Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Dikjarazzjoni tal-ispejjeż għal safar
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid lill-Kamra min ġie appuntat Chief Executive Officer mal-Heritage Malta? Tista' tgħid jekk kienx hemm u fil-każ kemm hemm applikazzjonijiet u kif sar il-proċess tal-għażla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għadu ma ġiex appuntat Chief Executive Officer ta’ Heritage Malta għaliex skont il- proċedura stabbilita l-ewwel wieħed jara x'hemm applikazzjonijiet addattati għal din il- kariga għand l-E.T.C.
Jekk dan il post ma jimteliex min-nies fuq il-lista tal-E.T.C., allura ssir sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet.
Health and Social Care National Diploma — ETC - rikonoxximent
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 14432 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid jekk il-Health and Social Care National Diploma tal-MCAST hix rikonoxxuta hawn Malta u dan skont ma ntqal mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ meta dawn ġew mistoqsija minn xi studenti? X'inhi r-raġuni għal dan jekk inhu hekk? X'passi jridu jittieħdu biex dan il-kors offrut lokalment fl-aħħar mill-aħħar ikun ukoll rikonoxxut hawn Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST-BTEC National Diploma in Health and Social Care hija rikonoxxuta hawn Malta mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki fil-Livell 4 bi ftehim bejn il-Kulleġġ u l-istess Kunsill.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li matul is-sena akkademika li jmiss, jibdew korsijiet ġodda fl-Università ta' Malta (korsijiet li qatt ma nżammu qabel? Jekk iva, liema huma mistennija li jkunu dawn il-korsijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fi Frar 2010 ġew offruti dawn il-korsijiet ġodda:
Diploma in Gastronomy –
part-time
fil-għaxija
Postgraduate Certificate in Radiography (Breast Imaging) -
part-time
matul il-ġurnata
Master of Science fil-Fakultà tal-Ambjent Mibni (kors bir-riċerka biss)
Master of Science fil-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija (kors bir-riċerka biss)
Il-Programme Validation Committee, li hu sotto-kumitat tas-Senat, qed jikkunsidra numru sabiħ ta’ korsijiet ġodda fil-livelli ta’
diploma, bachelor
u
master
bil-ħsieb li jinfetħu f’Ottubru 2010 f’oqsma bħalma huma:
Architectural Science
Chinese Language and Culture
Computer Engineering
Conflict Resolution and Mediterranean Security
Conservation of Decorative Architectural Studies
Criminology and Criminal Justice Studies
Dance
Earth Systems
Educational Leadership
Intelligent Systems
Materials Engineering
Materials Engineering in the Construction Industry
Oriental Studies
Orthodontics
Project Management in Construction
Radiography - Therapy
Reproductive Health
Telecommunications
Web Science
Work and Human Resources
Ċeritfikati mediċi ta' għalliema — Skola Ninu Cremona
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk xi ċertifikati mediċi li ħarġu għal uħud mit-tliet għalliema fl-iskejjel Ninu Cremona ta’ Għawdex li taparsi kienu morda meta fil-fatt siefru lejn l-Ingilterra sarux mill-mara tal-Kap tal-Iskola Ninu Cremona li hija tabiba ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ebda wieħed miċ-ċertifikati mediċi li nħarġu għat-tliet għalliema fl-iskola Ninu Cremona f’Għawdex, li suppost kienu morda meta fil-fatt siefru l-Ingilterra, ma sar mill-mara tal-kap tal-istess skola li hi tabiba.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fost dawk l-għalliema mill-Iskola Ninu Cremona li nqabdu msiefra l-Ingilterra meta suppost kienu morda, hemmx minnhom li jiġu mill-kap tal-Iskola Ninu Cremona ta’ Għawdex ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Waħda mill-għalliema mill-iskola Ninu Cremona li nqabdet imsiefra l-Ingilterra meta suppost kienet marida hija l-kuġina tal-kap tal-istess skola.
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu kontra l-għalliema ta' l-iskola Ninu Cremona li suppost kienu bis-sick leave meta fil-fatt siefru lejn l-Ingilterra ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għalliema tal-iskola Ninu Cremona li suppost kienu bis-sick leave meta fil-fatt siefru lejn l-Ingilterra weħlu tlett ijiem sospensjoni mingħajr paga mingħand Bord tad-Dixxiplina mwaqqaf apposta.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-assistenta Kap tal-Iskola ta’ De Soldanis ta’ Għawdex setgħetx issiefer meta ħadet special leave għal dawk il-jiem ta’ safar? X’inhuma l-każijiet li fihom jista’ jittieħed special leave ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers jgħid:
“This special leave shall cover leave for special circumstances, including any circumstance envisaged by any policy or regulations related to urgent family leave or on ground of force majeure related thereto. This leave connot be availed of just before or just after the holiday periods listed above (i.e. Christmas, Easter, Mid-Term November and Mid-Term Carnival), except in circumstances of urgent family leave.”
L-Assistent Kap f’dan il-każ ingħata special leave li kien jaħbat mal-mid-term holidays. Il-Kap tal-Iskola ħasset li din il-persuna kellha tingħata dan il-leave bhala turija ta’ apprezzament ta’ ħafna xogħol li din il-persuna wettqet fil-vaganzi tas-sajf mill-ħin tagħha. Il-Kap tal-Iskola ġiet mgħarrfa bil-miktub mid-Direttur Ġenerali (Direttorat għal Servizzi Edukattivi) kif ukoll mill-Prinċipal tal-Kulleġġ li dan kien imur kontra ll-prassi ta’ kif għandhom imorru l-affarijiet u li dan ma kellux jiġi ripetut.
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu f’każijiet simili ta' safar waqt special leave jew sick leave kontra għalliema oħra fl-aħħar ħames snin skolastiċi ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma jirriżultax li kien hemm każijiet simili ta’ safar waqt special leave kontra għalliema oħra fl-aħħar ħames snin skolastiċi.
Tista’ l-Ministru tgħid b’liema mod it-trasport tat-tfal tal-iskejjel tal-Gvern se jintlaqat mir-riforma fit-trasport pubbliku? Kif beħsiebu jaġixxi l-Gvern f’ dan il-qasam? Dan it-trasport se jibqa b’xejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta titħabbar ir-riforma tat-trasport pubbliku, il-Gvern jagħmel in-negozjati tiegħu mal-operaturi. It-trasport tal-istudenti tal-iskejjel tal-Istat jibqa’ bla ħlas.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Internal audits f'awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta’ dawk l-awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li:
a) għandhom
internal auditor
?
b) li għad m'għandhomx
internal auditor
?
ċ) f'każ ta' dawk li għandhom
internal auditor
tgħid kemm ilu li nħatar u min huwa?
d) filwaqt li tagħti raġuni għaliex m'hemmx
internal auditor
f’dawk l-entitajiet li s’issa għad m'għandhomx wieħed, tindika ukoll meta dan il-vojt mistenni jimtela'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x’sejjer jiġri minn dawk il-parteċipanti tal-Karnival li se jittieħdulhom l-imħażen wara dan il-Karnival 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Numru sostanzjali ta’ mħażen li bħalissa qed jintużaw mill-parteċipanti tal-Karnival bilkemm jistgħu jissejħu mħażen, peress li dawn jifformaw parti mill-wirt storiku kulturali tagħna – kappella barokka u l-Forti ta’ Sant’Iermu. Il-Gvern fassal proġett ta’ restawr għal ħafna minn dawn is-siti storiċi. Sabiex dan iseħħ, jeħtieġ li l-parteċipanti jħallu l-post li qed jużaw bħalissa u jmorru jaħdmu f’post aktar adattat. Dan qed jiġi diskuss flimkien mal-Għaqda Parteċipanti Karnival stess.
Il-Gvern offra sit ġewwa ta’ Qali biex hemm isir Villaġġ tal-Karnival li mhux biss jipprovdi premises biex jinbnew il-karrijiet tal-karnival iżda jista’ jiżviluppa l-industrija tal-karnival, marbuta mas-settur tat-Turiżmu u tal-Arti u l-Kultura.
ftehim bejn il-Gvern u l-awtoritajiet tal-Knisja fuq il-bini ta' skejjel ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim partikolari bejn il-Gvern u l-awtoritajiet tal-Knisja fuq il-bini ta' skejjel ġodda primarji u sekondarji mill-entitajiet ekkleżjastiċi? Jekk iva, jista' jiġi ntavolat tali ftehim?
Jekk kien hemm diskussjonjiet, nistgħu nkunu nafu kemm ser jiswa lill-Gvern tali żvilupp kull sena meta jkunu qegħdin jiffunzjonaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ftehim bejn il-Gvern u l-Knisja dwar il-bini ta’ skejjel ġodda għadu ftehim verbali wara laqgħat li saru bejn il-Knisja u l-Gvern. Dan il-ftehim jibni fuq il-ftehim oriġinali bejn is-Santa Sede u l-Gvern Malti tat-28 ta’ Novembru tal-1991.
Fid-dawl tal-ilmenti ġustifikati tal-ġenituri li wliedhom jattendu klassi 6A tal-iskola primarja San Ġorġ Preca Ħamrun li mill-bidu tas-sena skolastika sal-lum bidlulhom l-għalliema diversi drabi u ħarbtulhom l-edukazzjoni tagħhom, tista' tara li min se jintbagħat issa jibqa' mat-tfal ta' din il-klassi sal-aħħar tas-sena skolastika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għalliema Għawdxija li kienet tqila ingħatat l-inkarigu li tgħallem Year 6A mill-Kap tal-iskola (illum irtirat) fil-bidu tas-sena skolastika. Aktar tard din l-għalliema talbet biex tkun trasferita temporanjament Għawdex minħabba t-tqala tagħha. Fil-fatt l-għalliema ġiet trasferita Għawdex f’Diċembru 2009 skont it-termini tal-Public Service Management Code (PSMC).
