Tista’ l-Ministru tgħid x’riżultati nkisbu mill-investiment ta’ €12-il miljun fil-Crafts Village f’Ta’ Qali? Tista’ wkoll tindika kemm-il stabbiliment huwa operattiv, kemm-il wieħed għadu magħluq u liema inizjattivi promozzjonali twettqu matul l-2024, l-2025 u l-2026?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-sistema tal-ilmenti dwar il-ġbir tal-iskart naqqsitx is-saħħa lill-kunsilli lokali biex jagħmlu kuntatt dirett mal-kuntrattur tal-ġbir tal-iskart?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kuntratti tal-Kunsilli Reġjonali ma jneħħux id-dritt li l-Kunsilli Lokali jkollhom kuntatt dirett mal-kuntrattur tal-ġbir tal-iskart sabiex jirrapurtaw xi ilment dwar ġbir tal-iskart fil-lokalità tagħhom. Dan huwa konfermat ukoll mit-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2998.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-ilmenti dwar il-ġbir tal-iskart li jsiru lill-kunsilli lokali jintbagħtux lill-kunsilli reġjonali biex jagħmlu kuntatt mal-kuntrattur tal-ġbir tal-iskart?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsilli Lokali li hemm Kunsilli Lokali li jieħdu ħsieb l-ilmenti huma, oħrajn jieħdu ħsieb l-ilment u jżommu lir-Reġjun infurmat u oħrajn jgħaddu l-ilmenti direttament lir-Reġjun.
Santa Venera – Triq il-Kappillan Mifsud – Xogħol fuq il-bankini
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol fuq il-bankini ta’ Triq il-Kappillan Mifsud f’Santa Venera? Tista’ tgħid ukoll kemm huwa l-investiment biex dan ix-xogħol qed isir?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-bankini ta’ Triq il-Kappillan Mifsud f’Santa Venera hu maħsub li jitlesta fil-bidu tas-sena d-dieħla (2027).
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kellhom jiġu installati kameras tas-sigurtà (CCTVs) mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat, Għawdex f’dawn l-aħħar snin, kemm minnhom ġew installati, fejn ġew installati u kemm minnhom qegħdin jaħdmu? Tista’ tgħid ukoll kemm kameras tas-sigurtà għadhom ma ġewx installati, fejn huma ppjanati li jitwaħħlu, u għaliex l-installazzjoni għadha ma saritx, kif ukoll tindika meta mistennija ssir?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li l-Kunsill kellu jinstalla 3 CCTVs fi Triq Sannat. Inħarġet sejħa għall-offerti għal tliet darbiet iżda għadu ma nstabx fornitur minħabba li dawk li ssottomettew offerta ma kinux teknikament konformi mar-rekwiżiti. Madankollu, infurmata wkoll li fiż-żmien li ġej, il-Kunsill mistenni joħroġ l-offerta mill-ġdid biex ikunu jistgħu jiġu installati.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Framework Agreement ta’ €13.5 miljun imsemmi fil-Baġit 2026 huwiex l-istess framework li sussegwentement ġie mħabbar b’allokazzjoni ta’ €12.8 miljun? Jekk huwa l-istess framework, tista’ tispjega r-raġuni għad-differenza ta’ €700,000?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Framework Agreement ta’ €13.5 miljun imsemmi fil-Baġit 2026 m’huwiex l-istess framework li sussegwentement ġie mħabbar b’allokazzjoni ta’ €12.8 miljun. L-ammont ta’ €12.8 miljun kienu allokati għal kuntratt bejn 2024 – 2026, filwaqt li €13.5 miljun huma allokati għal sejħa ġdida 2026 - 2028.
Kunsilli Lokali – Allokazzjonijiet – Valur ikkombinat
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-allokazzjoni taħt il-ftehim tat-€12.8 miljun għal proġetti proposti minn kunsill lokali hijiex kompletament ġdida u addizzjonali għall-allokazzjoni ta’ €10 miljun imħabbra fl-2024? Jekk iva, tista’ tikkonferma li l-valur ikkombinat taż-żewġ allokazzjonijiet huwa ta’ €22.8 miljun?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-allokazzjoni l-ġdida hija b'żieda għal dik imħabbra fl-2024 u li t-total ser jiżboq it-€22.8 miljun.
