Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Direct orders ta' inqas minn €2,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej  japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Kontinġent Malti f’New York – Settembru 2026

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2969, 3303, 3497, 4175 u 4746 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 5217.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Kontinġent għall-laqgħat f’New York

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2971, 3305, 3499, 4177 u 4744 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, bejn il-21 u s-26 ta’ Settembru 2026 attendejt għall-81 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York. Matul din iż-żjara komplejna mmexxu ‘l quddiem l-interessi ta’ pajjiżna. Fost l-impenji li kelli, ipparteċipajt u f'xi istanzi mexxejt, f laqgħat mal- Commonwealth u numru ta’ laqgħat oħra diplomatiċi kemm multilaterali u bilaterali u konferenzi internazzjonali, kif ukoll żort iċ-Ċentru tal-Maltin f’Astoria, fejn iltqajt mal-komunità Maltija fi New York. Id-delegazzjoni li akkumpanjatni għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti kienet komposta minn 6 persuni u l-ispiża totali kienet tammonta għal €63,848.94

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru  2372

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2026?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill- Public Procurement Regulations .

Kontinġent Malti f’New York – Settembru 2026

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2969, 3303, 3497 u 4175 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Kontinġent għall-laqgħat f’New York

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2971, 3305, 3499 u 4177 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-imsemmi individwu ma kienx appuntant f’bordijiet jew kumitati ta MFEA fil-perjodu indikat.

Għajnuna umanitarja mogħtija minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jispeċifika liema pajjiżi bbenefikaw minn għajnuna umanitarja mogħtija minn Malta matul is-sena 2025 u kemm ġew mgħoddija fondi lil kull pajjiż?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Hon. Interpellant illi l-ammonti li jkopru kontribuzzjonijiet u interventi umanitarji diretti, kif ukoll dawk imwettqa permezz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li saru fl-2025 jinsabu fit-tabella hawn taħt annessa. Pajjiż jew kategorija benefiċjarja Ammont preliminari Varji – Allokazzjonijiet ta’ nefqa umanitarja bhala s-sehem ta’ Malta fl-UE €3,090,000.00 Varji – Kontribuzzjonijiet lin-Nazzjonijiet Maqghuda ghall-azzjonijiet mirati f’pajjizi fi bzonn ta’ ghajnuna umanitarja €279,676.00 Ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża €368,684.89 Jemen €40,000.00 Kongo €50,000.00 Ukrajna €75,042.00 Ħaiti €75,000.00 Sudan €75,000.00 Pakistan €20,000.00 Ġamajka €35,000.00 Kuba €35,000.00 Libja €12,728.00

Għajnuna umanitarja mogħtija minn Malta - Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tat fondi Malta f’għajnuna umanitarja lil pajjiżi oħra matul is-sena 2025?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli  Interpellant illi, skont id-data preliminari disponibbli, matul is-sena 2025 Malta rrapportat ammont totali ta’ €4,156,131 f’assistenza u nefqa ta’ natura umanitarja taħt il-klassifikazzjonijiet rilevanti tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) u tal-Appoġġ Uffiċjali Totali għall-Iżvilupp Sostenibbli (TOSSD). Id-data għadha proviżorja u hija soġġetta għal diskussjoni u validazzjoni mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD). Barra minn hekk, għandu jissemma s-sehem ta' Malta fil- Ukraine Facility , li jifforma parti mill-kontribut tal-Unjoni Ewropea fil-qafas tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) permezz tal-Baġit Ġenerali tal-UE. Fl-2025, il-kontribuzzjoni ta' Malta lejn il- Ukraine Facility kienet tammonta għal €5,159,221.11. Parti minn dawn il-fondi huma allokati għal miżuri mmirati lejn il-mitigazzjoni tal-impatt umanitarju tal-gwerra fl-Ukrajna, kif ukoll għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u l-inklużjoni fis-soċjetà Ukrena.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 763 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru ma għamlux użu minn konsulenti jew servizzi ta' konsulenza dwar l-intelliġenza artifiċjali jew it-trasformazzjoni diġitali matul il-perjodu mitlub. Fir-rigward tal-Ministeru nnifsu, dan għandu arranġament fis-seħħ ma' Gartner  Ireland Limited għall-provvista ta' servizzi ta' riċerka teknika u konsulenza, li jinkludu fost oħrajn aspetti relatati mal-intelliġenza artifiċjali u t-trasformazzjoni diġitali, skont il-proċeduri stabbiliti fil-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Kontinġent għall-laqgħat f’New York

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2971, 3305 u 3499 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tlaqqgħet  ix-xahar li għadda u l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kontinġent Malti f’New York – Settembru 2026

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2969, 3303 u 3497 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tlaqqgħet  ix-xahar li għadda u l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Proprjetajiet mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetà fid-dekasteru tiegħu li hi mikrija u kemm titħallas kera fis-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dekasteru li jien risponsabbli minnu hemm 18 il-propjeta’ li hija b’kirja mingħand il-Gvern u 94  il-propjeta’ mingħand il-privat. Dawn jinkludu Ambaxxati u residenzi ta’ Ambaxxaturi barra l-pajjiż.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 697 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari numru 975

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Konformità mal-L.S. 646.11

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, separatament għall-Ministeru u għal kull dipartiment, awtorità, aġenzija, korporazzjoni, kumpanija u entità oħra li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-informazzjoni li ġejja dwar il-konformità mal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 646.11, ir-Regolamenti dwar Dispożizzjonijiet Ġenerali għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol: (a) skont ir-regolament 9(1): min huma l-persuni nominati biex jassistu fit-tħaris tas-saħħa u s-sigurtà u fil-prevenzjoni u l-kontroll tar-riskji fuq il-post tax-xogħol, x’kariga għandhom, x’inhuma l-kwalifiki u t-taħriġ rilevanti tagħhom, u liema postijiet tax-xogħol ikopru; (b) skont ir-regolament 9(3): fejn ma hemmx persunal kompetenti intern biex jiġu organizzati l-miżuri meħtieġa, liema persuni jew servizzi esterni kompetenti ġew ingaġġati, u x’inhu l-ambitu tas-servizz tagħhom; (ċ) skont ir-regolament 9(6): kif ġie ddeterminat li n-numru u l-kompetenza tal-persuni nominati jew tas-servizzi esterni huma adegwati għad-daqs tal-entità, għan-numru ta’ persuni preżenti u għall-perikli eżistenti, u x’ħin u riżorsi huma allokati lill-persuni nominati internament; (d) skont ir-regolament 10: meta saret l-aħħar evalwazzjoni tar-riskji għal kull post tax-xogħol u meta ġiet riveduta l-aħħar; min wettaqha;  liema miżuri korrettivi għadhom pendenti u x’inhuma l-iskadenzi għall-implimentazzjoni tagħhom; u (e) skont ir-regolament 11: liema proċeduri huma fis-seħħ f’każ ta’ periklu serju u imminenti, inkluża l-evakwazzjoni, u kemm hemm persuni kompetenti nominati biex jimplimentawhom f’kull post tax-xogħol? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’din l-informazzjoni u, fejn xi wieħed minn dawn ir-rekwiżiti għadu mhux issodisfat, jindika r-raġuni u d-data sa meta ser tiġi żgurata l-konformità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli  Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru W212.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li  l- Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej , flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l- entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom. Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services , li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Kontinġent għall-laqgħat f’New York

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2971 u 3305 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar

Kontinġent Malti f’New York – Settembru 2026

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2969 u 3303 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar