Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim ta’ finanzjament Ewropew għall-proġett tal-Arts and Culture Hub fil-Marsa, li għalih ġew allokati €15-il miljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF)? Jista’ jgħid x’inhuma l-miri u d-dati stipulati għat-twettiq tal-proġett?
PBS – Bord Editorjali – Linji gwida u mekkaniżmi interni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5164, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida applikabbli mill-Bord Editorjali tal-PBS u l-mekkaniżmi interni tiegħu li rrefera għalihom fl-istess tweġiba?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Mgħandix xi nżid mat-tweġiba li tajt lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5164.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3518, fejn intqal li “L-informazzjoni kif mitluba jkun għalhekk jeħtieġ eżerċizzju ta’ verifika individwali dwar il-karigi, ir-rwoli jew l-impjiegi l-oħra ta’ dawn il-persuni, inklużi dawk li mhumiex impjegati tal-PBS.”, ladarba din il-verifika individwali issa saret, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba f’din il-mistoqsija parlamentari fl-intier tagħha?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Mgħandix xi nzid mat-tweġiba li tajt lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 3518. Intenni li l-Gvern ma jaqbilx mal-istrateġija li qed taddotta l-Oppożizzjoni kontra professjonisti serji u ta’ fehmiet politiċi differenti, li qed jaqdu dmirhom fit-twassil ta’ informazzjoni bl-aktar mod serju.
Heritage Malta - Siti storiċi - Attivitajiet ekonomiċi, inkluż ġbid ta’ films
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex politika li tistabbilixxi kif siti storiċi jistgħu jintużaw għal attivitajiet ekonomiċi, inkluż il-ġbid ta’ films, mingħajr ma tiġi kompromessa l-konservazzjoni tagħhom? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din il-politika?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li Heritage Malta għandha proċeduri stabbiliti li jirregolaw l-użu tas-siti storiċi taħt ir-responsabbiltà tagħha għal attivitajiet ekonomiċi, inkluż il-ġbid ta’ films, filwaqt li tingħata prijorità assoluta lill-ħarsien, il-konservazzjoni u l-integrità ta’ dawn is-siti.
Kull talba tiġi kkunsidrata individwalment sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet proposti ma jikkompromettux il-konservazzjoni u l-ħarsien tal-wirt kulturali.
Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Direct orders ta' inqas minn €2,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Kultura, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kontijiet awditjati tal-Public Broadcasting Services (PBS) Limited għas-sena li għaddiet?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-kontijiet awditjati għas-sena li għaddiet jkunu jistgħu jingħataw wara li jiġu approvati mil-Laqgħa Ġenerali Annwali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3734 u 4426 u jelenka l-NGOs li l-Ministeru qed jikkollabora magħhom u jispeċifika s-servizzi mogħtija minn kull waħda?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3732 u 4424 u jagħti rendikont tal-finanzjament mogħti lil NGOs fl-aħħar sentejn, maqsum skont l-NGO, l-għan u s-sena?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għandu numru ta’ skemi li minnhom jibbenefikaw numru kbir ta’ NGOs. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista ta’ NGOs li ġew mgħejjuna fl-aħħar sentejn.
Heritage Malta - Manutenzjoni ta' elementi moderni f'siti storiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għall-manutenzjoni ta’ sistemi tad-dawl, cables, tagħmir tekniku u elementi moderni oħra installati waqt proġetti ta’ restawr f’siti ta’ Heritage Malta, u jekk hemmx proċedura sabiex dawn jiġu sostitwiti jew aġġornati mingħajr ħsara lill-istrutturi storiċi?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni tas-sistemi u l-elementi moderni installati fis-siti taħt il-kura ta’ Heritage Malta ssir skont l-obbligi u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-kuntratti rispettivi, kif ukoll permezz tal-ħaddiema tekniċi tal-Aġenzija.
Dawn il-ħaddiema għandhom it-taħriġ meħtieġ sabiex l-interventi ta’ manutenzjoni jitwettqu b'mod li jirrispetta l-karatteristiċi u l-valur storiku tas-siti, filwaqt li jitħarsu l-prinċipji tal-konservazzjoni.
Heritage Malta - Valutazzjonijiet ta' proġetti maġġuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara t-tlestija ta’ proġetti maġġuri ta’ restawr fuq siti storiċi taħt Heritage Malta, issirx valutazzjoni tal-interventi li jkunu saru biex jiġi stabbilit jekk dawn laħqux l-għanijiet ta’ konservazzjoni, aċċessibbiltà u użu futur tas-sit?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara t-tlestija ta’ proġetti maġġuri ta’ restawr fis-siti storiċi taħt il-kura tagħha, Heritage Malta tkompli ssegwi u tevalwa l-effettività tal-interventi mwettqa, partikolarment fir-rigward tal-konservazzjoni, l-aċċessibbiltà u l-użu futur tas-siti.
F'ċerti siti jiġu installati wkoll sistemi ta’ monitoraġġ sabiex tinġabar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet klimatiċi u l-impatt tagħhom fuq il-binjiet u l-ambjent storiku.
Heritage Malta - Installazzjoni ta’ sistemi moderni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex standards jew rakkomandazzjonijiet dwar l-installazzjoni ta’ sistemi tad-dawl, cables, tagħmir elettriku u sistemi oħra moderni f’siti storiċi, sabiex dawn ikunu kemm jista’ jkun diskreti u ma jnaqqsux il-valur storiku jew viżiv tas-sit?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 4287, ninfurmaha li Heritage Malta tibbaża t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ restawr fuq prinċipji internazzjonalment rikonoxxuti fil-qasam tal-konservazzjoni, fosthom dawk stabbiliti mill-ICOMOS.
