Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex jirrikonoxxi formalment il-kunċett ta' post-separation abuse u violence by proxy fil-politika u l-proċeduri tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti aktar dettalji dwar dak li qed jirreferi.
Terapija tat-tfal – Nuqqas ta’ kunsens mill-ġenituri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ terapija għal tfal f’sitwazzjoni ta’ vjolenza domestika li ma tkomplewx minħabba nuqqas ta' kunsens minn wieħed mill-ġenituri f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra tibdil fil-liġi biex, meta jkun hemm riskji ta’ safeguarding identifikati mill-professjonisti, it-terapija tat-tfal tkun tista' tibda anke jekk ma jkunx ingħata l-kunsens miż-żewġ ġenituri?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Terapiji relatati ma’ trawma minn vjolenza domestika
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tifel u tifla qed jistennew terapija relatata ma’ trawma minn vjolenza domestika? Jista’ jgħid ukoll x'passi qed jieħu l-Gvern biex jiżgura li dawn it-tfal jingħataw intervent kmieni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tfal esposti għal vjolenza domestika – Terapija speċjalizzata
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-medja tal-‘waiting time’ biex tifel jew tifla li jkunu esposti għal vjolenza domestika jingħataw terapija speċjalizzata?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra mudell fejn l-Istat iħallas il-manteniment lit-tfal minnufih u mbagħad jirkupra s-somma mingħand il-ġenitur responsabbli, kif isir f'pajjiżi bħall-Iżvezja u d-Danimarka? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx xi studju dwar il-benefiċċji u l-ispejjeż ta' sistema bħal din f'Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kura, manteniment u kustodja tat-tfal hija r-responsabbiltà tal-ġenituri u l-kustodja tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm każijiet ta' manteniment tat-tfal jinsabu pendenti quddiem il-Qorti bħalissa? Jista’ jgħid ukoll x'kienu l-itwal u l-iqsar perjodu ta’ stennija matul l-aħħar ħames snin, sakemm ingħatat deċiżjoni f’każijiet ta’ dan it-tip?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lil Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema kawżi ta’ manteniment qed jirreferi. Jekk hux dawk quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali jew quddiem il-Qorti tal-Familja.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta' inqas minn €2,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm huwa l-ammont ta’ inkjesti pendenti quddiem l-erba’ Maġistrati li jieħdu ħsieb dawn l-inkjesti, minn meta l-inkjesti ġew miftuħa, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt.
Rimarka: Mill-1 ta’ April 2024, ġew assenjati erba’ Maġistrati esklussivament fuq it-tmexxija tal-Inkjesti Maġisterjali. Kif rifless fl-istatistika li tkopri l-perjodu mill-2024 sal-lum, turi li ngħalaq numru sostanzjali ta’ inkjesti. Sussegwentement, l-informazzjoni tas-sena 2026 tkopri sal-aħħar ta’ Ottubru 2026.
Sena
2022
2023
2024
2025
2026
Inkjesti ġodda
888
775
774
774
605
Inkjesti mgħaluqa
658
714
939
1392
688
Pendenti
1656
1598
1514
803
1188
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3092 u jagħti l-ammont eżatt ta' kawżi għas-sentenza pendenti li għandu kull Imħallef u Maġistrat u għal kull ġudikant jikklassifikahom f’kemm minnhom ilhom pendenti inqas minn sena, bejn sena u sentejn, bejn sentejn u tlieta, bejn tliet snin u erbgħa, bejn erba’ snin u ħamsa, u aktar minn ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella b’informazzjoni miġbura sat-12 t’Ottubru 2026.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jiġi evalwat is-servizz tal-Għajnuna Legali u t-tip ta’ servizz li jingħata lil persuni vulnerabbli?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tal-għajnuna legali jinsab f’proċess kontinwu ta’ tiġdid, riforma u aġġornament, bil-għan li jkompli jsaħħaħ il-kwalità tas-servizzi offruti lil dawk li huma eliġibbli, b’mod partikolari persuni vulnerabbli.Dan l-impenn għall-aġġornament kontinwu diġà ġie rifless f’numru ta’ miżuri konkreti, fosthom:
· Il-ħolqien ta’ lista speċjalizzata ta’ avukati tal-għajnuna legali għall-vittmi ta’ vjolenza domestika fl-2020, li fl-2023 ġiet estiża għall-vittmi kollha ta’ reati, inkluż dak ta’ traffikar uman, sabiex jingħata appoġġ legali professjonali u speċjalizzat lil kull min jinsab f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà.
· F’Lulju 2023 ġie ffirmat Memorandum of Understanding mal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità , sabiex tiġi stabbilita proċedura li permezz tagħha anzjani, li huma eliġibbli għas-servizz, li jgħixu f’djar residenzjali tal-Istat jistgħu jirċievu parir u assistenza legali permezz ta’ video conference mal-avukati residenti tal-Aġenzija bl-għajnuna tal-ħaddiema soċjali li jkunu jsegwuhom. Din l-inizjattiva tneħħi ostakli prattiċi u tħaffef l-aċċess għall-ġustizzja għal din il-kategorija vulnerabbli.
· Bħalissa għaddej il-preparamenti biex ir-remit tal-Children’s Advocate jiġi trasferit mill-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati għall-Aġenzija tal-Għajnuna Legali Malta fit-tieni kwart tas-sena 2027. Dan il-pass se jippermetti organizzazzjoni aktar effiċjenti u aġġornata tal-panels tal-Children’s Advocate, u li se jsaħħaħ b’mod sinifikanti s-servizzi legali offruti lit-tfal sabiex jiġu salvagwardati d-drittijiet tagħhom fi proċeduri li l-ġenituri tagħħhom jkunu għaddejja fil-Qorti.
Dawn l-iżviluppi juru biċ-ċar li l-Aġenzija mhux biss qed tevalwa kontinwament is-servizzi tagħha, iżda qed tkompli tespandi, tirriforma u ttejjeb l-appoġġ li toffri lil persuni
vulnerabbli, sabiex tiżgura li l-aċċess għall-ġustizzja jibqa’ wieħed effettiv, uman u adattat għall-ħtiġijiet tal-lum.”
Jista’ l-Ministru jgħid kemm instemgħu ġurijiet fil-Qrati Maltin fl-2024, fl-2025 u fl-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Defibrillators
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi hemm
21
defibrillator fil-binjiet tal-entitajiet li jaqgħu taħt il Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – First Aiders iċċertifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat illi sa l-aħħar ta’ Settembru 2026 kien hemm
(133)
first aiders ċċertifikati fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – First Aiders iċċertifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm first aider wieħed ċċertifikat fil-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l Innovazzjoni u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.