AFM — Search and Rescue Zone - Operazzjonijiet b'dgħajjes - persuni salvati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24322 u 24224 u ċjoè jgħid kemm-il operazzjoni saret mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) b’dgħajjes tal-AFM fis-Search and Rescue zone ta’ Malta għal kull sena fis-snin 2019, 2020 u 2021, u kemm-il persuna ġiet salvata f’kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-twegiba ser tingħata f’seduta oħra.
AFM — Search and Rescue Zone - Operazzjonijiet b'dgħajjes - persuni salvati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24323 u 24225 u ċjoè jgħid minn dawk il-persuni salvati f’operazzjonijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) bid-dgħajjes tal-AFM fis-Search And Rescue Zone ta’ Malta, kemm inġabu f’Malta, kemm ittieħdu l-Italja u kemm ittieħdu l-Libya matul is-snin 2019, 2020 u 2021,?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-twegiba ser tingħata f’seduta oħra.
AFM — Search and Rescue Zone ta' Malta - dgħajjes tal-AFM mhux involuti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24324 u 24226 u ċjoè jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ kienet ko-ordinata mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fis-Search And Rescue Zone ta’ Malta iżda f’liema d-dgħajjes tal-AFM ma kinux involuti għal kull sena 2019, 2020 u 2021, u kemm-il persuna ġiet salvata f’kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-twegiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il każ ta’ cyber harassment ġew irrapportati, xahar b’xahar, matul l-aħħar tliet snin? F’kull każ, x’kienet l-età tal-allegat vittma/i u l-età tal-allegat akkużat/i?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Membru tinħtieġ eżerċizzju elaborat ta’ indaġini manwali biex tkopri tlett snin kif rikjest fil-mistoqsija, peress li fis-sistema elettronika tal-pulizija ma kienx hemmx il-possibilita li toħroġ l-informazzjoni kif mitluba u ddetalji kif indikati. Dan eżerċizzju jikkonsma ħafna ħin prezzjuż li l-Korp tal-Pulizija jista’ juża aħjar għall-iskop tal-qadi tal-funzjonijiet tiegħu fil-ġlieda kontra l-kriminalita’ u għall-aħjar protezzjoni taċ-ċittadini. Madankollu, infurmat illi min nofs Dicembru 2021 il-Pulizija nkludew il-possibilita li jestrattaw elettronikament dettalji dwar cyber reports. Bejn Dicembru u l-aħħar ta’ Jannar kien hemm tnax ir-rapport ta’ cyber-harassment (fastidju pers se). Jekk wieħed iqis li reat ikun cyber bullying meta l-persuna ffastidjata u l-persuna li tgħat fastidju jkunu minuri (meta l-eta’ tkun magħrufa), filwaqt li reat ikun cyber harassment meta waħda mill-persuni li ġiet iffastidjata jew iffastidjat kienu adulti, it-tabelli t’hawn taħt tista tagħti ndkikazzjoni aħjar tar-reat .
Cyber-harassment – Rapporti minn Dicembru 2021 sa 31.12.2022
Seq.
Eta tal-vttma
Eta’ tas-suspettat
1
25 sena
Mhux magħruf
2
18 sena
Mhux magħruf
3
21 sena
Mhux magħruf
4
31 u 34 sena
Mhux Magħruf
5
31 sena
Mhux magħruf
6
Tnejn ta’ 16 il-sena
16 sena
7
29 sena
25 sena
8
79 sena
76 sena
9
23 sena
Mhux magħruf
10
16 sena
Mhux magħruf
11
26 sena
37 sena
12
64 sena
Mhux magħruf
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema huma dawk il-lokalitajiet f’Malta u Għawdex li għandhom għassa? Minn dawn, liema huma dawk l-għases li huma miftuħa? F’kull każ, jekk l-għassa tinsab magħluqa, x’inhi r-raġuni għala din tinsab magħluqa u jekk din se terġa’ tinfetaħ, meta hu ppjanat li dan isir?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-twegiba ser tingħata f’seduta oħra.
