn l-aħħar għaxar snin kemm kien hemm priġunieri barranin li wara li skontaw is-sentenza tagħhom, ġew deportati lura lejn pajjiżhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi dettalji dwar priġunieri barranin li ġew riferuti mill-awtoritajiet tal-ħabs lill-Pulizija biex jiġu ‘ripatrijati’ wara li jiskontaw is-sentenza tagħhom fil-ħabs, inzammu mis-sena 2015. F’dan il-perjodu u sa Settembru 2019, wara li ttieħdu proceduri amministrattivi, ġew ripatrijati l-barranin li ma kkwalifikax sabiex jibqgħu Malta, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Numru ta’ priġunieri barranin li gew rreferuti lill Pulizija mill- awtoritajiet tal habs u gew ‘ripatrijati’
2015
27
2016
21
2017
31
2018
54
2019 (sa Settembru)
23
Jista’ l-Ministru jgħid kemm fil-mument li qed titwieġeb din id-domanda hemm priġunieri f'solitary confinement? Jekk le, din il-prassi għadha tintuża u jekk iva x' inhi l-medja ta' ġranet f'sena, li priġunieri jkunu maqfula f'solitary confinement?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirrefri lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 11172 u 11173.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11884, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk almenu dan il-każ ġiex investigat mill-Korp tal-Pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ ma ġiex investigat mill-Pulizija u nerġa’ nistiednu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika x’kienu s-sentenzi mogħtija fil-każijiet ta’ aggressuri li nstabu ħatja ta’ vjolenza domestika s-sena l-oħra? Kemm minnhom weħħlu l-ħabs u għal kemm żmien weħħlu priġunerija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fil-mument, li qed titwieġeb din il-mistoqsija:
a) kemm huwa attrezzat li jospita priġunieri l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?;
b) kemm hemm priġunieri llum fil-ħabs ta' Kordin?;
c) kemm minn dawn huma nisa, irġiel u kemm minnhom huma Maltin jew barranin?;
d) mill-priġunieri kollha li hemm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, kemm hemm priġunieri li qegħdin jiskontaw sentenza marbuta ma' prostituzzjoni? Kemm minn dawn huma nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom huma Maltin u kemm barranin?
e) kemm hemm priġunieri fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin li għandhom dawn il-kundizzjonijiet tas-saħħa:
1) HIV
2) Hepatitis B
3) Hepatitis C
4) Mard sesswali u
f) kemm hemm uffiċjali jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, fil-mument li qed titwieġeb din il-mistoqsija? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, kif diġà indikajt, il-binja eżistenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mhix addattata biex tospita l-għadd attwali ta’ 813-il priġunier (750 raġel u 63 mara). Anzi din inħolqot biex tospita kważi nofs din il-popolazzjoni. Għaldaqstant wieħed japprezza ferm aktar ix-xogħol impekkabbli li qed jitwettaq mill-amministrazzjoni tal-post u l-uffiċjali korrettivi li jammontaw għal 270 (233 raġel u 37 mara). L-intenzjonijiet tal-Gvern huma li l-binja tiġi estiża b’tali mod li tiffaċilita l-ħidma fil-post, kemm għal sigurtà aħjar kif ukoll għal trattament iżjed dinjituż lir-residenti tiegħu. Kull priġunier jingħata kull kura meħtieġa mill-istaff mediku fil-Faċilità nnifisha jew miċ-ċentri tas-saħħa u/jew mill-isptarijiet skont il-bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm warrant of arrest fil-ġurnata tas-6 ta Settembru 2017 bejn l-10 u l-11 ta’ filgħodu meta pulizija pajżana marret l-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u talbet lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex tmur magħhom l-Għassa tal-Pulizija? Jista’ jikkonferma li din l-mara ttieħdet fid-Depot tal-Pulizija u ġiet interrogata mingħajr ma kellha magħha avukat? Jista’ jikkonferma li ż-żewġt itfal tagħha ta’ sena u tmien xhur u ta’ tliet snin ittieħdu wkoll id-Depot? Jista’ jgħid jekk hux minnu li din il-persuna nżammet madwar 5 siegħat mingħajr ma intqal lilha li kienet arrestata u mingħajr assistenza ta’ avukat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-interpellanza tittratta każ partikolari li ma jipprestax ruħu f'dan l-istadju li jiġi diskuss barra l-Bord li jikkunsidra ilmenti kontra l-Pulizija jew il-qrati. Dan peress li jista' jiġi ppreġudikat xi eventwali proċess ġudizzjarju.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-arrest taż-żgħażagħ f’Ħal Luqa fl-1 ta’ Novembru 2019 kienx fil-fatt fil-Campus tal-ITS? Kemm kien in-numru eżatt taż-żgħażagħ arrestati? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawk arrestati kinux fil-fatt studenti tal-ITS? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-akkuża kinetx ta’ pussess jew traffikar ta’ droga?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li waqt li l-arrest taż-żgħażagħ fil-lokalità u d-data msemmija huwa kkonfermat, ma jkunx opportun illi aktar tagħrif ikun ippubblikat, stante li l-investigazzjoni għadha mhix konkluża.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika rraportati lill-pulizija, lokalità b'lokalità, mill-1 ta’ Jannar 2019 sad-data li fiha tkun mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab ifurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 ta’ Settembru 2019, il-pulizija rreġistrat elf u żewġ (1,002) każi ta’ vjolenza domestika. Dettalji tar-rapporti skont il-lokalità kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tista’ twassal biex ċerti individwi, kemm min wettaq ir-reat u kemm il-vittma jistgħu kunu identifikati billi f’ċerti lokalitajiet żgħar ikunu waħdiet il-każi ta’ vjolenza domestika.
