Legislature:
Category:
Reset
Active:

Edukaturi - Applikazzjonijiet - Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tibqa’ valida applikazzjoni ta’ persuna li tapplika għal kariga ta’ edukatur, meta ma tkunx ġiet ingaġġata u tibqa’ fuq lista ta’ stennija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li r-riżultati huma validi għal sena mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat, sakemm is-sejħa ma tispeċifikax li huma validi għal sentejn.

MCAST – Popolazzjoni studenteska

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti mill-popolazzjoni studenteska tal-MCAST li huma Maltin, studenti mill-Unjoni Ewropea u studenti barra mill-Unjoni Ewropea, f’numri assoluti u persentaġġi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li fl-iskola msemmija hemm 8,213-il student ta’ nazzjonalita Maltija, 1,666 student li huma barra mill-Ewropa filwaqt li 579 student mill-Unjoni Ewropea. Minn dawn, 5,863 huma ta’ sess maskil filwaqt li 4,595 huma ta’ sess femminil.

MCAST – Popolazzjoni studenteska

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti mill-popolazzjoni studenteska tal-MCAST li huma mature students, f’numri assoluti u persentaġġi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li preżentament hemm 2,319 student bħala mature students fejn 1,065 huma ta’ sess femminil filwaqt li 1,254 huma ta’ sess maskil.

MCAST – Mature students

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, mil-liema età persuna hija kkunsidrata bħala mature student u għalhekk ma jkollhiex għalfejn ikollha l-kwalifiki kollha neċessarji, skont il-proċedura tal-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; ·    Ikunu fil-pussess ta’ Ċertifikat tat-Tmiem tal-Iskola jew ċertifikati oħra miksuba f’livelli differenti – skont il-livell tal-kors li qed jaspiraw li jsegwu. ·    Ikollhom, sal-bidu tas-sena akkademika: a. l-età ta’ 27 sena għal dħul fi programmi fil-Livell 7 tal-MQF b. l-età ta’ 23 sena għal dħul fi programmi fil-Livelli 5/6 tal-MQF c. l-età ta’ 21 sena għal dħul fi programmi fil-Livell 4 tal-MQF d. l-età ta’ 19-il sena għal dħul fi programmi fil-Livell 3 tal-MQF ·    Juru li jifhmu u li jistgħu jibbenefikaw u jsegwu l-programm ta’ studju magħżul. Dan isir permezz ta’ intervista li ssir għal dan l-iskop u permezz ta’ dokumentazzjoni oħra, inklużi dawk li juru esperjenza ta’ xogħol u preparazzjoni għall-programm magħżul ta’ studji. Applikanti li jiġu shortlisted jiġu mistiedna għal intervista biex tiġi evalwata l-idoneità tagħhom għall-programm magħżul. L-età mhijiex l-uniku kriterju għall-eliġibbiltà. Il-Bord tal-Għażla taħt il-Klawsola tal-Maturità jista’ jitlob lill-kandidati jwettqu studji addizzjonali bħala parti mill-aċċettazzjoni tagħhom. Il-Bord jista’ jirrakkomanda programm alternattiv fejn dan jitqies xieraq. Il-Bord jirriserva d-dritt li jevalwa l-kompetenzi tal-applikant permezz ta’ diversi modi ta’ assessjar.

L-Università ta’ Malta – Persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li meta ggradwaw mill-Università ta’ Malta kellhom iktar minn 60 sena f’dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn kienu nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li fl-aħħar 10 snin gradwaw total ta’ 220 student li kellhom iktar minn 60 sena.

Ħaddiema tal-FTS – Ftehim kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-ftehim kollettiv il-ġdid għall-ħaddiema tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS)? Jista' jgħid ukoll kemm ilu li skada l-aħħar ftehim?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi - Outdoor Sports and Fitness Park - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta sar xi xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet fl-Outdoor Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi u x’tip ta’ xogħol sar, matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Assistenza fil-qasam diġitali - Għotjiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35620 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid kemm għad fadal studenti li qegħdin fl-aħħar sena tas-sekondarja u li l-familji tagħhom għadhom ma bbenefikawx mill-għotja ta’ €500 bħala assistenza fil-qasam diġitali, kif imħabbra fl-aħħar baġit u għaliex tali għotja ma tqassmitx lill-istudenti kollha f’daqqa?  Jista’ jgħid ukoll meta dawk li għadhom pendenti se jirċievu l-għotja rispettiva tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

ITS - Drop outs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm drop outs mill-ITS maqsuma skont il-korsijiet rispettivi tagħhom f'din is-sena skolastika? Jista’ jgħid ukoll x’ser isir biex ma jkunx hemm iktar drop outs?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

