Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — xogħol ta’ konsulenza minn ditta legali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kuntratt/skrittura li permezz tagħha/tiegħu d-ditta legali, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, intrabtet tagħti jew ingħatat xogħol ta’ konsulenza legali mill-Ministeru tiegħu wara l-1 ta’ April 2013?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu lbieraħ għall-Mistoqsija Parlamentari 24588 u ninfurmah li t-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu hija nil.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23401 u 21970 u ċjoè jista' jgħid kemm intnefqu flus għal reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Organogramma
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24079, jista' l-Ministru jgħid f'liema skala qed jaħdmu l-persons of trust?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persons of trust li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħi qegħdin fi skali ħamsa (5), sitta (6), sebgħa (7), għaxra (10) u erbatax (14). Min-naħa l-oħra, dawk li qegħdin fis-Segretarjat Parlamentari qegħdin fi skala erbatax (14).
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Infiq fuq materjal ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tgħarif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħlasijiet lil ditta legali
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ħlasijiet kollha li saru mill-Ministeru tiegħu lil ditta legali, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, wara l-1 ta’ Mejju, 2013 sal-lum, bid-data rispettiva?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi ma għamel l-ebda ħlas lid-ditta legali li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.
Awtorità tal-Ippjanar u/jew l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u ditta ta’ avukati — ftehim
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim li ġie ffirmat bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u/jew l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u d-ditta ta' avukati, li isimha qiegħed jingħata separatament, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Awtorità tal-Ippjanar u/jew l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar – ħlasijiet lil ditta ta’ avukati
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont sħiħ u dettaljat tal-ħlasijiet kollha li saru mill-Awtorità tal-Ippjanar u/jew l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar lid-ditta ta' avukati, li isimha qiegħed jingħata separatament, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tgħarif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex isir tindif meħtieġ f’Wied Qirda, taħt il-pont tat-triq għas-Siġġiewi fejn illum dan il-wied jinsab mimli terrapin u jeħtieġ li jkun imnaddaf?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-proġett ta’ tisbiħ li qed isir fil-Wied ta’ Ħal Qormi hux proġettat li se jintilef parking wara li jitlesta x-xogħol? Għal kemm spazji ta’ karozzi jammonta t-tnaqqis ta’ parking? Il-Kunsill Lokali Qormi kien informat dwar dan? Jista’ jgħid jekk sarx ukoll koordinament ma’ ministeri oħra biex tissolva l-problema tad-drenaġġ ifur li tinqala’ minn żmien għal żmien mill-istess inħawi b’inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux ser jkun hemm tnaqqis ta’ parking wara li jitlesta x-xogħol, ser ikun hemm biss ċaqliq ta’ xi parking fl-istess sit. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ġie ppreżentat bil-proposta u anke ġew mibgħuta l-pjanti approvati. Saru ukoll diskussjonijiet mal-kunsill dwar il- manutenzjoni ta’ dan il- proġett sabiex anke la jkun tlesta x-xogħol, nassiguraw li jibqa’ fi stat tajjeb għall-użu tar-residenti. L-iskop ta’ dan il-proġett huwa wieħed ta’ tħaddir permezz ta’ tisqiefa tal-wied. Is-servizzi u l-funzjonijiet tal-Wied mhumiex ser ikunu qed jintmessu.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ir-re-numbering tad-djar kollha f'Malta u Għawdex? U jekk dan il-proċess għadu għaddej, jista' jgħid hemmx lokalitajiet fejn ir-re-numbering hu lest; fejn għadu għaddej u meta hu maħsub li jkun finalizzat?
