Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għaqdiet sportivi - Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34696 dwar l-għaqdiet sportivi li ħadu l-għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm għaqdiet sportivi oħra li applikaw u li kellhom it-talba tagħhom mhux milqugħa? Jekk iva, liema kienu u għaliex ma ntlaqgħux it-talbiet partikolari? Jista’ jgħid ukoll jekk għaqdiet oħra mhux sportivi jistgħux jibbenefikaw ukoll, u jekk iva, kif?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellanta għar-risposti mogħtija f’domandi parlamentari numri 34696 u 35534, l-approvazzjoni tal-applikazzjonijiet issir skont ir-regolamenti stabbiliti u kull deċiżjoni dejjem tkun ikkomunikata lill-applikant.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru W531

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35384, jista' l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sa Mejju 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-tweġiba mogħtija f’mistoqsija Parlamentari Nru 35384

Għaqdiet sportivi - Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34696, fejn intqal li “tnax-il għaqda sportiva bbenefikat minn fondi tal-Unjoni Ewropea bil-għan li ttejjeb jew taġġorna l-faċilitajiet sportivi tagħha”, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm għaqdiet oħra li applikaw u li t-talba tagħhom ma ġietx milqugħa? Jekk kien hemm, jista’ jgħid liema kienu dawn l-għaqdiet u għaliex ma ntlaqgħux it-talbiet tagħhom? Jista’ jgħid ukoll jekk għaqdiet mhux sportivi jistgħux jibbenefikaw ukoll minn fondi tal-Unjoni Ewropea, u jekk iva, kif?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull persuna jew għaqda tista’ tibbenefika minn skemi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, sakemm jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-għanijiet speċifiċi tal-programmi rispettivi. Kull min ikun interessat jista’ jikkuntattja lil Servizzi Ewropej f’Malta sabiex jingħata l-assistenza meħtieġa dwar il-programmi disponibbli u l-eliġibbiltà tagħhom .

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Health and Safety Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru 33597.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li ninsab infurmat li, fil-bini tal-entitajiet li jaqgħu taħt il‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej u l‑Implimentazzjoni tal‑Programm Elettorali, hemm żewġ defibrillators.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja tal-ministeru tiegħu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li ninsab infurmat li, fil-binja tal‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej u l‑Implimentazzjoni tal‑Programm Elettorali, hemm defibrillator wieħed

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li ninsab infurmat li fl-entitajiet li jaqgħu taħt il‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej u l‑Implimentazzjoni tal‑Programm Elettorali, hemm tmien (8) persuni ċċertifikati fl‑ewwel għajnuna.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li ninsab infurmat li fil‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej u l‑Implimentazzjoni tal‑Programm Elettorali, hemm tlieta u tletin (33) persuna ċċertifikata fl‑ewwel għajnuna.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li Ninsab infurmat li, fl-2024, ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fl-entitajiet li jaqgħu taħt il‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej u l‑Implimentazzjoni tal‑Programm Elettorali .

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, kif inhu kompost illum, ma kienx kostitwit fis-sena 2024.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li ninsab infurmat li, fl-2025, ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fl-entitajiet li jaqgħu taħt il‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej u l‑Implimentazzjoni tal‑Programm Elettorali.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li, fl-2025, ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fil‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej u l‑Implimentazzjoni tal‑Programm Elettorali

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi rreġistrati mal-ministeru tiegħu u kemm hi l-ispiża annwali biex jinżammu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill‑Onor. Interpellanta li ninsan infurmat li fil‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej u l‑Implimentazzjoni tal‑Programm Elettorali, għandu disa’ karozzi rreġistrati miegħu.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali hemm karozza waħda (GM). Din il-karozza hija tal-kiri liema kirja ssir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2026?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru W515

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2026?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru W499

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Diċembru 2025?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru 33083

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34155, 34431, 34798 u 35047 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor Interpellanta illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dana biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu: § Informazzjoni dwar is-servizzi offruti minn Servizzi Ewropej f’Malta § Kampanji ta’ informazzjoni dwar il-Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea § Kampanji ta’ promozzjoni għall-programmi Erasmus+ u European Solidarity Corps Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34155, 34431 u 34798 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.