Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-Salini ġewwa San Pawl il-Baħar għadux jiġi prodott melħ u kemm ġie prodott melħ fl-aħħar sentejn, xahar b'xahar? Jekk mhux qed jiġi prodott melħ x’inhi r-raġuni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Peress li l-Onor. Interpellant ma kkjarifikax għal liema salini kien qed jirreferi qed nassumi li xtaq jirreferi għas-Salini li hemm ħdejn il-bajja tax-Xemxija li, kif jaf, fl-2018, meta dawn is-salini għaddew taħt il-Ministeru tiegħi, kien iffirmat ftehim ta’ maniġment dwarhom bejn il-Birdlife Malta u l-Ministeru tiegħi flimkien mal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali fejn dan ta’ l-aħħar żamm f’idejh r-responsabbiltà ta’ tiswijiet ordinarji sa’ Awwissu 2020 u dawk straordinarji sa’ Awwissu 2023. Jien infurmat li għal raġunijiet ta’ ħsarat fil-mekkaniżmu li jikkontrolla d-dħul tal-ilma baħar ġewwa s-salini, kif ukoll ħsarat strutturali fil-ġnub tas-salini, ma setgħat issir l-ebda produzzjoni tal-melħ f’dawn l-aħħar sentejn. It-tiswijiet neċessarji qed isiru.
Peress li r-rimi ta’ skart hu last resort fil-katina ta’ immanniġġar ta’ skart sostenibbli, jista’ l-Ministru jgħid kif ser inaqqas u kif ser jirriċikla dan il-materjal, qabel jibda jarmi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Wasteserv se tibqa impenjata sabiex tassigura li l-materjal ikun irkuprat flok mormi fil-miżbla. Għal dan il-għan, il-kumpanija qeda:
· Tinvesti f’
upgrade
ta’ l-impjant ta’ Sant’ Antnin sabiex ikun jista’ jinħadem il-materjal organiku biss.
· Investit f’linja rudimentali f’Sant’ Antnin sabiex ikun jista’ jinħadem nofs il-borża l-griża.
· B’dawn it-tnejn li semmejna, ser jitnaqqas il-
pressure
min fuq il-Malta North sabiex tkun tista’ tinħadem il-borża s-sewda b’mod aktar effettiv;
· Tkompli l-kampanji edukattivi sabiex ikun hawn aktar għarfien mill-poplu (
kerbside trucks
).
· ¯iedet servizz ta’ ġbir ta’ mediċini skaduti fil-farmaċiji.
Apparti dan, il-Gvern qiegħed jieħu miżuri billi jindirizza Waste Streams differenti permezz tal-aġenzija Resource Recovery and Recycling Agency.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet avviċinata biex tkun il-Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri? Jekk iva, għala għadha ma ġietx maħtura?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ftit ġranet oħra l-Ministeru ser ikun qiegħed f’po¿izzjoni li jippublika d-deċi¿joni tiegħu dwar il-ħatra ta’ Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kontroll hu maħsub li jkun hemm ħalli materjal nadif biss jintrema l-baħar, la l-Gvern iddeċieda li land reclamation hija inevitabbli?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- użu ta' materjal għal kwalunkwe proċess ta' land reclamation għandu jkun skurtinizzat mill-ERA fir-rwol regolatorju tagħha. Mill-lat l-ieħor, fi kwalunkwe kunsiderazzjoni ta’ rimi ta’ materjal il-baħar għandu jkun kopert mill-permessi ambjentali neċessarji li jiżguraw li n-natura tal-materjal huwa tali li jista’ jintrema l-baħar fuq l-ispoil ground uffiċjali hekk kif identifikat fir-regolamenti applikabli.
Waste electric and electronic equipment – collection volumes
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11743 jgħid kif jipparaguna pajjiżna ma' stati membri oħrajn fl-Unjoni Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam ma' collection volumes ta' WEEE – Waste Electrical And Electronic Equipment? X’inhi l-figura tagħna ras għal ras?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-medja ta’ ġbir separat ta’ WEEE minn djar privati fl-Istati Membri m’hijiex disponibbli fir-rapporti li tippublika l-Unjoni Ewropeja. Ir-rata ta’ ġbir separat ta’ WEEE f’Malta fl-2015 kienet ta’ 3.75 kilogrammi għal kull abitant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il studju dwar land reclamation sar u d-dettalji rispettivi (inkluż data, infiq għalih u jekk hux b’direct order jew le)? Jista’ jqiegħed kull wieħed minn dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — nefqa fuq reklamar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11991 u jgħid, xahar b'xahar, min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Dipartiment tal-Veterinarju — klieb abbandunati li qatlu qtates
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12132 u jgħid x'passi ttieħdu mid-Dipartiment tal-Veterinarju sabiex jinqabdu klieb abbandunati li ntlemħu joqtlu qtates f'numru ta' lokalitajiet, fosthom ukoll fis-Siġġiewi? Jekk ma ttieħdux passi, kif beħsiebu l-Ministru jindirizza din il-kwistjoni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat responsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali fi ħdan d-Dipartiment għar-Regolazzjoni Veterinarja u Saħħa tal-Pjanti qed jagħmel sorveljanza fl-inħawi tal-Madliena, Baħar iċ-Ċagħaq, il-Magħtab u s-Siġġiewi. Qegħdin jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha sabiex dawn il-klieb jkunu jistgħu jinqabdu.
Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qed tippermetti li barriera f’Għawdex qed tkompli taħdem illegalment? (Vide rapport fit-Times tat-30 ta’ Ottubru 2019 “A quarry that has been ordered to stop all its operations because of illegal dumping is still in action, a month from being served with an enforcement notice. The Environment and Resources Authority issued a ‘Stop and Compliance’ order to Tal-Misraħ quarry in Gozo on October 2, meaning all works, including extracting limestone and dumping waste, should stop.”)
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ordni ta’ Waqfien u Konformità OWK 0065/19 li nħareġ fit-02 t’Ottubru 2019 kien ikopri s-segwenti:
· Tfiegħ ta’ radam fil-barriera mingħajr permess.
· Dħul ta’ materjal inert minn barra l-barriera għat-tkissir tal-istess materjal.
· Tfiegħ u ħruq ta’ skart mhux inert.
Xogħlijiet oħrajn fil-barriera mhumiex milqutin bl-Ordni.
Waqt stħarriġ li għamlu uffiċċjali tal-ERA, irriżulta li baqa’ jiddaħħal radam f’din il-barriera (SG07) bi ksur tal-Ordni ta’ Waqfien.
Għaldaqstant, il-Kummissarju tal-Pulizija ntalab minnufih fil-31 t’Ottubru, sabiex jipproċedi bil-Qorti kontra sid/operatur ta’ din il-barriera, mill-aktar fis possibli, skont l-Att Dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent.
Qed jittieħdu passi ukoll kontra sewwieqa ta’ trakkijiet li daħħlu radam fil-barriera minkejja li ġew avżati minn uffiċċjali tal-infurzar tal-ERA li dan kien illegali.
Sidien ta’ Garaxxijiet u pompi tal-petrol – ilment fuq postijiet biex jiddisponu mit-tyres
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn diversi sidien ta’ garages u pompi tal-petrol ilhom iktar minn 7 xhur jilmentaw li m’hawnx iktar fejn jiddisponu mit-tyres użati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar xhur, kemm fl-Indja kif ukoll f’pajjiżi oħra, jidher li daħlu numru ta’ restrizzjonijiet fuq ħrug ta’ liċenzji għall-importazzjoni u proċessar ta’ tyres. Minħabba li l-kuntrattur ta’ Wasteserv għall-esportazzjoni tat-tyres jesporta lejn l-Indja, l-ispazju għall-ħażna ta’ tyres użati hu limitat.
Madankollu, kemm il-kuntrattur magħżul, kif ukoll il-Wasteserv qegħdin jagħmlu ħilithom biex insibu swieq alternattivi.
Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm manutenzjoni tax-Xatt tax-Xgħajra billi hemm bankijiet mhux miżbugħa u ħadid li daħal is-sadid għalih u hemm biċċiet nieqsa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni tax-Xatt tax-Xgħajra ma taqgħax taħt ir-responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru u għalhekk għandu jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 176 European Landscape Convention
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8639, jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba huwiex se jieħu pożizzjoni differenti u hiex se tiġi ratifikata l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 176 “European Landscape Convention”?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qiegħed jaħdem fuq il-proċess ta’ ratifikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11697 u jgħid x'sar mill-RDF fl-2017, 2018 u 2019 peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11197 qal li ma ġiex esporat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2017, ma kienx hemm kuntratt għal esportazjoni ta’ l-RDF u l-maġġor parti tal-RDF kien qed jiġi landfilled’. Lejn l-aħħar ta’ dik is-sena, xi kwantitajiet żgħar bdew jiġu maħżuna fl-ex hazardous cell bi preparazzjoni biex jiġu esportati. dan minħabba li l-kumpanijia kienet bdiet il-proċess biex tidħol f’kuntratt ta’ esportazzjoni. Dan il-kuntratt fil-fatt ġie ffirmat lejn nofs l-2018 fejn l-RDF kollu storjat sa dak inhar beda jiġi esportat u kompla jigi esportat matul l-2019 ukoll.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont (f'euros) li ħallset il-Wasteserv għar-rigward disposal of RDF, u kemm-il tunnellata kien hemm matul l-2017, l-2018 u 2019 separatament?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u Wasteserv – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7876 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti dettaljatament x’kienu u lil min, meta u kemm swew id-direct orders li l-Wasteserv u l-Ministeru tiegħu (separatament) taw mill-1 ta’ Ottubru 2018 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fil-Mistoqsija Parlamentari 7876 ingħatat diġà fit-tweġiba għall-Mistoqsija 9112. Madankollu b’żieda mat-tweġiba mogħtija dakinhar qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabella li tkopri direct orders mogħtija minn Marzu 2019 ’il quddiem
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7877, jista’ l-Ministru jgħid x’penali ġew imposti (jekk ġew) fuq il-kuntrattur magħżul fl-2018 biex iqassam il-container bins bieb bieb?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għal Mistoqsija Parlamentari numru 7877, il-kuntratturi nkarigati bi tqassim tal-bins ‘bieb bieb’ (organic u stackable), ġew infurmati bil-penalitajiet rispettivi kif ikkalkulati skond it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt rispettiv, wara li dawn il-penalitajiet kienu approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti u l-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti (GCC). Wieħed jrid jifhem li l-informazzjoni mitluba dwar l-ammont tal-penali imposti ma jistgħux jiġu provduti peress li hemm proċess kurrenti ta’ arbitraġġ.