F'dan il-kuntest, l-installazzjoni ta’ sistemi moderni, inkluż tagħmir tad-dawl u infrastruttura elettrika, tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-ħtieġa li jitħares il-valur storiku, arkitettoniku u viżiv tas-siti, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta’ intervent minimu, kompatibbiltà u reversibbiltà fejn dan ikun teknikament possibbli.
Heritage Malta - Siti storiċi - Tfassil ta’ proġetti ta’ restawr
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt it-tfassil ta’ proġetti ta’ restawr f’siti storiċi taħt il-kura ta’ Heritage Malta jiġux evalwati soluzzjonijiet li jtejbu l-aċċessibbiltà filwaqt li jipproteġu l-integrità arkitettonika u l-potenzjal tas-sit bħala location għall-films?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt it-tfassil ta’ proġetti ta’ restawr fis-siti storiċi taħt il-kura tagħha, Heritage Malta tevalwa soluzzjonijiet li jtejbu l-aċċessibbiltà, filwaqt li tassigura l-ħarsien tal-integrità arkitettonika, storika u kulturali ta’ dawn is-siti, skont il-prinċipji internazzjonali tal-konservazzjoni.
L-għan ewlieni ta’ dawn l-interventi huwa l-konservazzjoni tal-wirt storiku u t-titjib tal-esperjenza tal-viżitaturi, filwaqt li kwalunkwe użu ieħor tas-siti għandu jkun kompatibbli mal-ħarsien u l-karatteristiċi tagħhom.
Wirt kulturali – Konservazzjoni/manutenzjoni – Investiment mid-dħul relatat mat-turiżmu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema proporzjon tad-dħul relatat mat-turiżmu li jinġabar mill-Gvern jerġa’ jiġi investit direttament fil-konservazzjoni u l-manutenzjoni tal-wirt kulturali ta’ Malta?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jibqa’ kommess li jinvesti b'mod kontinwu fil-ħarsien, il-konservazzjoni, ir-restawr u l-manutenzjoni tal-wirt kulturali u storiku ta’ pajjiżna, u dan ma jagħmlux biss mid-dħul relatat mat-turiżmu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il viżitatur żar kull sit ewlieni ta’ wirt kulturali jew storiku mmexxija mill-Istat matul l-ewwel sitt xhur tal-2026 u xi dħul iġġenera kull sit?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 aktar minn miljun viżitatur żaru s-siti ewlenin ta’ wirt kulturali u storiku f’Malta u Għawdex, amministrati minn Heritage Malta, li bejniethom iġġeneraw kważi sitt miljun ewro fi dħul.
Heritage Malta u l-Kummissjoni Maltija għall-Films - Mekkaniżmi formali ta’ koordinazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jispjega liema mekkaniżmi formali ta’ koordinazzjoni jeżistu bejn Heritage Malta u l-Kummissjoni Maltija għall-Films sabiex il-ħtiġijiet tal-konservazzjoni u dawk tal-industrija tal-films jiġu kkunsidrati flimkien meta jiġu ppjanati interventi fuq siti storiċi?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul ta’ Heritage Malta u entitajiet pubbliċi oħra mill-għoti ta’ permessi jew mill-kiri ta’ siti storiċi għall-ġbid ta’ films u produzzjonijiet televiżivi matul kull waħda mill-aħħar ħames snin, u jagħti t-tqassim tad-dħul skont l-entità?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-użu ta’ siti storiċi għall-ġbid ta’ films u produzzjonijiet televiżivi huwa suġġett għall-proċeduri u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-entitajiet responsabbli mill-amministrazzjoni tas-siti rispettivi.
Id-dħul minn dawn l-attivitajiet jiġi amministrat mill-entitajiet konċernati, skont il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.
Il-Ministeru jagħraf l-importanza li dawn is-siti jkomplu jintużaw b’mod responsabbli għal produzzjonijiet awdjoviżivi, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-wirt storiku u kulturali ta’ pajjiżna.
Kummissjoni Maltija għall-Films - Siti storiċi - Promozzjonijiet internazzjonalment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema inizjattivi ħadet il-Kummissjoni Maltija għall-Films matul l-aħħar ħames snin sabiex tippromwovi internazzjonalment is-siti storiċi ta’ Malta bħala locations għal films u produzzjonijiet televiżivi, u kemm intefqu fondi fuq dawn l-inizjattivi?
Kummissjoni Maltija għall-Films - Siti storiċi - Evalwazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kriterji tuża l-Kummissjoni Maltija għall-Films meta tevalwa jekk sit storiku huwiex adattat biex jiġi promoss bħala location għal produzzjonijiet internazzjonali, u jekk dawn il-kriterji jinkludux il-kundizzjoni fiżika, il-karatteristiċi arkitettoniċi u l-flessibbiltà tas-sit għall-bżonnijiet tal-produzzjoni?
Kummissjoni Maltija għall-Films - Siti storiċi - Kontribut ekonomiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Maltija għall-Films wettqitx studju dwar il-kontribut ekonomiku li jagħtu s-siti storiċi bħala locations għall-industrija tal-films f’Malta, u jekk iva, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-istudju?