Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Infiq fuq materjal ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenti jew ditti li jagħtu servizz ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jelenka l-ismijiet tal-konsulenti jew ditti li jagħtu konsulenza fil-Ministeru tiegħu? Jista’ jagħti d-data ta’ ingaġġ ta’ tali konsulenza u l-ħlas rispettiv mill-bidu sal-lum?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24294 u jgħid kemm hu s-salarju taċ-Chairman Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services Ltd u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol ta’ Chairperson Eżekuttiv iġorr salarju ta’ €80,000. Inżid infakkru li din hi l-ewwel darba li ż-żewġ rwoli, dak ta’ Kap Eżekuttiv u ta’ Chairperson tal-Public Broadcasting Services Ltd, ġew amalgamati flimkien.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, bħalma jiġri b’mod regolari matul is-sena, numru ta’ mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom, nklu¿ mingħand l-entitajiet.
Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku ¿gur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan.
L-approvazzjoni tar-reklamar tal-informazzjoni u servizzi ssir skont il-proċedura stabbilita. Għal dan il-għan intu¿aw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispi¿a ta’ € 700 (VAT esklu¿a).
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu s-salarju taċ-Chairman Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services Ltd u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — organogramma
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-ka¿ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (ABELA, CARMELO)
Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 8, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 11.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus ġewwa l-Libja u t-Turkija fl-2021 mill-PBS u f’kull każ min kienu l-persuni li rrapreżentaw lill-PBS f’dawn iż-żjarat fil-Libja u t-Turkija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmijja zjarat kienu relatati ma’ produzzjonijiet ta’ programmi televiżivi u l-informazzjoni dwar in-nefqa hija waħda kummerċjalment sensittiva.
Ministeru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Jistà l-Ministru jippreżenta statistika dwar coverage li ngħata fil-bullettini tat-TVM mill-bidu sal-aħħar tas-sena 2021 lill-partiti extra-parlamentari, speċifikament, ADPD, Partit Popolari, Partit ABBA, Moviment Patriotti, Imperium Ewropa, f'elenku ta' ġranet u ħinijiet fejn dawn kienu featured fil-bullettini tal-aħbarijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jistà l-Ministru jippreżenta statistika dwar coverage li ngħata fil-bullettini tat-TVM mill-bidu sal-aħħar tas-sena 2021 lill-Partit Nazzjonalista f'elenku ta' ġranet u ħinijiet fejn dawn kienu featured fil-bullettini tal-aħbarijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Tiġdid ta' telework/remote working
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?
Jista' l-Ministru jgħid għala l-programm "Ta' Filgħodu" qed jixxandar mill-American University of the Mediterranean (AUM) u xi ħlasijiet qed isiru mill-PBS lill-AUM sabiex jixxandar dan il-programm mis-sit tal-AUM ? Xi spejjeż addizjonali qed tbati l-PBS sabiex dan il-programm jixxandar mill-AUM milli kieku altrimenti jixxandar minn Guardamangia?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm “Ta’ Filghodu” huwa out-sourced, u għaldaqstant il-PBS ma’ tidħolx fl-arranġamenti ta’ loġistika tal-programm, iżda l-arrangementi jsiru direttament mill-producer konċernat.
Wara li l-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir wera li TVMNews+ għandu udjenza ferm baxxa, iħossx il-MInistru li l-PBS teħtieġ tbiddel l-istrateġija tagħha fir-rigward ta' dan l-istazzjon? Kemm qed jiġi jiswa dan l-istazzjon xahar b’xahar u n-nuqqas ta' suċċess tiegħu hux qed jikkontribwixxi biex jikkomprometti aktar il-qagħda finanzjarja tal-PBS?
Response (ABELA, CARMELO)
Il-PBS nediet dan l-istazzjon bil-għan li tingħata aktar importanza lill-aħbarijiet, kontenut ta’ natura informattiva u ta’ ġrajjiet kurrenti. L-istazzjon għadu fl-ewwel xhur tiegħu u l-Kumpanija għadha għaddejja bl-implimentazzjonijiet b’mod gradwali. L-informazzjoni l-oħra mitluba, hija ta’ natura kummerċjali.