Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16749, peress li l-Ministru ma weġibx dak li kien mistoqsi, jista’ l-Ministru jgħid:
a. Min awtorizza dawn id-deċiżjonijiet; u
b. Kemm kien l-ammont li ħadet kull għaqda li ssemmiet fir-risposta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Filwaqt li mill-ġdid nirreferi lill-Onor. iInterpellanta għat-tweġiba tal-PQ16749, ninfurmaha li m’għandi xejn iżjed x’inżid.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16643, jista’ l-Ministru jgħid xi kkawża l-ħsara fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Luqa, ftit wara li kien għadu kemm sar ix-xogħol ta' tarmak fuq l-istess triq? X'inhi r-raġuni li għalkemm għadda aktar minn xahar minn meta saret din il-ħsara, it-tiswijiet neċessarji għadhom ma sarux bil-konsegwenza li ż-żona fejn saret il-ħsara hija ta' periklu għal kull min juża din it-triq? Peress li t-triq fejn inqagħlat din il-ħsara għada kemm saret bit-tarmak, jista' jgħid għaliex is-servizzi li qed jgħaddu minn taħt wiċċ it-triq ma nbidlux qabel sar it-tarmak ħalli kienet tiġi evitati din il-ħsara?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qiegħdha tinvestiga r-rapporti li rċiviet minn Infrastracture Malta.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw diġà għall-PQs 7525 u 11985, ngħarrfu li tlabt biex jinġabar il-bqija tat-tagħrif. Appena dan ikun disponibbbli, inkun nista’ npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.
In-Naxxar – Triq ir-Ramla u Triq il-Prinjoli – dawl fit-toroq
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-talbiet li ilhom quddiem l-Enemalta sa minn Lulju li għadda, sabiex Triq ir-Ramla u Triq il-Prinjoli, li jinsabu fil-konfini tan-Naxxar, jiġu mdawla b’dawl ġdid, peress li fiż-żewġ toroq hemm problema ta’ nuqqas ta’ dawl?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta plc irċeviet talba mingħand il-Kunsill Lokali tan-Naxxar dwar it-toroq li għalihom saret referenza fil-mistoqsija parlamentari, u bħalma huwa stabbilit fil-proċedura li hija attwata f’każijiet simili, il-Kunsill Lokali ġie i nfurmat li hija fir-responsabilita’ tal-istess Kunsill Lokali li ssir l-installazzjoni ta’ dawn il-lampi. Hekk kif issir din l-installazzjoni, Enemalta plc tkun f’pożizzjoni li tipprovdi l-provvista tal-elettriku lil dawn il-lampi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17057 u jikkonferma jekk l-Awditur tal-Enemalta li qed jagħmel investigazzjoni fuq il-proġett f’Możura fil-Montenegro jiffurmax parti, jew kienx jagħmel parti mill-Fuel Procurement Committee tal-Enemed? Jekk fl-affermattiv, kemm hija r-remunerazzjoni tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija huwa wieħed miż-żewġ osservaturi esterni fuq il-fuel procurement committee ta’ Enemed. Osservaturi f’din il-posizzjoni jitħallsu € 3,000 fis-sena.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Infurmat li l-pagi fis-settur pubbliku jsegwu l-ftehim kollettiv tal-entità partikolari u mhux l-iskali ta’ pagi fis-Servizz Pubbliku.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Safar, Fuel u Hospitality - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15752 u 12262 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12092, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Enemalta – Installazzjoni ta’ provvista ta’ dawl — trinka
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ispejjeż li titlob l-Enemalta għall-istallazzjoni tal-provvista tad-dawl meta jkun hemm involut trinka għall-ewwel 150 metru, single phase? Jista’ jgħid ukoll x'inhi l-ispiża addizzjonali għal kull metru addizzjonali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispejje¿ ivarjaw u jiddependu minn diversi fatturi fosthom; it-tip ta’ materjal li jiġi u¿at, ir-rotta nnifisha, is-sit fejn huwa mitlub is-servizz, il-kundizzjonijiet fil-permess tax-xogħol u r-reinstatement conditions rikjesti minn Transport Malta, fost fatturi oħra.
