Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birżebbuġa — Wesgħa Carmelo Caruana - Permessi relatati mal-imwejjed u s-siġġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numri tal-permessi relatati mal-imwejjed u s-siġġijiet f’Wesgħa Carmelo Caruana, f’Birżebbuġa, u jannetti magħhom is-site plan, il-pjanta u t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kull permess?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Qawra — Triq il-Kurazza, Triq Għawdex u Triq it-Turisti - Art li tifforma l-bus terminus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-art li tifforma l-bus terminus tal-Qawra, li tinsab bejn Triq il-Kurazza, Triq Għawdex u Triq it-Turisti? Peress li minbarra t-terminus innifsu hemm ukoll spazji ta’ ħamrija f’dawn l-istess inħawi, jista’ l-Ministru jgħid min għandu l-obbligu li jieħu ħsieb dawn l-istess inħawi?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika aħjar għal liema spazji ta’ ħamrija qed tirreferi.

Ta’ Qali — Ċaqliq ta’ kumpless - Ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28251 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28048, dwar ċaqliq ta’ kumpless f’Ta’ Qali, fejn ġie mwieġeb li fis-sit inkwistjoni hemm ftehim bejn il-Gvern u l-assoċjazzjoni li sar fl-2012, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim imsemmi?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Għajn Tuffieħa — Torri - Restawr

Question

Fid-dawl li t-torri li jinsab f’Għajn Tuffieħa kellu bżonn ta’ restawr, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet flimkien mad-Direttorat tar-Restawr waslu fi ftehim biex isiru x-xogħolijiet ta’ restawr.

Il-Mosta — Żona tal-Blata l-Għolja - Pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’hemm ippjanat fiż-żona tal-Blata l-Għolja fil-Mosta, hekk kif ġiet itterminata kirja ta’ raba’ fl-istess żona, kif spjegat fl-Avviż Nru 1271 tal-Gazzetta tal-Gvern datata t-23 ta’ Settembru 2024?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interterpellant li ninsab infurmat li l-art inkwistjoni ġiet mgħoddija lil Puttinu Cares Foundation u Richmond Foundation.

Marsa — Church Wharf - Użu tal-art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikun l-użu ta’ Church Wharf (is-sit fejn kien hemm l-ex-power station) ġewwa l-Marsa? Jista’ jgħid x’inhu l-ħsieb għall-użu ta’ din l-art, pereżempju: użu marittimu, użu kummerċjali jew oħrajn? Jekk dan ser isir, jista’ jgħid meta?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

A.L. 438 tal-2018 — Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kap. 573)

Question

B’referenza għall-punt 12 tar-Regolamenti tal-2018 dwar Art Agrikola Proprjetà tal-Gvern, Avviż Legali Nru 438 tal-2018 Kap. 573, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ li bbenefikaw minn art agrikola tal-Gvern wara li lestew b'suċċess korsijiet akkademiċi fl-istudji agrikoli minn meta ħareġ dan l-avviż legali, maqsuma sena b'sena?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26753 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27785.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24392 u 24903 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi nxtrat karozza waħda ġdida minn entita li taqa’ taħt il-Ministeru għall- għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali. Inxtat għal uffiċjal fi grad maniġerjali li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huwa intitolat għall-vettura. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ din il-vettura sar skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.

Marsaxlokk — Trejqa fi Triq Delimara - Aċċess pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk trejqa fi Triq Delimara, Delimara (in-naħa tal-Kalanka t-Tawwalija) li ilha triq pubblika għal aktar minn sittin sena u li tipprovdi aċċess għal diversi għelieqi, parti mill-bajja, eċċ. ġietx mgħoddija lill-privat u għalhekk l-aċċess ta' din it-triq ġie mblukkat minn terzi b'mod u manjiera li qed jiġi mċaħħad l-aċċess u l-użu pubbliku ta' din it-trejqa? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x' kienet ir-raġuni li trejqa pubblika ġiet mgħoddija lil privat?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika aħjar il-mistoqsija tiegħu.

Għawdex — Artijiet/proprjetajiet tal-Gvern devoluti lill-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27196 u jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsilli Lokali Għawdxin ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-użu ta’ kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv.

Ta’ Qali — Ċaqliq ta’ kumpless - Ftehim

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28048, dwar ċaqliq ta’ kumpless f’Ta’ Qali, fejn ġie mwieġeb li fis-sit inkwistjoni hemm ftehim bejn il-Gvern u l-assoċjazzjoni li sar fl-2012, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim imsemmi?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

L-informazzjoni kif mitluba taqbeż l-advisory cost limit.

Ta' Qali — Ċaqliq ta' kumpless

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27504 u jgħid jekk il-kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex ser jiċċaqlaq mill-Gvern biex jagħmel spazju għal xi żvilupp kummerċjali?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fis-sit inkwistjoni hemm ftehim bejn il-Gvern u l-assoċjazzjoni li sar fl-2012.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24409 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti, hemm 17-il vettura mikrija.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2025?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari W407.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — TCNs - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi (TCNs) jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u kemm hu twil il-kuntratt tagħhom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20927.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta' Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema bord ta' Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x'pożizzjoni għandhom/kellhom u x'inhi/kienet il-kariga tagħhom? X'remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X'inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta' din il-ħatra?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.