Legislature:
Category:
Reset
Active:

CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry For Gozo

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34001 u 35222 dwar is-sejħa 'CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry For Gozo', fejn ġie mwieġeb li “s’issa saru seba’ toroq minn dan il-framework agreement. Dawn ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu f’bini mill-ġdid ta’ toroq u asphalt.”, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawn is-seba’ toroq (isem tat-triq u raħal) u kemm ġiet tiswa kull triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Żebbuġ, Għawdex - Triq Għajn Mhelhel - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jittieħdu l-passi biex isir ix-xogħol u tiġi rranġata l-parti ta’ Triq Għajn Mhelhel fiż-Żebbuġ, Għawdex (it-triq li twassal miż-Żebbuġ għax-Xwejni), peress li din qed iċċedi u bħalissa hija mdawwra bil-barriers?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Gozo Channel - Manutenzjoni tal-vapuri - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq il-manutenzjoni tal-vapuri tal-Gozo Channel mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni vapur b’vapur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Kumpaniji tal-Karnival - Post għall-ħidma - Kajselli, Xewkija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34661 u jgħid x’inhi r-raġuni li sal-lum għad m'hemmx post fejn il-kumpaniji tal-Karnival jistgħu jaħdmu, minkejja diversi wegħdiet li saru fl-aħħar snin u l-maġġoranza assoluta tal-kumpaniji xorta mhux jitħallew jużaw il-post tal-Gvern magħruf bħala l-Kajselli fix-Xewkija, minkejja li jidher li dan il-post għandu l-faċilitajiet neċessarji sabiex dawn il-kumpaniji jkunu jistgħu jippreparaw ix-xogħol tagħhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.

L-Għasri - Għolja ta’ Għammar - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34981 fl-intier tagħha u jgħid kemm hemm ħaddiema impjegati tas-servizz pubbliku jaħdmu l-Fanal tal-Ġordan fl-Għasri fil-preżent, x’inhu l-grad tagħhom u x’tip ta’ xogħol qed jagħmlu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.

CT7002/2024 - Establishment of a Dynamic Purchasing System for Construction and Maintenance of Roads across Gozo and Comino in a Resource Efficient Manner, Ministry for Gozo and Planning

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34979 u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 32913 u 33715, rigward is-sejħa ‘CT7002/2024 - Establishment of a Dynamic Purchasing System for Construction and Maintenance of Roads across Gozo and Comino in a Resource Efficient Manner, Ministry for Gozo and Planning’, li nħarġet mill-Ministeru tiegħu fix-xhur li għaddew, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm u min huma l-kuntratturi li wrew interess f’din is-sejħa sa issa? Jista’ jgħid ukoll: i.    liema huma x-xogħlijiet li huma ppjanati li jsiru fl-immedjat minn din is-sejħa; ii.   f’liema raħal ser isiru u jindika l-isem tat-triq; u iii.  fiex ser ikunu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.

CT3068/2019 - Tender for the Reconstruction and Upgrade of Link between Rabat and Marsalforn, Gozo, Including the Construction of Rubble Walls

Question

B’referenza għas-sejħa: CT3068/2019 - Tender for the Reconstruction and Upgrade of Link between Rabat and Marsalforn, Gozo, Including the Construction of Rubble Walls, jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet fadal isiru minn din is-sejħa u meta hu maħsub (xahar u sena) li jitlestew ix-xogħlijiet kollha li kien hemm fil-Bill of Quantities ta’ din is-sejħa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa tlestew madwar 60% tax-xogħlijiet marbutin mas- sejħa CT3068/2019 - Tender for the Reconstruction and Upgrade of Link between Rabat and Marsalforn, Gozo, Including the Construction of Rubble Walls. Dan ix-xogħol huwa mistenni li jitlesta sal-aħħar tas-sena. Il- Bypass Gorg Pisani u Triq Patri Giacintu Camenzuli li jagħmlu ukoll parti minn dan il-proġett inbnew mill-qiegħ u huma miftuħin għat-traffiku. Ix-xogħol qed jinħadem b’tali mod li jħalli dejjem aċċess miftuħ mir-Rabat għal Marsalforn. B’hekk ix-xogħol qed isir fuq karreġġjata waħda. Appena li jkun lest ix-xogħol fuq dik il- karreġġjata, it-traffiku jkun jista jiġi ddevjat fuq dik in-naħa. B’hekk ikun jista jibda x-xogħol fuq il-karreġjata l-oħra, kif diġa sar f’partijiet mit-triq. Fil-jiem li ġejjin se jkun qed jingħata l-ewwel saff ta’ tarmac fil-junction ta’ quddiem il-knisja tal-Kapuċċini. Hekk, din il-junction, tkun tista ukoll tinfetaħ kompletament għat-traffiku.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 33078.