Birkirkara – Triq Carmel u Triq Brared – bozza tad-dawl f’salib it-toroq
Question
Peress li sa ftit ta’ żmien ilu, proprju f'salib it-toroq bejn Triq Brared u Triq Carmel Birkirkara kien hemm bozza tal-Enemalta u peress li meta reċentement kien qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni f'waħda mill-kantunieri ta’ dan is-salib it-toroq, din il-bozza tneħħiet, jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-bozza hiex ser terġa’ tiġi installata mill-ġdid sabiex dan is-salib it-toroq ma jibqax imdallam kif inhu bħalissa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lampa msemmija ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Enemalta.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-Awditur tal-Enemalta li qed jagħmel investigazzjoni fuq il-proġett f’Możura fil-Montenegro jiffurmax parti, jew kienx jagħmel parti mill-Fuel Procurement Committee tal-Enemed? Jekk fl-affermattiv, kemm hija r-remunerazzjoni tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma– direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? L-informazzjoni għandha tkun pre¿entata b’dan il-mod:
Contract Ref.
Title
Date of Award
Contractor
Contract Value Excl. VAT
Reason for DO
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma– direct order jew purchase order taħt l-€10,000
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order jew purchase order (li l-valur tagħha jaqa’ taħt l-€10,000) ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? L-informazzjoni għandha tkun preżentata b’dan il-mod:
PO Ref
Title
Date
Contractor
PO Value Excl. VAT
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – infiq fuq credit cards
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta lista ta’ infiq fuq credit cards tal- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-snin 2017, 2018 u 2019? L-informazzjoni għandha tingħata għal kull credit card individwali u mhux kollha flimkien u għandha tkun dettaljata b’dan il-mod:
Credit Card No: 1234 XXXX 5678
Data
Lil min thallas
Ammont
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma– uffiċjali li għażlu Car Allowance
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta lista tal-uffiċjali kollha fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li fis-snin 2017, 2018 u 2019 għażlu l-Car Allowance bħala parti mill-kuntratt tagħhom u jekk qattx il-korporazzjoni ħalsitx spejjeż relatati ma dawn il-karozzi privati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi lista tal-uffiċjali li għażlu Car Allowance tinsab hawn taħt;
Kariga
2017
2018
2019
CEO & Directors
10
11
9
Managers
4
10
11
Total
14
21
20
Il-Korporazzjoni ma ħalset l-ebda spejjeż addizzjonali.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 210 ħaddiem mis-settur pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li ħarġu bi kwarantina. Dan l-ammont jinkludi wkoll persuni li ħarġu bi kwarantina preventiva.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender ‘Trenching Works for a New Substation at Triq it-Torri ta’ Kenuna Nadur Gozo (CfT CA Unique: TD-T-3540-2020) u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded u jinbeda x-xogħol meħtieġ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tender imsemmi ser jaqa’ peress li x-xogħlijiet relatati ma’ din is-substation se jsiru mill-Ministeru għal Għawdex.
Engineering Resources Limited — ħaddiema assenjati f'Ministeri, dipartimenti u entitajiet oħra
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem mill-Engineering Resources Limited ġew assenjati f'Ministeri, dipartimenti u entitajiet oħra u ma baqgħux jaħdmu fuq xogħol tal-Enemalta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Engineering Resources Limited (ERL) għandha 585 impjegat imqassmin f’Ministeri, dipartimenti u entitajiet oħra tal-Gvern. Dan il-proċess kien sar bi ftehim mal-unions.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Ħaddiema infettati bil-Covid-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta’ Marzu 2020, b’kollox kien hemm 38 ħaddiem li kienu nfettat bil-COVID-19.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ebda entita’ ma ħalset għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16509, jista' l-Ministru jgħid:
a. min awtorizza tali donazzjonijiet; u
b. liema kienu l-għaqdiet li bbenefikaw minn dawn id-donazzjonijiet u kemm kien l-ammont li ħadet kull għaqda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-għaqdiet li bbenefikaw minn dawn l-għotjiet kienu Europa Donna Malta, Action for Breast Cancer Foundation, Puttinu, Hospice Malta, University of Malta Research, Innovation and Development Trust, Karl Vella Foundation, Women's Cancer Association - Gozo (issa xolta) u Movember International. Aktar dettalji jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.