Marsaskala – rapporti ta’ reati kriminali lill-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru u t-tipi ta’ reati kriminali rrappurtati lill-Pulizija f’Marsaskala mis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali li ġew reġistrati fis-sistema komputerizata tal-Pulizija mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Jannar 2022, u li seħħew fil-lokalita’ ta’ Wied il-Għajn, huwa ta’ elf mitejn u wieħed u disgħin (1291), kif jidher fit-tabella hawn taħt li turi it-tipi ta’ reati rrapurtati. Infurmat illi ħafna miz-zieda ta’ kazi relatati ma droga kienu skoperti, b’rizultat ta’ approcc proattiv mill-membri tal-Korp, specjalment waqt road blocks. Ir-rapporti ta’ kazi ta’ frodi zdiedu konsegwenza ta’ online fraud, li kif jaf kulhadd huwa difficli li wieħed jippreveni. Madankollu il-Pulizja qed tkompli bil-kampanji tagħha biex twissi lill-pubbliku bid-diversi mezzi ta’ scams, inkluz romance scams, biex kemm jista jkun ma jaqax fin-nasba ta’ certi elementi kriminali. Min naħa l-oħra, ammont sostanzjali ta’ serq setgħa u ġie prevenut, minħabba x-xogħol pulizjesk li qed jiġi mmirat, biex dan ir-reat jiġi mrazzan’.
Tip ta’ Reat
2019
2020
2021
2022
(sa Jannar)
Total
Reati relatati ma ħruq
4
2
1
0
7
Attentat ta’ offizi
24
10
10
1
45
Feriti fuq il-persuna
15
18
29
0
62
Uzu ħazin ta’
computer
6
12
6
1
25
RReati kontra l-paci pubblika
0
0
1
0
1
Reati kontra l-amministrazzjoni tal-ġustizzja
0
0
2
0
2
Hsarat
98
92
85
11
286
Vjolenza Domestika
77
76
70
2
225
Reati relatati ma droga
2
9
26
0
37
Falsifikazzjoni
0
1
4
0
5
Frodi
20
22
61
9
112
Reati relatati ma immigrazzjoni – dokumenti
0
1
0
0
1
Hasil ta’ flus
0
0
1
0
1
Pornografija
1
0
0
0
1
E¿erċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
9
7
13
1
30
Prostituzzjoni
0
0
1
0
1
Offizi sesswali
6
2
4
2
14
Reati ta’ serq
156
119
117
7
399
Theddid u vjolenza privata
8
11
4
0
23
Vjolenza kontra ufficcjal pubbliku
5
8
1
0
14
Total
431
390
436
34
1291
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Infiq fuq materjal ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tgħarif għadu qed jinġabar.
San Pawl il-Baħar – konsum tal-alkoħol f’postijiet pubbliċi — ċitazzjonijiet
Question
Jista’ jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24339 u jagħti informazzjoni dwar kemm-il ċitazzjoni nħarġet dwar ksur tal-bye-law K.L.B.L 55/05/2021, liema bye-law hi dwar il-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi f’San Pawl il-Baħar, minn meta daħlet fis-seħħ din il-bye law sal-lum maqsuma xahar b'xahar? Minn dawn iċ-ċitazzjonijiet li nħarġu kemm minnhom irriżulta li l-persuna lil min inħarġet iċ-ċitazzjoni kienet ħatja, ma kenitx ħatja u kemm huma l-każijiet li għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tgħarif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il każ ta’ cyber bullying ġew irrapportati, xahar b’xahar, matul l-aħħar tliet snin? F’kull każ, x’kienet l-età tal-allegat vittma/i u l-età tal-allegat akkużat/i?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Membru tinħtieġ eżerċizzju elaborat ta’ indaġini manwali biex tkopri tlett snin kif rikjest fil-mistoqsija, peress li fis-sistema elettronika tal-pulizija m’hemmx kategorija li toħroġ l-informazzjoni kif mitluba u ddetalji kif indikati. Infurmat ukoll li dan eżerċizzju li jikkonsma ħafna ħin prezzjuż li l-Korp tal-Pulizija jista’ juża aħjar għall-iskop tal-qadi tal-funzjonijiet tiegħu fil-ġlieda kontra l-kriminalita’ u għall-aħjar protezzjoni taċ-ċittadini, u għalhekk L-Onor Intepellanta għandha tikkunsidra l-importanza tal-ħtieġa li din informazzjoni tinġabar.