Xagħra Għawdex — Park tal-Familja fil-Qortin – xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tlestiex ix-xogħol kollu fuq il-Park tal-Familja fil-Qortin fix-Xagħra Għawdex fejn qabel kien hemm il-miżbla li issa ġiet magħluqa u riabilitata? Jista' jgħid (xahar u sena) meta hu maħsub li dan il-park ikun aċċessibbli għall-familji Għawdxin u min se jkun qed imexxi u jieħu ħsieb dan il-park? Jista’ jgħid f'dawn l-aħħar seba' snin, sena b’sena kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fiż-żona tal-Qortin fix-Xagħra, x'tip ta' xogħol kienu jagħmlu u x'inhu l-grad tagħhom? Jista’ jgħid kemm hu ppjanat li jiġu impjegati ħaddiema ġodda biex jaħdmu fl-eks miżbla tal-Qortin fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li nirringrazzja lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija u anke għall-apprezzament tiegħu għall-fatt li l-mi¿bla tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex issa ġiet magħluqa u rijabilitata, ninformah illi x-xogħlijiet f’dan is-sit tlestew kollha għajr għal xogħlijiet żgħar fuq in-naħa ta’ barra tal-ex-miżbla li bħalissa qed jiġu konklużi. Il-park se jinfetaħ uffiċjalment u se jkun aċċessibbli għall-familji Għawdxin u għal dawk kollha li jżuru Għawdex fil-ġimgħat li ġejjin. B’hekk il-pubbliku ġenerali se jkun jista’ jara t-trasformazzjoni li seħħet f’dan is-sit fejn dik li qabel kienet il-pjaga tal-gżira Għawdxija issa se tkun pulmun naturali u żona rikreattiva li jista’ jgawdiha kulħadd.
Is-sit se jibqa’ jitmexxa mill-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd. u biex isir dan mhux se jkun hemm il-ħtieġa li l-impjegati preżenti jiżdiedu. Fir-rigward tal-ħaddiema li ħadmu fil-Qortin fl-aħħar seba’ snin qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22374 u jgħid kemm sa mit-twaqqif tagħha Infrastruttura Malta sal-lum, kellha fi flus kontanti multi imposti fuqha mill-ERA u fuq liema nuqqasijiet dawn ingħataw (billi jindika ukoll fuq liema proġetti dawn ingħataw)?
Magħtab – Dokumenti relatati mat-tender għall-bini ta’ inċineratur
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mat-tender li nħareġ għall-bini tal-inċineratur fil-Magħtab fl-aħħar ġimgħat?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Fir-rigward tal-istudji relatati mal-impjant tal-Waste to Energy nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li diġà tajt għal diversi Mistoqsijiet Parlamentari, fosthom 21310, 21157, 21156 u 21600.
Jista’ l-Ministru jindika kemm il-Gvern qed jistma li ġej jiswa l-bini tal-inċineratur fil-Magħtab?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li fl-2019 l-ispiża għall-bini tal-inċineratur fil-Magħtab kienet stmata li ser tkun madwar €190 miljun. Nifhmu li l-investiment meħtieġ mhux żgħir iżda dan l-inċineratur ser ikun qed jgħin sabiex nitbgħiedu mill-politika li kienet titħaddem fi żminijiet oħra fejn il-Gvern kien ikollu juża’ dejjem iżjed art sabiex joħloq miżbla wara miżbla. Dan l-investiment flimkien mal-impjanti l-oħra li ser isiru, u li tkellimt dwarhom diversi drabi, ser ikun qed jagħti qabża ta’ kwwalita’ fl-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema jaħdmu mal-kumpanija Wasteserv, f’liema grad u mil-liema lokalitajiet dawn ġejjin bejn Settembru 2021 u Jannar 2022 maqsuma xahar b’xahar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22931, jista' l-Ministru jagħti l-indirizz eżatt ta' fejn jinsab l-uffiċċju tal-BCA ġewwa x-Xatt tal-Imġarr f'Għawdex? Jista' jgħid x'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ ta' dan l-uffiċċju u għala u min ħa d-deċiżjoni li dan l-uffiċċju jinfetaħ ġewwa l-Imġarr? Jista' jgħid qabel għal xiex kien jintuża dan l-uffiċċju?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-indirizz tal-uffiċċju hu: Awtorita’ għall-Bini u l-Kostruzzjoni, Triq Martino Garzes, Il-Port tal-Imġarr, Għajnsielem. Il-ħinijiet tal-ftuħ tiegħu huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-6.30 ta’ filgħodu u t-3.30 ta’ wara nofsinhar. Jien indurmat ukoll li d-deċiżjoni li jinfetaħ dan l-uffiċċju kienet ittieħdet sabiex ikun żgurat li f’Għawdex ukoll ikun jista’ jingħata livell xieraq ta’ servizz.
