Legislature:
Category:
Reset
Active:

European Stability Mechanism – self

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx pjanijiet sabiex Malta titlob self mill-European Stability Mechanism?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa parteċipi f’erba’ (4) programmi ta’ finanzjament minn istituzzjonijiet Ewropej, liema programmi huma: SURE; Pan European Guarantee Fund tal-EIB; ESM; u Recovery Resilience Facility. Il-Gvern ser iħalli l-għażla miftuħa għal eventwalità li jkun jinħtieġ finanzjament taħt dawn il-programmi.

Gozo Channel (Operations) Ltd – vjaġġi għall-merkanzija għall-Port il-Kbir — ksur tat-termini tal-Public Service Obligation

Question

Jista' l-Ministru jindika għaliex il-Ministeru qed jippermetti li Gozo Channel (Operations) Ltd tikser it-termini tal-Public Service Obligation li għandha u ma toperax vjaġġi għall-merkanzija għall-Port il-Kbir Marsamxett? Jista’ jgħid meta ser jitnieda Public Service Obligation ġdid ġaladarba dak attwali ilu li skada mill-2017? Intalab xi permess mill-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġi estiż it-terminu ta' dan il-Public Service Obligation?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

COVID-19 – kumpens għal persuni li kellhom jikru post għall-kwaratina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ kumpens se jingħataw dawk il-persuni li kellhom jikru fejn jgħixu għall-perjodu ta’ kwarantina minħabba l-pandemija tal-COVID-19, speċjalment dawk li kienu tilfu xogħlhom minħabba l-istess pandemija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – nefqa fuq reklamar u marketing

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li ntalbet għadha qiegħda tiġi miġbura.

Regolamenti rigward apparat li jiġġenera radjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17028 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti kollha li nħarġu mill-Ministeru tas-Saħħa u/jew mis-Superintendent tas-Saħħa Pubblika in konnessjoni ma’ kwalunkwe tip ta' apparat li jista' jiġġenera radjazzjoni li hija tat-tip "non ionizing", inkluż kwalunkwe "standards", prassi u proċeduri li għandhom jiġu segwiti in konnessjoni mal-imsemmi apparat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni mhix l-awtorità kompetenti f’dan ir-rigward. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Tip ta’ moniteraġġ ta’ livelli ta’ exposure ta’ radjazzjoni non ionizing

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17029 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tat-tip ta' moniteraġġ ta' livelli ta' exposure ta’ radjazzjoni tat-tip "non ionizing", flimkien mar-riżultati ta' dak il-monitoraġġ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mill-bidu tal-2019 sal-aħħar ta’ Settembru tas-sena 2020, l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni wettqet erba’ mija, sitta u ħamsin (456) testijiet u qisien (tests and measurements) f`diversi lokalitajiet pubbliċi, liema ri¿ultati jinsabu fid-dominju pubbliku diġà fis-sit elettroniku tal-Awtorità.

Moniteraġġ tas-Saħħa ta’ membri tal-pubbliku wara l-użu ta’ apparat li jiġġenera radjazzjoni

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17030, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tat-tip ta' moniteraġġ tas-saħħa ta' membri tal-pubbliku matul kif ukoll wara l-użu ta’ apparat li jista' jiġġenera radjazzjoni li hija tat-tip "non ionizing" kif ukoll matul u wara l-imsemmi exposure, flimkien mar-riżultati ta' dak il-moniteraġġ tas-saħħa tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni mhix l-awtorità kompetenti f’dan ir-rigward. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Regolamenti Speċifiċi għall-protezzjoni ta’ persuni u ambjent mill-effetti negattivi ta’ radjazzjoni non ionizing

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17031, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti speċifiċi li nħarġu sabiex jiġu protetti persuni kif ukoll l-ambjent kontra l-effetti negattivi ta' radjazzjoni non ionizing minn apparat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-leġislaturi mitluba diġà ġew qegħdin fid-dominju pubbliku. Il-leġislazzjoni relatata huma: (a) l-Att Għat-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (Kap. 418); (b) Il-liġi sussidjarja (LS 399.28) intitolata “Regolamenti dwar in-Networks u Servizzi ta’ Komunukazzjonijiet Elettroniċi (Ġenerali)”; u (c) Il-liġi sussidjarja (LS 399.40) intitolata “Regolamenti dwar Awtorizzazzjonijiet Ġenerali (Apparat tar-Radjokomunikazzjoni)”.