Tista’ l-Ministru tispjega l-proċess li bih proġett propost minn kunsill lokali jiġi approvat taħt il-ftehim ta’ €12.8 miljun, u tgħid min għandu r-responsabbiltà li:
i. japprova l-proġett;
ii. japprova l-baġit;
iii. jagħżel il-kuntrattur;
iv. japprova variations;
v. jiċċertifika x-xogħol; u
vi. jawtorizza l-ħlas?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull proġett propost minn xi Kunsill Lokali jiġi amministrat skont proċeduri stabbiliti fi ħdan il-Ministeru, l-etika tal-professjoni u r-regolamenti tas-Servizz Pubbliku.
Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsilli Lokali – Rendikont dettaljat tal-fondi
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tal-fondi kollha li ntużaw mill-allokazzjoni ta’ €10 miljun taħt il-ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsilli Lokali mħabbar fl-2024, u għal kull proġett tindika:
i. il-lokalità;
ii. il-kunsill lokali;
iii. id-deskrizzjoni tax-xogħol;
iv. id-data meta saret it-talba;
v. l-ammont approvat;
vi. l-ispiża finali;
vii. id-data tal-bidu u tat-tlestija; u
viii. jekk ix-xogħol sarx minn ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jew minn kuntrattur privat?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ġejt infurmata li sabiex tingħata l-informazzjoni, kif mitluba mill-Onor. Interpellanta, tinqabeż l-advisory cost. In oltre, ninforma lill-Onor Interpellanta li l-Contracting Authority tippublika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta' sitt xhur skont ir-regolamenti 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ix-Xgħajra – Ħsarat ikkawżati mill-Maltempata Harry – Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3832 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u tgħid x’xogħlijiet saru jew qed isiru tul il-promenade tax-Xatt tax-Xgħajra wara l-ħsarat ikkawżati mill-maltempata Harry?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-maltempata Harry, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq xogħlijiet ta’ tindif u tiswija fil-Banju tal-Milord. Id-Dipartiment wettaq ukoll investigazzjoni ġeoteknika u ħejja l-pjanti u d-dokumentazzjoni meħtieġa għas-sejħa għall-offerti sabiex tinbena mill-ġdid medda tal-promenade twila madwar 90 metru. Parti minn din il-medda hija mibnija fuq terrapien li ċeda parzjalment waqt il-maltempata Harry.
Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta' inqas minn €2,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Lulju 2026?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Gvern Lokali u Xogħlijiet Pubbliċi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Marsaskala – Triq ix-Xatt, Pjazza Dun Tarcis Agius u Triq is-Salini – Bus shelters/bus stops
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4111 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u l-mistoqsija parlamentari 5149 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli u tgħid meta se jerġgħu jitpoġġew il-bus shelters u l-bankijiet fuq il-bus stops li nqalgħu madwar erba’ xhur ilu minħabba x-xogħlijiet ta' riġenerazzjoni, fi Triq ix-Xatt, Pjazza Dun Tarcis Agius u Triq is-Salini, f’Marsaskala?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li bħalissa hemm diskussjoni bejn Infrastructure Malta u l-kumpanija Faces dwar kif ser jeħlu dawn il-bus shelters inkluż il-bankijiet tagħhom. Il-Kunsill qed iżomm kuntatt kontinwu biex ix-xogħol isir kemm jista’ jkun malajr.
Ir-Rabat, Malta - Żona ta’ Koronja - Wied il-Qlejgħa - Installazzjoni ta’ bozoz
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4435 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli u tgħid jekk hemmx pjan jew applikazzjoni biex jiġu installati bozoz mal-bridge li jaqsam fuq Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes), fiż-żona ta’ Koronja, fil-limiti tar-Rabat, Malta?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Birżebbuġa - Kunsill Lokali - Riżorsi mogħtija mid-Dipartiment għall-Indafa Pubblika
Question
Tista’ l-Ministru tindika r-riżorsi umani u finanzjarji mogħtija mid-Dipartiment għall-Indafa Pubblika lill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa għaż-żamma tal-istess lokalità?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li skont ftehim iffirmat fil-31 ta’ Mejju 2024 mas-CMD, dawn qed jipprovdulhom disa’ persuni u huma mqassma hekk:
• Seba’ persuni assenjati għat-tindif tat-toroq.