Ir-riżenja ta’ għalliema regolari f’Għawdex waslet biex ikun hemm ċaqliq ieħor marbut mal-għalliema li kienet bdiet tgħallem Year 6A.
Mhix il-policy tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li jbiddel arbitrarjament għalliema fi skejjel matul is-sena skolastika. Bidliet isiru biss f’ċirkustanzi straordinarji bħal ma kien dan il-każ.
Iż-żewġ Diretturi Ġenerali qed ifasslu pjan ta’ azzjoni biex jagħtu lill-istudenti l-appoġġ li għandhom bżonn, anke jekk meħtieġ, wara l-ħin tal-iskola biex ipattu għal xi effetti negattivi ta’ sitwazzjoni li mhix idejali.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk tul din is-sena skolastika s’issa kienx hemm każijiet ta’ tliet għalliema fl-iskola Ninu Cremona ta’ Għawdex li ħarġu bis-sick leave iżda fil-fatt siefru lejn l-Ingilterra ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kien hemm każ ta’ tliet għalliema fl-iskola Ninu Cremona ta’ Għawdex li ħarġu bis-sick leave meta fil-fatt siefru lejn l-Ingilterra. Ittieħdu passi dixxiplinarji kontrihom minn bord maħtur apposta.
Ministeru għal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — ċifra globali għall-fuel
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li ftit taż-żmien ilu kien beda proċess li jsir laboratorju li jkejjel u jagħmel monitoring tal-andament tal-atleti, liema apparat għall-istess laboratorju kien ingħata lilna mill-Gvern Taljan permezz tar-Raba' Protokoll, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal dan ix-xogħol? Jekk qed jiffunzjona, tista' tgħid kif u kemm qed jintuża? Kemm kien hemm atleti li għamlu użu minnu matul is-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-apparat akkwistat taħt ir-Raba' Protokoll Taljan kien jikkonsisti:-
Cosmed Quark b2 - Gas Analyzer
Biosen 5030 - Lactate Analyzer
Eppendorf ECOM 6122 - Photometer
Microgate - OptoJump
TechnoGym - Bikerace
Technogym - Runrace
Dan l-apparta jinsab fid-
Diagnostic Lab
li jitmexxa mill-Kumitat Olimpiku Malti. Matul l-2009 kien hemm 120 atleta li għamlu użu minn dan il-laboratorju.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-assoċjazzjoni Torball, għandhiex sit fejn jipprattikaw l-attività tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-entità msemmija mhix reġistrata mall-Kunsill Malti għall-Isport għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mhix disponibbli.
Min-naħa l-oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istess għaqda m'għamlet ebda talba lill-Kunsill Malti għall-Isport biex tkun allokata sit fejn tiġi prattikata l-attività tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed tikkonsidra li tagħmel l-Isports bħala suġġett eżaminabbli fis-SEC, bħalma jsir fil-GCSE li jagħmluh ċerti skejjel f'Malta fejn l-isport jintrabat mas-saħħa, jiġifieri mhux eżami fuq kemm persuna tiġri jew eżami fuq ir-regoli tal-isport, iżda kif l-isport jintegra fil-ħajja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-suġġett tal-edukazzjoni Fiżika jista’ jintgħażel bħala Option mit-tielet sena tas-sekondarja. F’dan is-suġġett issir prattika u teorija ta’ kif wieħed jista’ jtejjeb il-kwalità tal-ħajja. L-istudent jitgħallem kif l-isport u l-attività fiżika jistgħu jkollhom effett pożittiv fuq il-ħajja. L-Edukazzjoni Fiżika huwa suġġett eżaminabbli tas-SEC li beda jiġi eżaminat mill-2004.
Il-Bord tal-MATSEC diġà qed joffri eżami fl-Edukazzjoni Fiżika fil-livell tas-SEC. Dan l-eżami fih żewġ partijiet. L-ewwel parti tikkonsisti minn eżami prattiku fejn il-kandidati juru l-ħila tagħhom fi tliet attivitajiet fiżiċi u minn proġett li jinħadem fl-iskola. It-tieni parti tikkonsisti minn eżami ta’ sagħtejn bil-kitba li fih il-kandidati jwieġbu mistoqsijiet minn dawn it-tliet sezzjonijiet: (A) Il-Moviment u l-Attività Fiżika; (B1) Is-Saħħa u kif Iżżomm Ruħek f’Kondizzjoni Tajba, u (B2) is-Sistemi tal-Ġisem u r-rendiment fl-Isports, kif ukoll (Ċ) l-Isport fis-Soċjetà.