Ministeru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat — infiq fuq materjal ta' reklamar
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Inklużjoni, l-kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tagħha, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom.
Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts.
Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan.
L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intużaw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €1,100 (VAT eskluża).
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23007, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17977 u ċjoè: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17713 u tgħid fejn wasal il-proġett imħabbar fl-2017 mill-Gvern fejn il-Learning Hub ġewwa Għajnsielem Għawdex kellu jiġi estiż biex ikun hemm aktar spazju għas-servizzi offruti minn dak il-post? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Gvern kera l-binja tal-Learning Hub?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li x-xogħlijiet tal-ewwel fażi tal-proġett ta’ Għajnsielem Learning Hub waslu lejn it-tmiem. Din il-ħidma tikkonsisti f’tisbiħ u ristrutturar tal-parti tal-binja minn fejn kienu qed jitwasslu s-servizzi eżistenti minn Aġenzija Sapport, Jobsplus, MITA u FITA. Fil-preżent għaddejja ħidma fuq it-tieni u t-tielet fażi tal-proġett li ser jara manutenzjoni u tisbiħ ta’ sala u diversi kmamar li ser iservu bħala uffiċini u spazju minn fejn jistgħu joperaw aktar servizzi u entitajiet differenti.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Tista’ l-Ministru tindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Waqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġa’ jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 12, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 7.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn persuni b’diżabilità intelletwali fl-età ta’ bejn is-16 u s-26 sena?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 650 persuna b’diżabilità intelletwali fl-età ta’ bejn is-16 u s-26 sena (iż-żewġ etajiet inklużi) li huma rreġistrati mal-Kummisjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b’Diżabilità.
Ministeru għall-Inklużjoni, l-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tagħha jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tagħha minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat- Tiġdid ta' telework/remote working
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtha u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22997, tista' l-Ministru tgħid liema kienu dawk is-servizzi offruti mill-uffiċċju li ġie assenjat ġewwa Ta' Dbiegi f'San Lawrenz Għawdex lill-Kunsill Malti għall-Volontarjat u dan minn meta fetaħ sakemm għalaq? Tista' tgħid kemm persuni kienu qed jaħdmu f'dan l-uffiċċju u dan minn meta fetaħ sa meta għalaq? Tista' tgħid ukoll kemm għaqdiet Għawdxin ibbenefikaw mis-servizz tal-uffiċċju, minn kemm ilu miftuħ sa meta għalaq? Tista' tagħti d-data ta' meta għalaq dan l-uffiċċju?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura u se tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23007, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17977 u ċjoè: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17713 u tgħid fejn wasal il-proġett imħabbar fl-2017 mill-Gvern fejn il-Learning Hub ġewwa Għajnsielem Għawdex kellu jiġi estiż biex ikun hemm aktar spazju għas-servizzi offruti minn dak il-post? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Gvern kera l-binja tal-Learning Hub?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura u se tingħata f’seduta oħra
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u l-Organizzazzjonijiet Volontarji — Contracts for Service
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanha ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Tista’ telenkahom?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.