SPD3/2025/068 - FRAMEWORK CONTRACT FOR THE PROVISION OF COMMERCIAL BOAT WITH SKIPPER FOR WASTE TRANSFER FROM COMINO TO GOZO AND THE LEASING OF A LOW-EMISSION WASTE COLLECTION PICKUP TRUCK WITH DRIVER

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34398, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar is-sejħa ‘SPD3/2025/068 - FRAMEWORK CONTRACT FOR THE PROVISION OF COMMERCIAL BOAT WITH SKIPPER FOR WASTE TRANSFER FROM COMINO TO GOZO AND THE LEASING OF A LOW-EMISSION WASTE COLLECTION PICKUP TRUCK WITH DRIVER’? Jista’ jgħid ukoll meta ħarġet l-aħħar din is-sejħa pubblika biex jiġi pprovdut dan is-servizz u min kien qed jipprovdi dan is-servizz f’dawn l-aħħar ġimgħat u xhur u fil-preżent?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.

In-Nadur u l-Qala – New Water – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx pjanijiet sabiex jiġi kkunsidrat u implimentat is-servizz tan-New Water fi Triq it-Tiġrija u Triq San Blas fin-Nadur, kif ukoll fit-triq li tgħaqqad in-Nadur mal-Qala, fl-isfond tax-xogħlijiet ippjanati f’dawn l-inħawi? Jekk iva, jista’ jindika wkoll jekk hemmx pjan ta’ ħidma b’timeframes stabbiliti u meta huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Kemmuna - Pjattaforma ankrata - Awtorizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, l-Awtorità tal-Ippjanar, jew xi entitajiet li jaqgħu taħtu, tawx jew approvawx xi development permission, No Objection Certificate (NOC), screening, clearance, compliance report jew kwalunkwe awtorizzazzjoni oħra relatata mal-pjattaforma/floating island ankrata viċin Kemmuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament; u jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji u l-kopji kollha, inkluż jekk sarx xi screening dwar jekk l-operat tal-floating island jeħtieġx permess mill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha l-Awtorità tal-Ippjanar, l-operat tal-floating island ma jeħtieġx permess ta’ żvilupp maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2026?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 33078.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2026?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 33078.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Diċembru 2025?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 33078.

Għawdex - Triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34007 dwar it-tender għal xogħlijiet relatati ma’ parti mit-triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq li ftit wara li kienet tranġat bdiet tisfronda, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm ilu jistenna l-Ministeru sabiex il-kuntrattur jibda bix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħlijiet humiex ser jibdew u humiex ser jitlestew kollha qabel jibda s-sajf 2026?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħijiet mistennija jitlestew din is-sena.

CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry For Gozo

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34001, fejn ġie mwieġeb li “s’issa saru sebgħa toroq min dan il-framework agreement. Dawn ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu f’bini mill-ġdid ta’ toroq u asphalt”, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawn is-seba’ toroq (isem tat-triq u raħal) li saru permezz tas-sejħa CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry For Gozo u kemm ġiet tiswa kull triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn it-toroq saru fiż-Żebbuġ, Xagħra u Qala.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Impjegati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34236 dwar it-12-il impjegat fil-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar li baqgħu jaħdmu wara l-età tal-irtirar, fejn ġie mwieġeb li "tali permess jingħata skont l-esiġenzi tas-servizz.", jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid liema grad għandha kull waħda minn dawn il-persuni li ngħatat tali permess li jibqgħu jaħdmu wara li għalqu l-età tal-irtirar ta’ 65 sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tali permess jingħata skont l-esigenzi tas-servizz.

Critical Infrastructure Protection Department – Riżorsi umani

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33723 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid x’riżorsi umani għandu attwalment il-Critical Infrastructure Protection Department u x’inhu r-rwol ta’ kull wieħed mill-uffiċjali fi ħdanu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34150, 34301, 34677 u 35001 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dana biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu: -    promozzjoni ta’ attivitajtiet kulturali li jsiru f’Għawdex; -    promozzjoni ta’ Għawdex bħala destinazzjoni; -    kampanja ta’ promozzjoni edukattiva -    reklamar ta’ skemi u progetti għal-użu u l-għarfien tal-pubbliku. Bla dubju fejn tidħol il-promozzjoni u ta’ attivitajiet u ta’ promozzjoni ta’ Għawdex bħala destinazzjoni dawn ħalla impatt ekonomiku posittiv. Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġa weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenti 33659 u jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dekasteru tal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar hemm 22 parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabilita’.