Pulizija — Ħruġ ta' żewġ ċitazzjonijiet għall-istess kontravenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-pulizija qed toħroġ żewġ ċitazzjonijiet għall-istess kontravenzjoni bħall-eżempji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-kontravenzjoni tinħareġ skont il-każ tal-ksur tal-provedimenti legali rispettivi. Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellanta illi kull ċittadin għandu dritt t'appell skont l-istess liġi.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — organogramma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24077 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 10, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 9 (tnejn minnhom fuq bażi part time), u l-għadd ta’ persuni fis-Segretarjat Parlamentari huma 8 li diġa jħadmu mas-Settur Pubbliku waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 3.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar xi żviluppi kien hemm dwar inċident li seħħ fil-Qawra f’Novembru 2021, fejn allegatament grupp ta’ żgħażagħ kienu armati bi skieken u tterrorizzaw lil diversi residenti fil-Qawra stess?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi dwar l-incident imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, saru l-indaġini meħtieġa, immedjatament wara li l-Pulizija tal-Qawra rċevew ir-rapport, biex ġie identifikat il-grupp ta’ żgħażagħ, kollha taħt l-erbgħatax -il sena u li fosthom kien hemm żagħżugħ li allegatament kellu mus f' idejħ waqt l-istess incident. Dawn ġew mitkellma mill-Pulizija fil-preżenza tal-ġenituri tagħhom. Infurmat illi l-Pulizija tad-Distrett u dawk tal-Komunità fl-istess lokalità, sussegwentament żiedu ir-rondi tagħhom fiż-żona rispettiva u żoni oħra fil-Qawra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar jekk sarux rapporti fl-għases tal-pulizija ta’ inċidenti fejn gruppi ta’ żgħażagħ armati bi skieken itterrorizzaw lil residenti? Jekk iva, kemm saru u x’passi ħadet il-pulizija f’kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2021 u l-aħħar ta’ Jannar 2022 ma sarux rapporti fl-għases tal-pulizija ta’ inċidenti fejn gruppi ta’ żgħażagħ armati bi skieken itterrorizzaw lil residenti, ħlief l-allegat kaz li ġara l-Qawra f’Novembru tas-sena l-oħra u li kien suġġett ta’ Mistoqsija Parlamentari oħra.
Pulizija – każi ta’ bullying fuq tfal u adoloxxenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il każ ta’ bullying ġew irrapportati fuq tfal u adoloxxenti li għandhom mhux iktar minn 18-il sena? F’kull każ x’kienet l-età tal-allegat vittma/i u f’liema lokalità seħħ kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ każi ta’ bullying li ġew irrapportati lill-Pulizija bejn 1 ta’ Jannar 2021 u l-aħħar ta’ Jannar 2022, fuq tfal u adoloxxenti li għandhom mhux iktar minn 18-il sena kien ta’ tmintax (18) hu kif jidher fit-tabella annessa. L-Onorevoli Interpelant tapprezza illi dawn il-figuri nġabru manwalment peress li fis-sistema elettronika tal-Pulizija m’hemmx kategorija specifika li tiġbor kazi ta’ bullying’, li jistgħu jkunu taħt forom diversi skond artikli oħra tal-Kodici Kriminali.
