Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nazzjonijiet Uniti — voti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10543, jista’ l-Ministru jinforma x’kienet ir-raġuni u l-pożizzjoni wara l-vot kontra ta’ pajjiżna fil-vot li ttieħed fl-20 ta’ Diċembru 2018 fil-“Eradicating rural poverty to implement the 2030 agenda for Sustainable Development” (A/Res/73/244) fin-Nazzjonijiet Magħquda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li fil-vot li ttieħed fl-20 ta’ Diċembru 2018 fuq “Eradicating rural poverty to implement the 2030 agenda for Sustainable Development” (A/Res/73/244) fin-Nazzjonijiet Magħquda, l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, qablu fuq pożizzjoni komuni u vvutaw kontra.

Nazzjonijiet Uniti — voti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10543, jista’ l-Ministru jinforma x’kienet ir-raġuni u l-pożizzjoni wara l-vot kontra ta’ pajjiżna fil-vot li ttieħed fl-20 ta’ Diċembru 2018 għal “Towards a New International Economic Order” (A/Res/73/240) fin-Nazzjonijiet Magħquda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li fil-vot li ttieħed fl-20 ta’ Diċembru 2018 għal “Towards a New International Economic Order” (A/Res/73/240) fin-Nazzjonijiet Magħquda, l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, qablu fuq pożizzjoni komuni u ivvotaw kontra.

Nazzjonijiet Uniti — voti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10543, jista’ l-Ministru jinforma x’kienet ir-raġuni u l-pożizzjoni wara l-vot ta’ astenzjoni ta’ pajjiżna fil-vot li ttieħed fis-17 ta’ Diċembru 2018 fil-“Combating glorification of Nazism neo-nazism and other practices ” (A/Res/73/157) fin-Nazzjonijiet Magħquda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li fil-vot li ttieħed fit-17 ta’ Diċembru 2018 fil-“Combating glorification of Nazism neo-nazism and other practices ” (A/Res/73/157) fin-Nazzjonijiet Magħquda, l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, qablu fuq pożizzjoni komuni u astjenew.

Containers bil-flus

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11886 jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk almenu hemmx inkjesta maġisterjali jew waħda interna li ġiet stabbilita?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandhiex xi nżid iktar wara r-risposta li diġà tajt f’mistoqsija parlamentari 11886. Madanakollu, nerġa' nistieden lill-Onor. Interpellant li m’għandi l-ebda oġġezzjoni li b’mod privat u kunfidenżjali ninfurmah dwar l-informazzjoni li jien konxju tagħha u x-xogħol li qed isir fuq dan il-każ.

Nazzjonijiet Uniti — voti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10543, jista’ l-Ministru jinforma x’kienet ir-raġuni u l-pożizzjoni wara l-astenzjoni ta’ pajjiżna fil-vot li ttieħed fit-22 ta’ Diċembru 2018 fil-Global Call for Concrete action for the total elimination of racism, racial discrimination etc (A/Res/73/362) fin-Nazzjonijiet Magħquda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-vot li ttieħed fit-22 ta’ Diċembru 2018 fil-Global Call for Concrete action for the total elimination of racism, racial discrimination etc (A/Res/73/362) fin-Nazzjonijiet Magħquda, il-membri imsieħba tal-Unjoni Ewropea, inkluz Malta, qablu fuq pożizzjoni komuni u astjenew.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — credit cards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12211 u 11739 u jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella hawn taħt. Head Office 2018 Travel Expenses Hospitality Other Chief of Staff €18,151.08 €952.77 €36.00 Private Secretary €30,202.84 €123.65 €69.04 Permanent Secretary and DCS €1,706.62 €0.00 €1,272.29 2019 Travel Expenses Hospitality Other Chief of Staff €12,321.71 €103.00 €24.00 Private Secretary €14,738.01 €1,116.65 €24.00 Permanent Secretary and DCS €1,944.73 €0.00 €1,250.91 Missions abroad: Missions: Totals: Travel Expenses Hospitality Other 2018 €27,202.32 €6,096.48 €918,288.82 2019 €60,921.17 €15,168.73 €695,784.58 Total: €167,188.48 €23,561.28 €1,616,749.64

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ – avviżi f’gazzetti lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flejjes f’reklami jew avviżi fil-gazzetti lokali mill-Ministeru tiegħu tul l-2018 u l-2019 s’issa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma li fl-2018 u 2019 intefqet is-somma ta' €24,127.85 f'reklami u avvizi fil-gazzetti lokali, li fil-maġġoranza tagħhom kienu ħlasijiet lill-Gazzetta tal-Gvern.

