GĦAWDEX – DWAL FIT-TOROQ — bozoz amministrati mill-Enemalta
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-bozoz li s’issa għadhom jiġu amministrati mill-Enemalta għal dak li jikkonċerna dwal fit-toroq tal-bliet u l-irħula tagħna ġewwa Għawdex? Kif jista’ persuna tidentifika bla problemi tali bozoz u tkun tista' tirrappurtahom direttament f’każ ta’ ħsarat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif kienet il-proċedura għal diversi snin, s’issa l-manutenzjoni tal-lampi f’Għawdex hija mmexxija mill-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex flimkien mal-kunsilli lokali Għawdxin.
L-arbli tat-toroq huma kollha nnumerati. It-tabelli bin-numri ta’ dawn l-arbli huma imwaħħla mal-istess arbli biex jagħmilha aktar faċli għall-konsumatur jirraporta dawk l-arbli li jkunu bil-ħsara lil kunsill lokali rispettiv.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Direct Orders
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders li ħareġ il-Ministeru u kull entità li taqa' taħtha mis-sena 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? L-informazzjoni għandha tinkludi l-valur tad-direct order, min pprovda s-servizz jew oġġetti (kumpanija/individwi) u x'kien is-servizz jew oġġett provdut.
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija Parlamentari 23910.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlmentari 24250 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24100, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija kompletament u tgħid kemm ħallset Malta Enterprise għall-akkwist tal-ishma fil-kumpanija indikata u jekk il-kumpanija indikata għandhiex assi oħra barra dan is-cyclotron? Tista' tindika għala Malta Enterprise għażlet li ma tixtriex l-ishma kollha f'din il-kumpanija? Tista' tindika meta hu previst li s-cyclotron jibda jaħdem u jekk hijiex l-intenzjoni ta' Malta Enterprise li tibqa' azzjonista f'din il-kumpanija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — xogħol ta' konsulenza minn ditta legali
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kuntratt/skrittura li permezz tagħha/tiegħu d-ditta legali, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, intrabtet tagħti jew ingħatat xogħol ta’ konsulenza legali mill-Ministeru tagħha, inkluż mill-ARMS Ltd, wara l-1 ta’ April 2013?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Siġġiewi – Triq Patri Karmenu Vassallo – vultaġġ baxx ta’ dawl
Question
Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fi Triq Patri Karmenu Vassallo, fis-Siġġiewi hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?
Siġġiewi – Triq Wied Xkora – vultaġġ baxx ta’ dawl
Question
Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fi Triq Wied Xkora, fis-Siġġiewi hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?
Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fi Triq il-Ġdida, fis-Siġġiewi hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?
Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fi Triq l-Iskola, fis-Siġġiewi hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?
Siġġiewi – Triq it-Tabib Nikol Zammit – vultaġġ· baxx ta’ dawl
Question
Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fi Triq it-Tabib Nikol Zammit, fis-Siġġiewi hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?
Żurrieq – Triq il-Kunċizzjoni – flatwazzjoni fid-dawl
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li Triq il-Kunċizzjoni fiż-Żurrieq għandha d-dawl 'fluctuating' tant li bejn is-sitta u d-disa’ u nofs ta' filgħaxija r-residenzi ta' din it-triq qed jispiċċaw bla dawl barra li qiegħda ssir ħsara lill-appliances ta' dawn ir-residenzi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt il-każ lill-Enemalta biex it-tekniċi tagħha jinvestigaw u jieħdu l-passi neċessarji.
Żurrieq – Triq Dun Ġużepp Zammit – ħsara fid-dawl tal-ġnien
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 24332, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li għalkemm fir-risposta tagħha l-Ministru qalet li d-dawl ta' Triq Dun Ġużepp Zammit ġie rranġat, fil-fatt id-dawl tal-ġnien ta’ quddiem l-iskola li jinsab f’din it-triq għadu bil-ħsara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li d-dawl fiż-żona indikata ġie lura għan-normal.
Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li d-dawl ta’ mad-dawra tal-funtana li tinsab fir-roundabout inti u dieħel iż-Żurrieq ilu diversi ġranet bil-ħsara u sal-lum għadha ma nstabitx soluzzjoni biex din il-ħsara tiġi rranġata?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta għamlet it-tiswijiet meħtieġa wara ħsarat li żviluppaw f’cable taħt it-triq. Id-dawl ta’ madwar il-funtana reġgħa nxtgħel.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24251 u tindika kemm-il darba fl-aħħar għaxar snin Malta Enterprise xtrat ishma f'kumpaniji li kienet assistiet u kemm intefqu flus f'kull istanza? X'sar f'kull istanza mill-investiment imwettaq minn Malta Enterprise?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-aħħar għaxar snin Malta Enterprise xtrat biss ishma fil-kumpanija MTRACE. L-irwol tal-Malta Enterprise f’dan il-każ huwa li tara li din il-faċilità titlesta u tintuża għall-benefiċċju tal-pazjenti.
B'referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 22836, tista’ l-Ministru tgħid meta (xahar u sena) hu ppjanat li tibda tiffunzjona s-substation fi Triq Malta f'Għajnsielem?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur mistenni jlesti x-xogħlijiet neċessarji fix-xhur li ġejjien. Appena jittlestew dawn ix-xogħlijiet, is-substation tibda’ topera.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – ħlasijiet lil ditta legali
Question
Tista’ l-Ministru telenka l-ħlasijiet kollha li saru mill-Ministeru tagħha, inkluż ARMS Ltd, lil ditta legali, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, wara l-1 ta’ Mejju, 2013 u sal-lum, bid-data rispettiva?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ex ħaddiema tal-Electricity Board – Pensjoni tat-Teżor
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta se tkun qed tiġi riżolta l-kwestjoni tal-ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Malta Electricity Board, relatata mal-Pensjoni tat-Teżor dovuta lilhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Mellieħa – Triq in-Naħal – charging points pubbliċi għall-karozzi elettriċi
Question
Tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar jekk humiex se jiżdiedu n-numru ta’ charging points pubbliċi għall-karozzi elettriċi n-naħa ta’ Triq in-Naħal, Mellieħa, minħabba l-fatt li qed tiżdied id-domanda għall-użu tagħhom u din hija triq twila u jinħass il-bżonn ta’ aktar postijiet bħal dawn? Jekk iva, meta hu ppjanat li jsiru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jiġu magħżula postijiet/żoni addatati għal dawn iċ-charging pillars (points), isiru laqgħat u konsultazzjonijiet mal-stakeholders kkonċernati, inkluż il-Kunsilli Lokali. Wara li jiġu dentifikati dawn il-postijiet/żoni, isiru site visits neċessarji flimkien mal-Enemalta. Din is-sistema qed tiġi addottata għall-1,200 punt ta’ ċċarġjar matul dawn it-tliet snin li ġejjin, biex inkomplu nidentifikaw iżjed postijiet/żoni għall-installazjoni ta’ dawn iċ-charging pillars (points).
Ħal Qormi – Triq il-Mitħna u Triq Valletta – tappiera tad-drenaġġ
Question
Tista' l-Ministru titlob lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma timblokka t-tappiera tad-drenaġġ li tinsab f'salib it-toroq ta' Triq il-Mitħna u Triq Valletta hekk kif qed tkun il-kaġun ta’ żbroff tad-drenaġġ fil-Wied ta' Ħal Qormi, kif ikkonfermat wara inspections li saru fuq il-post?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddejt il-każ lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex it-tekniċi tagħha jinvestigaw u jieħdu l-passi neċessarji.
Siġġiewi – Triq Mons. Mikiel Azzopardi – vultaġġ baxx ta’ elettriku
Question
Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, fis-Siġġiewi hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta għaddejja bi programm estensiv ta’ rinfurzar tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’diversi partijiet tal-pajjiż inkluż fis-Siġġiewi.
Siġġiewi – Triq Ħal Niklusi – vultaġġ baxx ta’ elettriku
Question
Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjon fi Triq Ħal Niklusi, fis-Siġġiewi hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?