M’għandniex informazzjoni dwar x’użu kien isir mill-binja qabel ma daħlet fiha l-Awtorita’.
Ministeru għall-Ambjent. it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom.
Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts.
Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan.
Għal dan il-għan intu¿aw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari, li jaqa’ taħtu, bl-ispiża ta’ €1,800 (VAT esklu¿a).
San Pawl il-Baħar – Żona tal-Mistra Village fix-Xemxija
Question
Billi ż-żona ta’ fejn qabel kien il-Mistra Village fix-Xemxija, San Pawl il-Baħar tħalliet abbandunata wara li twaqqa’ l-kumpless turistiku li kien hemm, u dan b’konsegwenzi serji fuq l-ambjent tal-madwar, kif ukoll b’periklu serju għar-residenti tal-madwar, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan is-sit ma jibqax wieħed ta’ abbandun u ma jkunx wieħed ta’ periklu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq is-sit tal-Mistra Village fix-Xemxija hemm permess PA6747/18, validu sas-6 ta’ Frar 2024. Dan il-permess huwa suġġett għal appelli pendenti li jġibu r-referenza PAB82/19 u PAB91/19. Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar kienet diġà ħadet azzjoni fuq dan is-sit abbandunat billi ħarġet avviż ta’ nfurzar EC389/16 għax “Ġie żarmat is-sit imsemmi u tħalla fi stat ta' abbandun”. Fuq dan l-avviż ta’ nfurzar ukoll hemm appell pendenti (PAB240/16) u għaldaqstant, sakemm jinqatgħu l-Appelli msemmija, l-Awtorità ma tistax tieħu azzjoni oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ monitoraġġ qed isir dwar l-irwejjaħ li ġejjin min-naħa tal-Magħtab? Kull meta qed isir dan il-monitoraġġ? X’irriżulta mill-monitoraġġ li qed isir?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) twettaq spezzjonijiet regolari fl-impjanti ta’ l-immaniġjar tal-iskart li jinstabu l-Magħtab sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet kollha tal-permess ambjentali, li jinkludu ukoll uħud li jirrigwardjaw mitigazzjoni ta’ rwejjaħ li jistgħu jkunu ikkaw¿at mill-operat tal-landfill, ikunu qegħdin jiġu osservati. Il-frekwenza tal-moniteraġġ fuq din it-tip ta’ siti huwa bbażat fuq sistema li tikkunsidra r-riskju ambjentali. Fis-sena 2021 saru 4 spezzjonijiet fil-landfill fejn fi tnejn minn dawn l-ispezzjonijiet, f’Awwissu u f’Novembru ta 2021, inxtammet riħa barra mill-konfini tal-impjant. Fiż-żewġ każijiet, kien hemm xi miżuri ta’ mitigazzjoni li ma kienux qed jintu¿aw fil-ħin tal-ispezzjoni u nġibdet l-attenzjoni tal-operatur biex jassigura li kull miżura meħtieġa mill-permess inkwantu ta’ mitigazzjoni ta’ rwejjaħ, għandha terġa’ tiġi applikata minnufih.
Ta’ min wieħed iżid li it-titjib li qed isir diġa qed jinħass, filfatt fl-2021 u 2022 ma daħal ebda rapport għand l-ERA rigward rwejjaħ mill-impjanti tal-Magħtab. Dan għandu jissolva b’mod definittiv bl-ikbar investiment fl-istorja tal-pajjiż li b’nofs biljun ewro ser ikun qed idawwar l-iskart minn problema għar-riżorsa.