Konsolati ta’ pajjiżi barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm konsolati ta’ pajjiżi barranin li tlesta l-proċess neċessarju u nħareġ l-exequatur minn Novembru 2018 sal-aħħar ta’ Novembru 2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li minn Novembru 2018 sal-aħħar ta’ Novembru 2019 tlesta l-proċess neċessarju u nħareġ l-Exequatur ta’ 6 Konsli Onorarji.

Direttorat tal-Protokoll – talbiet għall-bastimenti militari jew statali biex jidħlu f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex bastiment militari jew statali jidħlu f’pajjiżna tul din l-aħħar sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Novembru 2018 u Ottubru 2019 id-Direttorat tal-Protokoll irċieva 48 talba sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna.

Direttorat tal-Protokoll – talbiet għall-ajruplani militari jew statali biex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna u kemm-il talba saret sabiex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna tul din l-aħħar sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Novembru 2018 u Ottubru 2019 id-Direttorat tal-Protokoll ircieva 122 talba sabiex ajruplani militari jew statali jinzlu Malta. Id-Direttorat irċieva wkoll 380 talba sabiex ajruplani militari jew statali jidħlu fl-ispazju tal-ajru ta’ Malta.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. interpellant biex ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — credit cards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11739 u jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?

Response (ABELA, CARMELO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Trade Malta – fondi ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema fondi ewropej u f’kemm Trade Malta għamlet użu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2019 u kemm se jkollha għad-dispożizzjoni tul is-sena li ġejja?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-progett li qed timplimenta TradeMalta jaghmel uzu mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014 – 2020. In-nefqa mill-bidu tas-sena sa’ Ottubru tal-2019 kienet ta’ €172,483.24. TradeMalta ser ikollha ghad-dispozizzjoni tagħha €100,000 fl-2020 minn dan il-fond.

Schengen – fondi ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ewropej li l-Ministeru tiegħu għamel użu minnhom tul is-sena li għaddiet sal-aħħar ta’ Ottubru 2019? Jista’ jindika b’mod partikolari dak li hemm fil-programmi marbuta mas-sistema Schengen?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmatli l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ qed jibbenifika minn fondi taħt il-Programm għas-Sigurtà Interna 2014-2020. Dan il-programm jiskadi f’Diċembru 2021 u għalhekk il-proġetti kollha taħt dan il-programm iridu jkunu lesti sa qabel ma jiskadi il-perjodu u kif miftiehem mal-entità responsabbli għall-Fondi Ewropej. L-ammont ta’ flus li ġew użati sal-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena kien ta’ €2, 457,415.65.

Ftehim/trattati pendenti ma’ pajjiżi u istituzzjonijiet internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm trattati/ftehim pendenti ma’ pajjiżi u istituzzjonijiet internazzjonali varji u jista’ jindika liema huma?

Response (ABELA, CARMELO)

Rigward trattati pendenti ma' istituzzjonijiet internazzjonali varji, nistieden lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku.

Inkjesta mill-House of Commons dwar id-diżinformazzjoni u fake news

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li ntbagħtet f'isem il-Gvern Malti mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament lid-Digital, Culture, Media and Sport Committee tal-House of Commons b'rabta mal-inkjesta dwar id-diżinformazzjoni u l-fake news?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob hi meqjusa bħala materja komunikata mal-House of Commons b’kunfidenzjalita u li allura ma tistax tiġi ppubblikata.Dan joħroġ ukoll mil-Liġi għal-Libertà tal-Informazzjoni.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11992 u jgħid, xahar b'xahar, min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-3 ta' Ġunju 2017 s'issa in-nefqa f'riklami fuq il-medja soċjali Facebook kienet €1826.55. It-tabella t’hawn taħt turi n-nefqa xahar b’xahar. TradeMalta - ERDF Project 2017 2018 2019 Month cost in € Month cost in € Month 3-end June January January €89.90 July February February €179.65 August March March €67.00 September April April €142.00 October May May €142.00 November June June €0.00 December July July €142.00 Total €0.00 August August €142.00 September September €142.00 October October €160.00 November €310.00 Total €1,206.55 December €310.00 Total €620.00 Grand Total €1,826.55

Fieri — kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li ġew mogħtija l-attenzjoni, informazzjoni u sostenn sabiex jesebixxu ġewwa fieri barra minn xtutna?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2019 Trade Malta għamlet mad-disgħin (90) intervent ma’ intraprizi bbażati f’Malta li ħadu sehem attiv permezz ta’ ‘stands’ ġewwa fieri internazzjonali.