MCAST - Drop outs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm drop outs mill-MCAST maqsuma skont il-korsijiet rispettivi tagħhom f'din is-sena skolastika? Jista’ jgħid ukoll x’ser isir biex ma jkunx hemm iktar drop outs?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel – Laptops li ngħataw lill-istudenti - Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35366 u ċjoè: B’referenza għall-istudenti li ngħatalhom laptop, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn humiex qed jingħataw taħriġ dwar kif jużaw laptop?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, sabiex jiġi żgurat użu effettiv u responsabbli tal-laptops, inħarġet ċirkulari indirizzata lill-ġenituri u lill-iskejjel flimkien ma’ dokument edukattiv li jispjega fid-dettall il-funzjonijiet tal-laptops kif ukoll l-għodod ewlenin li għandhom jintużaw għal skopijiet edukattivi. Dan id-dokument għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ il-litteriżmu diġitali u joffri gwida ċara dwar l-użu xieraq tat-teknoloġija. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi enfasizzat li dawn il-laptops huma maħsuba għal użu edukattiv u l-istudenti jkunu dejjem iggwidati mill-għalliema u mill-ġenituri jew kustodji tagħhom waqt l-użu tagħhom. Meta l-għalliema jużaw il-laptops fil-klassi, huma jkunu qed juru b’mod viżiv u prattiku kif dawn għandhom jintużaw, u b’hekk l-istudenti jitgħallmu direttament permezz tal-eżempju. Ikun għaqli wkoll li meta wieħed iħares u jitkellem dwar dan is-suġġett, iħares lejn l-Istrateġija għall-Edukazzjoni Diġitali.

Eżamijiet pubbliċi - Kandidati Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti raġuni għalfejn kandidati residenti Għawdex qed ikollhom joqogħdu għal ċerti eżamijiet pubbliċi f’Malta, bħal każ tas-Security Guards, meta din kienet wegħda elettorali li kull eżami pubbliku jsir f’Għawdex għal dawk ir-residenti Għawdxin? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm eżamijiet oħra barra dak indikat li kandidati Għawdxin kellhom jagħmluhom Malta mingħajr ma ngħataw l-għażla li jistgħu jagħmluhom f’Għawdex stess?  F’każ li kien hemm minn dawn l-eżamijiet, jista’ jagħti lista tagħhom u kemm kien hemm kandidati minn Għawdex għal kull eżami, u jaqsam din l-informazzjoni għal kull eżami?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eżamijiet lokali normalment isiru kemm fiċ-ċentri tal-eżamijiet f’Malta kif ukoll fiċ-Ċentru tal-Eżamijiet f’Għawdex, ir-Rabat (Victoria).

L-Università ta’ Malta – Popolazzjoni studenteska

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti mill-popolazzjoni studenteska tal-Università ta’ Malta li huma Maltin, studenti mill-Unjoni Ewropea u studenti barra mill-Unjoni Ewropea, f’numri assoluti u persentaġġi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Maltese EU Non-EU 9,240 1,446 1,434

L-Università ta’ Malta – Popolazzjoni studenteska

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti mill-popolazzjoni studenteska tal-Università ta’ Malta li huma mature students, f’numri assoluti u persentaġġi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Popolazzjoni studenteska Mature Students Persentaġġ 12,120 580 4.79%

L-Università ta’ Malta – Mature students

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn liema età persuna titqies bħala mature student u għalhekk mhux neċessarjament irid ikollha l-kwalifiki kollha neċessarji, skont il-proċedura tal-Università?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-Regolament 6 (c) tar-Regolamenti għad-Dħul jistipula li persuni li: “ikunu għalqu t-23 sena sal-ewwel semestru tal-Kors li jkunu applikaw għalih, li minn hawn ’il quddiem jissejħu bħala “Studenti Adulti,” u jkunu meqjusa li huma eliġibbli għad-dħul mill-Bord tad-Dħul fuq il-bażi ta’ assessjar biex jiddetermina jekk dawn l-applikanti jistgħux jilħqu l-istess livelli akkademiċi bħall-applikanti li jidħlu skont ir-regolament 12.”

L-Università tat-Tielet Età – Lectures

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed isiru l-lectures għall-persuni li jattendu l-Università tat-Tielet Età?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li bħalissa, il-lectures għall-persuni li jattendu l-Università tat-Tielet Età qed isiru f’dawn il-lokalitajiet: Floriana - Catholic Institute, Floriana Sliema - St. Patrick’s School, Sliema Cottonera - Cottonera Resource Centre, Birgu Birżebbuġa - Birżebbuġa Day Centre, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa St Paul's Bay - Assisi Hall, St. Paul's Bay Mellieħa - Mellieħa Day Centre, Mellieħa Gozo Victoria - Il-Ħaġar – Heart of Gozo Museum and Cultural Centre, Victoria Gozo Xewkija - University Campus, Ix-Xewkija

L-Università tat-Tielet Età – Persuni li qed jattendu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li qed jattendu l-Università tat-Tielet Età bħalissa huma rġiel, nisa jew ta’ ġeneru ieħor?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li hemm 212 ta’ sess maskili u 570 ta’ sess femminili.

L-Università tat-Tielet Età – Persuni li qed jattendu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jattendu l-Università tat-Tielet Età bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li fl-Universita ta’ Malta bħalissa hemm 782 persuna li qed jattendu l-Universita tat-Tielet Eta.