Distrett
Data ta’ l-incident
Eta’ tal-vittma
Lokalita fejn seħħ l-incident
1
-
-
-
2
27/02/2021
28/10/2021
11/11/2021
26/01/2022
26/01/2022
14
13
13
15
17
Hamrun
Hamrun
Hamrun
Sta Venera
Sta Venera
3
-
-
-
4
-
-
-
5
13/10/2021
17
Safi
6
-
-
-
7
-
-
-
8
-
-
-
9
18/12/2021
19/12/2021
12
14
Naxxar
Birkirkara
10
16/12/2021
04/03/2021
13
14
Dingli
Mgarr
11
09/03/2021
11/03/2021
03/06/2021
28/09/2021
17/01/2022
15
15
15
12
13
San Pawl il- Bahar
San Pawl il- Bahar
San Pawl il- Bahar
San Pawl il- Bahar
San Pawl il- Bahar
12
19/11/2021
29/11/2021
19/01/2022
13
15
15
Rabat, Gozo
Rabat, Gozo
Rabat, Gozo
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema huma l-lokalitajiet li fihom beda jopera uffiċjalment il-Community Policing? X’inhuma l-iktar problemi u sfidi li qegħdin jiltaqgħu magħhom il-community police f’kull waħda minn dawn il-lokalitajiet? Liema huma dawk il-lokalitajiet li fihom hemm ħsieb li jibda jopera uffiċjalment il-community police matul din is-sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-lokalitajiet li fihom diġa joperaw il-Pulizija tal-Komunità huma disa’ u għoxrin (29) u jikkonsistu fil-Belt Valletta - Furjana – Rabat – Mtarfa - Dingli - Mdina – Marsaxlokk – Birzebbuġa - Swieqi - Pembroke – Mellieħa - Fgura - Tarxien – Birgu – Bormla - Isla -Kalkara - Hamrun - St. Venera - Marsa – Għawdex - San Pawl il-Baħar – Attard - Lija - Balzan - Iklin –Raħal Gdid - Santa Lucija u San Giljan. Kif ġara sa issa b'mod gradwali, tul din is-sena se jkun qed jiżdiedu numru ta' lokalitajiet oħra.
Infurmat ukoll li ma jistax jingħad li hemm xi problemi speċifiċi f’xi waħda mil-lokalitajiet. Ġaladarba l-Kunsilli Lokali u entitajiet oħra f’kull lokalità jifhmu l-operat tal-kunċett, l-isfidi li jiltaqgħu magħhom l-uffiċjali kkoncernati waqt xogħolhom jigi mitigat bi sħab mal-komunità inġenerali, u jwassal li flimkien jindirizzaw il-problemi li jiġu dentifikati u risolti.
Suwiċidju — persuni li tressqu l-Qorti fuq inċitament
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-Qorti jew inħarġu akkużi kontrihom in konnessjoni ma’ inċitament biex persuna twettaq suwiċidju mill-1 ta’ Novembru, 2021 sal-lum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi hemm erba’ persuni li tressqu l-Qorti in konnessjoni mal-każ ta’ inċitament biex persuna twettaq suwiċidju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Spettur tal-Pulizija ġie trasferit mid-Dipartiment tar-Reati Finanzjarji (FCID) lejn:
a) branka oħra tal-Korp; jew
b) entità oħra lil hinn u barra mill-Korp mill-1 ta’ Jannar, 2022 sal-lum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2022 sat-2 ta’ Frar 2022, l-ebda Spettur tal-Pulizija ma ġie trasferit imkien, mid-Dipartiment tar-Reati Finanzjarji
AFM – Search and Rescue Zone – Operazzjonijiet b’dgħajjes – persuni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24224 u 24322 u jgħid kemm-il operazzjoni saret mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) b’dgħajjes tal-AFM fis-Search and Rescue Zone ta’ Malta għal kull sena, fis-snin 2019, 2020 u 2021 u kemm-il persuna ġiet salvata f’kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
AFM – Search and Rescue Zone – Operazzjonijiet b’dgħajjes – persuni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24225 u 24323 u jgħid minn dawk il-persuni salvati f’operazzjonijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) bid-dgħajjes tal-AFM fis-Search and Rescue Zone ta’ Malta matul is-snin 2019, 2020 u 2021, kemm inġabu f’Malta, kemm ittieħdu l-Italja u kemm ittieħdu l-Libja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
AFM – Search and Rescue Zone ta’ Malta – dgħajjes tal-AFM mhux involuti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24226 u 24324 u jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ kienet ko-ordinata mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fis-Search and Rescue Zone ta’ Malta iżda f’liema d-dgħajjes tal-AFM ma kinux involuti għal kull sena 2019, 2020 u 2021 u kemm-il persuna ġiet salvata f’kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.