MFSA – lista ta’ direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta' direct orders li ngħataw mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) inkluż ir-referenza għan-numru tal-kuntratt, in-natura tal-kuntratt u lil min ingħata, id-data li fih ingħata u d-data li l-kuntratt ġie approvat mill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba d-domanda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħaddiema tas-settur pubbliku m’għandhomx l-istess skali ta’ pozizzjonijiet bħalma hemm fis-servizz ċivili. Għalhekk l-informazzjoni mitluba ma’ tistax tingħata.

Persuni li huma bla xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16034 u 15727 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet rifertua lilu u jgħid kemm mill-11,000 u fuqhom li huma bla xogħol huma rġiel u kemm nisa? Kemm minnhom għandhom iktar minn 50 sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba ma tohrogx mill-istimi tal-LFS, izda minn statistika amministrattiva tal-NSO; fejn in-numru ta persuni li qed ifittxu xoghol skont il-Partijiet I u II tar-Registru tal-Qghad huma 3,385; kif johrog minn statistika ppubblikata mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika aggornata sa Settembru li ghadda. Minn dawn 2,134 huma rgiel u 1,251 huma nisa. Mit-total, 1,377 ghandom 45 sena u aktar.

Kap Eżekuttiv tal-MFSA – spejjeż imħallsa waqt kull vjaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17015 u jgħid kemm kien hemm spejjeż imħallsa waqt kull vjaġġ magħmul mill-Kap Eżekuttiv tal-MFSA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u kemm minnhom tħallsu direttament, kemm minnhom tħallsu b’visa cards u jekk kienx hemm cash withdrawls mill-kont tal-MFSA minn ATMs barra minn Malta waqt tali vjaġġi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Vjaġġi ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17010 u jgħid kemm-il vjaġġ għamel fis-snin meta kien l-MGA, il-Kap Eżekuttiva tal-MFSA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Liema kienu? Meta saru? Jista’ jgħid id-durazzjoni tagħhom u min akkumpanjah fuq kull vjaġġ u kemm swew il-vjaġġi li saru?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kap Eżekuttiv tal-MGA – ħlasijiet ta’ biljetti

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17011 u jgħid min kien jiffirma għall-ħlasijiet tal-biljetti ta’ vjaġġi magħmula mill-Kap Eżekuttiv tal-MGA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kienu jiswew aktar minn €5,000?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħlasijiet tal-biljetti ta’ vjaġġi msemmija kienu jiġu approvati mill-Kap Ezekuttiv tal-Awtorità.

Kap Eżekuttiv tal-MGA – spejjeż imħallsa waqt kull vjaġġ

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17012 u jgħid kemm kien hemm spejjeż imħallsa waqt kull vjaġġ magħmul mill-Kap Eżekuttiv tal-MGA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u kemm minnhom tħallsu direttament, kemm minnhom tħallsu b’visa cards u jekk kienx hemm cash withdrawals mill-kont tal-MGA minn ATMs barra minn Malta waqt tali vjaġġi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Vjaġġi ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17013 u jgħid kemm-il vjaġġ għamel fis-snin meta kien il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Liema kienu? Meta saru? Jista’ jgħid id-durazzjoni tagħhom u min akkumpanjah fuq kull vjaġġ u kemm swew il-vjaġġi li saru?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kap Eżekuttiv tal-MFSA – ħlasijiet ta’ biljetti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17014 u jgħid min kien jiffirma għall-ħlasijiet tal-biljetti ta’ vjaġġi magħmula mill-Kap Eżekuttiv tal-MFSA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kienu jiswew aktar minn €5,000?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-nefqa giet awtorizzata mill-Kap Ezekuttiv u l-ħlas gie approvat minn ‘Senior Finance Officer’ u mill-‘Head of Finance’.

Gaming Authority – impjegati – somma għal early retirement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm impiegati fil-Gaming Authority u min, ingħata s-somma (madwar €60,000) biex jirtira qabel iż-żmien u kemm kien hemm li ġew rifjutati fl-2017 u fl-2018?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2017 u l-2018 kien hemm zewġ (2) talbiet għal irtirar kmieni. Waħda ġiet aċċettata u oħra ġiet rifjutata. Ma kien hemm ħadd li ingħata s-somma msemmija.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — Ħaddiema li ħarġu bil-Kwarantina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 173 ħaddiem fis-settur pubbliku li jaqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19.

Vjaġġi ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali jgħid kemm-il vjaġġ għamel fis-snin meta kien l-MGA, il-Kap Eżekuttiva tal-MFSA li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Liema kienu? Meta saru? Jista’ jgħid id-durazzjoni tagħhom u min akkumpanjah fuq kull vjaġġ u kemm swew il-vjaġġi li saru?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.