Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — vetturi ta' ċittadini tal-Unjoni Ewopea li jiddeċiedu li jgħixu f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li, għad li Transport Malta hija għal kurrent tal-fatt li l-informazzjoni li qiegħda tiġi mogħtija lil dawk iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jiddeċiedu li jiġu jgħixu Malta u jġibu l-vettura tagħhom magħhom, hija skorretta u qiegħda tkun ta' preġudizzju għal dawn in-nies, xorta waħda qiegħda tibqa inadempjenti? Jista' jara li f'każijiet simili, dawn in-nies ma jiġux imġgħela jerġgħu joħorġu l-vettura barra minn Malta u jerġgħu jidħlu biha iżda jingħataw l-opportunità li l-vettura tibqa hawn u jirrettifikaw id-dokumentazzjoni tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta timxi mad-diżpożizzjonijiet tal-liġi, "l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur (Kap. 368) u r-Regoli dwar Eżenzjoni mit-Taxxa ta’ Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur (L.S. 368.01)."

readings tal-emissjonijiet tal-antenni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport bir-readings tal-emissjonijiet tal-antenni ta' telekomunikazzjoni kollha u l-masts kollha li hemm f'kull lokalità f'Għawdex u jagħti l-informazzjoni skont l-operatur konċernat?

Response (GATT, AUSTIN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra rapport bir-readings tal-emissjonijiet li saru minn Għawdex matul din is-sena. Minbarra il-livell massimu kif ukoll il-livell permissibli mil-liġi, ir-rapport juri wkoll d-data u l-post minn fejn tkejlu l-emissjonijiet, flimkien mal-frekwenza u t-tip ta' servizz offrut, skont l-operatur konċernat. Ta' min jippreċiża li l-livell massimu muri fir-rapport, mhuwiex il-livell li attwalment inqara, iżda dak il-livell li xi darba jista jintlaħaq taħt ċirkostanzi straordinarji. Il-livell li attwalment inqara huwa dejjem inqas mil-livell massimu muri fir-rapport.

MEPA — applikazzjoni għal triq għal smart city

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx l-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal permess ta' bini ta' triq ġdida għal Smart City? Jekk fl-affermattiv, x'inhu n-numru tal-applikazzjoni u f'liema stadju li evalwazzjoni waslet l-applikazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi hemm tliet applikazzjonijiet li jkopru t-toroq bejn Smart City u Triq il-Kunsill tal-Ewropa, hekk kif ġej: Phase 1C – minn Smart City sa Triq Santu Rokku PA00501/09 Phase 1B – minn Triq Santu Rokku sa Bieb is-Sultan (minn ġor-raba) PA00237/07 Phase 1A – minn Bieb is-Sultan sal-mina ta’ Hompesch PA 00502/09 Bħalissa l-applikazzjoni qed tiġi proċessata mill-MEPA.

Misraħ ta' Ħaż-Żabbar — sleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37443 u jgħid jekk Transport Malta għandiex il-ħsieb jew fil-preżent hemmx xi talba biex isir sleeping policeman fil-misraħ jew madwar il-misraħ ta' Ħaż-Żabbar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat minn Transport Malta li fil-preżent ma hemmx talba għal sleeping policeman fil-post imsemmi.

Aġenzija Sapport — talbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet lill-Aġenzija Sapport għal servizzi fil-komunità f'dawn l-aħħar sentejn kull xahar separatament, kemm minnhom ġew milqugħa u kemm minnhom ingħatalhom is-servizz u kemm minnhom għadhom jistennew biex jingħataw is-servizz approvat?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38386 u jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

tneħħija ta' postijiet ta' parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38211, 37894, 37469, 36307 u 35939 u jgħid minn sena ilu 'l hawn kemm tneħħew postijiet ta' parkeġġ minn l-awtoritajiet kkonċernati f'kull lokal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Swieqi — Triq ir-Ratal - tiswija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31214, billi jinsab ġej l-istaġun tal-maltemp, jista' l-Ministru jara jekk l-awtoritajiet jistgħux isibu xi mezz legali li bih ma jibqgħux mxekklin milli jaraw li t-triq issir kif suppost minħabba l-ħofor kbar li hemm fit-tarf bejn Triq ir-Ratal u Triq l-Assenza fis-Swieqi, aktar u aktar billi din qed tkun ta' inkonvenjent kbir kemm għar-residenti li jgħaddu bil-mixi jew bil-karrozzi tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — każijiet ta' titjieb u manutenzjoni fit-toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistqosija parlamentari 36305, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' xogħlijiet inkluż il-valur tax-xogħol li sar s'issa ta' minor u major repair works li saru sal-lum matul din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Trasport Pubbliku bil-baħar bejn tas-Sliema u l-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz ta' trasport pubbliku bil-baħar bejn tas-Sliema u l-Belt inbediex mill-kumpanija Marsamxetto Steamferry Services?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s servizz bil-baħar bejn tas-Sliema u l-Belt beda fl-1 ta' Ottubru 2012.

Triq li twassal mill-Mosta sal-Imġarr — road safety impact assessment

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34933, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx ir-road safety impact assessment fuq it-triq li mill-Mosta twassal għall-Imġarr?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Arena tal-Indipendenza — pjanta ta' car park

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-full development permit u tal-pjanti approvati tal-car park li qiegħed isir flokk it-terraces tal-Arena tal-Indipendenza fil-Furjana?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Rabat Għawdex — Skola Sir Arturo Mercieca - Zebra Crossing

Question

Peress li ż-zebra crossing ta' quddiem l-iskola primarja Sir Arturo Mercieca fir-Rabat, Għawdex għandha bżonn tinżebaħ, jista' l-Ministru jara li din tinżebaħ immedjatamanet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li z-zebra crossing ta' quddiem l-iskola primarja Sir Arturo Mercieca fir-Rabat, ġiet miżbugħa fil-ġranet li għaddew.

Xemxija sal-Manikata — bus stop

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppp dwar il-ħtieġa li jiġi mqiegħed bus stop/bus shelter fit-triq li mix-Xemxija tagħti għall-Manikata fl-inħawi magħruf bħala Għajn Stas/Ta' Rkuplu, fejn minkejja li joqogħdu diversi persuni m'hemmx la bus stop u wisq inqas bus shelter?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Arriva — kompożizzjoni tal-flotta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-kompożizzjoni tal-flotta tal-karozzi tal-Arriva kif ingħata fir-risposta parlamentari riċenti hix kif kienet miftiehma oriġinarjament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.