• Żewġ persuni assenjati għaż-żamma u tindif ta’ żewġ latrini pubbliċi.
Barra minn hekk, id-Divizjoni tieħu ħsieb ukoll b’mod regolari ż-żamma tal-indafa tal-bajjiet u l-promenade tal-istess lokalità.
Ta' Sannat, Għawdex – Proġett ta’ Pjazza Santa Margerita – Xogħlijiet pendenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex iż-zebra crossing fi Pjazza Santa Margerita f’Ta’ Sannat, għadha ma saritx, minkejja li għaddew aktar minn sentejn mill-inawgurazzjoni tal-pjazza, li ġiet irranġata b'fondi pubbliċi permezz ta’ ftehim bejn il-Kunsill Lokali ta’ Sannat u l-Ministeru għal Għawdex? Tista’ tgħid ukoll meta huwa previst li ssir din iż-zebra crossing u jekk għadx fadal xogħlijiet oħra pendenti marbuta mal-istess proġett? Jekk iva, tista’ tispeċifika liema huma u meta mistennija jitlestew?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li l-Kunsill jinsab fil-proċess li ż-zebra crossing issir, tant li diġà hemm il-pelikan lights installati. Dwar xogħol pendenti, dan huwa relatat mal-aerial cables li qegħdin fil-proċess li jitniżżlu fis-service culvert eżistenti.
Kunsilli Lokali – Detenturi tal-Blue Badge – Talbiet għal spazji ta’ parkeġġ komunitarji
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm irċevew talbiet għal spazji ta’ parkeġġ komunitarji għad-detenturi tal-Blue Badge kull Kunsill Lokali mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, b’tabella maqsuma skont il-kunsill u s-sena? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti? Għat-talbiet miċħuda, tista’ tagħti r-raġunijiet għaċ-ċaħda u l-kriterji li ġew applikati?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Ta’ Qali – Park Nazzjonali – Jogging u cycling tracks
Question
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet tal-jogging track u s-cycling track fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali? Tista’ wkoll tindika d-data prevista għat-tlestija u l-ispiża ta’ dawn ix-xogħlijiet?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol relatat mal-proġett tal-jogging track u cycling track jinsab fl-aħħar fażijiet tal-proċess tal-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar. Id-data għat-tlestija hi marbuta mal-ħruġ tal-permess. Hu stmat li l-ispiża ser titla madwar 6 miljun ewro.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-Masterplan tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, li l-ispiża kapitali tiegħu mistennija tilħaq madwar €68 miljun, ġie effettivament implimentat? Tista’ wkoll tagħti rendikont tal-fażijiet li tlestew, dawk li għadhom għaddejjin u l-ispiża effettiva sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li 75% tax-xogħol fil-Park Nazzjonali issa tlesta. Il-fażijiet huma r-riġenerazzjoni u t-tkabbir tal-Adventure Park, ir-riġenerazzjoni u t-tkabbir ta’ 250,000 metru kwadru tal-ġnien ewlieni, it-twaqqigħ tal-bini illegali ta’ kumpanija tal-konkrit u minfloku l-bini taż-żona tal-kunċerti, il-bini u tlesija tal-multi-storey carpark li jesa’ ‘l-fuq minn 500 karozza, kif ukoll l-ewwel fażi tar-riġenerazzjoni tal-picnic area. Għal dawn ix-xogħlijiet li tlestew, l-ispiża kapitali tlaħħaq €46 miljun.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-proġetti komunitarji previsti għall-2026 għadhom ma nbdewx? Tista’ wkoll tindika r-raġuni għaliex għadhom ma nbdewx u meta huwa previst li jibdew?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proġetti kollha li sad-29 ta’ Ottubru 2026 ma laħqux saru fl-ewwel Framework Agreement, se jkunu qed isiru fil-Framework il-ġdid (2026-2028) mill-aħħar ta’ Novembru ‘l quddiem u bi ftehim mal-Kunsilli Lokali malli jingħata l-kuntratt il-ġdid.