Każijiet ta’ persuni li ġew imħarrka ta’ tipjip f’postijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ persuni li ġew imħarrka talli pejpu f'postijiet pubbliċi fejn it-tipjip huwa pprojbit mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ persuni li ġew imħarrka talli pejpu f'postijiet pubbliċi fejn it-tipjip huwa pprojbit, kemm permezz ta’ tickets minn meta dawn ġew introdotti fis-sena 2015, kif ukoll permezz ta’ ċitazzjonijiet, fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt :
Type of Return
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019*
Total
1458
1139
636
1585
3372
3681
1996
*sa Settembru
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — nefqa fuq reklamar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-nefqa fuq relamar fuq is-sit soċjali Facebook bejn Ġunju 2017 sal-11 ta’ Novembru 2019 kienet kif tidher hawn taħt.
Dipartiment/Entità
Data
Ammont
Dettalji
Pulizija
Marzu - Mejju 2019
€1,965.48
Promozzjoni permezz ta’żewġ
infographics
Pulizija
Ġunju - Lulju 2019
€1,400.00
Video
dwar promozzjoni għar-reklutaġġ u skeda relatata mal-Ġimgħa tal-Pulizija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ħa dan il-Gvern sabiex titnaqqas il-kriminalità ġewwa pajjiżna speċjalment kriminalità kontra familji vulnerabbli?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Il-Pulizija tieħu l-miżuri kollha sabiex titnaqqas il-kriminalità ġewwa pajjiżna fir-rigward ta’ kull persuna li tinstab f’dawn il-gżejjer. Għal raġunijiet ovvji ma nħossx li jkun prudenti li tingħata informazzjoni dwar miżuri u kif il-pulizija tikkordina l-ħidma tagħha għal dan il-għan. Nirreferi però għad-dokument dwar Crime Prevention Strategy għal dawn il-Gzejjer 2017-2021 liema dokument hu aċċessibli fuq l-internet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' tlajjar għall-prostituzzjoni fl-2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kien hemm persuna waħda (1) ta’ sess maskil u ħames (5) persuni tas-sess femminil li tressqu l-Qorti fuq reati ta' tlajjar għall-prostituzzjoni bejn Jannar u l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' vjolenza domestika matul l-2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kif diġà deskritt fi tweġiba oħra, fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant, u ċjoè bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Settembru 2019, kien hemm elf u żewġ (1,002) każi ta’ rapporti dwar vjolenza domestika rreġistrati mal-Pulizija. Il-persuni li allegatament wettqu dawn l-offiżi kienu mitejn u tlieta u erbgħin (243) mara u disa’ mija u wieħed (901) kienu rġiel. Kif spjegat fi tweġibiet għal mistoqsijiet simili, fil-każijiet fejn irriżulta ksur tal-liġijiet f'rapporti ta’ reat ta’ vjolenza domestika, il-persuni responsabbli dejjem jiġu investigati u jitressqu l-Qorti. Peress li ma tinżammx sistema elettronika ta’ dawn ir-reati bid-dettalji kif mitluba fil-mistoqsija, mhux possibbli li jingħataw figuri eżatti ta’ kemm minn dawk responsabbli tressqu l-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru sejħiet foloz (hoaxes) għall-fire engines fl-2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sena b’sena b’mod separat u fl-2019 sad-data meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li sejħiet foloz (hoaxes) għall-fire engines fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija tal-Onor. Interpellant huma kif jidher hawn taħt:
2013 92
2014 115
2015 224
2016 443
2017 525
2018 535
2019 312 (sal-5/09/2019)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni quddiem il-Qorti akkużati b’hold ups fl-2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fis-sena 2019, sax-xahar ta’ Settembru, tressqu sbatax (17)-il persuna quddiem il-Qorti, akkużati b’hold ups.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — credit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Chief of Staff tal-Ministru biss għandu credit card maħruġa mill-Gvern Malti. L-ammont minfuq fuq din il-credit card għas-sena 2018 kienet ta’ €8713.37 waqt li ma kienx hemm infiq fuq din il-credit card fis-sena 2019.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija ta’ persuni nieqsa sena b'sena fl-2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u dis-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm minn dawn instabu jew irritornaw u kemm baqgħu ma nstabux? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid x’kienu l-etajiet tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti ta’ persuni nieqsa li saru lill-Pulizija sena b'sena mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Settembru 2019 kienu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif mitlub mill-Onor. Interpellant it-tabella tinkludi wkoll dettalji ta’ kemm minn dawn instabu u kemm baqgħu ma nstabux, dettalji dwar is-sess tagħhom u l-etajiet.