Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15074 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru totali ta' ħaddiema ingaġġati mal-Gvern sena b’sena għas-snin 2013-2019? Jista' speċifikament jgħid kemm minn dawn kienu jaħdmu fi sptarijiet u kliniċi u kemm kienu għalliema jew f'oqsma b’kuntatt dirett ma' studenti u ġenituri?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14827, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji kollha tal-iskema li qed jagħmel referenza għaliha? Jista’ jelenka t-tibdil kollu li sar f’din l-iskema tul is-snin?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dak li qed jitlob hu dokument tal-Kabinett. Għaldaqstant, bħala tali, ma jistax ikun ippubblikat, kif joħroġ ukoll mil-Liġi għal-Libertà tal-Informazzjoni tal-2012,Kapitlu 496, Artiklu 29.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra maħruġa u indirizzata lill-ex Prim Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn ġew stipulati d-dettalji kollha tal-benefiċċji terminali tal-ex Prim Ministru?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill Onor Interpellant, li ma ngħatat l-ebda ittra lill-ex Prim Ministru li d-dettalji dwaru ingħataw separatament.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix kopja tal-ittra tar-riżenja mill-kariga tal-Prim Ministru mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-pussess tal-gvern?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill Onor Interpellant li l-ittra li qed jirreferi għaliha, kienet indirizzata lill-President ta’Malta.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari u li wara l-25 ta’ Jannar 2020 u sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, telqu/irriżenjaw minn dan l-impjieg? Jekk iva, kemm?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-25 ta’ Jannar kien hemm seba’ persuni li ma baqgħux parti mis-Segretarjat tiegħi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13810 u jgħid kemm iddaħħlu persuni jaħdmu mal-Gvern mill-2017 ‘l hawn, mhux f’position of trust? Jista’ jgħid kemm minnhom huma fuq kuntratt u kemm huma permanenti?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fil-perjodu msemmi,daħlu jaħdmu 3613 b’mod indefinit u 1488 fuq kuntratt defenit b’objective reason.
Il-lista ta’ hawn taħt turi fejn jaħdmu dawn l-impjegati:
Post
Definit
Indefinit
Office of the Presidency
0
3
Office of the Prime Minister
8
103
Ministry for Health
447
1040
Ministry for Foreign & European Affairs
64
80
Ministry for Finance & Financial Services
2
149
Ministry for Energy & Water Management
0
11
Ministry for Education & Employment
897
840
Ministry for the National Heritage, the Arts & Local Government
0
32
Ministry within the Office of the Prime Minister
0
15
Ministry for Transport, Infrastructure & Capital Projects
5
44
Ministry for the Family, Children's Rights & Social Solidarity
3
255
Ministry for Justice, Equality & Governance
5
43
Ministry for Agriculture, Fisheries & Animal Rights
24
135
Ministry for Social Accommodation
0
0
Ministry for the Economy, Investment & Small Businesses
0
1
Ministry for Tourism & Consumer Protection
1
165
Ministry for the Environment, Climate Change & Planning
15
85
Ministry for Gozo
3
108
Ministry for Home Affairs, National Security & Law Enforcement
14
504
Total
1488
3613
Barranin li jaħdmu fis-settur pubbliku u ma’ entitajiet Governattivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13811 u jgħid kemm hemm barranin jaħdmu fis-settur pubbliku u ma' entitajiet Governattivi? Jista’ jgħid kemm barranin ġejjin mill-Unjoni Ewropea u kemm minn pajjiżi terzi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li hemm 253 ħaddiema mill-iStati Membri tal-Unjoni Ewropea u 481 minn pajjizi terzi. Dawn jinsabu fis-servizz pubbliku u fl-entitiajiet fid-dekasteru tal-Prim Ministru.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14248 u jgħid x'nefqa saret għall-komunikazzjoni lill-media u reklamar, press conferences, u fuq facebook mill-2017 ’l hawn?
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-termination package li ngħata l-ex Prim Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li benefiċċji terminali għal eks-Prim Ministri huma bbażati fuq skema, li kienet ġiet introdotta fl-2004 u emendata fl-2018 u fl-2019. Hemm skema li tapplika wkoll għall-membri kollha tal-Kabinett.
Skont skema, li ġiet introdotta fl-1995 u emendata fl-2013, eks-Prim Ministri huma intitolati għal assistent personali u xufier.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema tas-settur publiku li għamlu użu mill-Employee Support Programme xahar b’xahar minn Jannar 2019 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel? Minn liema gradi tax-xogħol huma dawn il-ħaddiema?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li kien hemm 457 ħaddiem li għamlu użu mill-Employee Support Programme minn Jannar 2019 sal-lum. 62% tal-ħaddiema kienu nisa.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni r-rapporti fuq Family Friendly Measures (FFM) ma baqgħux jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-People and Standards? Għalfejn l-aħħar rapport huwa tal-2014? Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tal-2015, 2016, 2017, 2018 u 2019?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14314 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi l-lista ta’ karigi/posizzjonijiet ingaġġati fuq bazi ta’ person of trust jew position of trust fis-segretarjat tal-Ministeru u Segretarju Parlamentari hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġa’ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. L-istess fil-każ ta’ ingaġġ ta’ konsulenza.
Rigward l-Uffiċċju tal-Prim Ministru , l-kumplament li mhux imniżżla fil-manwali huma dawn:
2 Receptionists
2 Personal Assistant
2 Senior Cabinet Officers
2 Cabinet Co-Ordinators
5 Special Envoys/Delegate
14 Customer Care
6 Messaġġier/Driver
1 Customer Care Co-ordinator
1 PQ Officer
2 Communications Co-ordinators
1 Estates Co-ordinator
It-total annwali ta’ pagi jammonta għal € 851,750.
Jista' l-Prim Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tal-persuni kollha li ssottomettew applikazzjoni għall-kariga ta' Kummissarju tal-Pulizija wara s-sejħa pubblika għal applikazzjonijiet li ħarġet il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill Onor Interpellant li din l-informazzjoni tinsab għand l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Il-Gvern jiġi nformat b’żewġ ismijiet biss mingħand l-msemmija Kummissjoni wara li din tkun għamlet l-proċess tagħha.
Regolatur dwar il-Programm tal-Investitur Individwali – investigazzjonijiet ta’ ilmenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ser jippreskrivi l-mod li bih jistgħu jsiru lmenti sabiex jiġu investigati mir-Regolatur dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta u dan skont dak li jipprovdi l-Artikolu 25A tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14590 u 13761 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12850, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta’ kull direct order u lil min ingħatat?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — servizzi pubbliċi offruti b’mezzi elettroniċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-servizzi pubbliċi li l-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet fid-dekasteru tiegħu joffru b’mezzi elettroniċi u jindika liema minnhom l-utent jista’ jinqeda kompletament b’mezzi elettroniċi (ie ma jkollux għalfejn jimla formoli manwalment jew imur fiżikament f’xi uffiċċju ta’ min qed jipprovdi s-servizz)?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-amministrazzjoni pubblika permezz ta'servizz.gov u maltapps toffri 'l fuq minn 1200 servizz governattiv online f'hub elettroniku wieħed aċċessibli 24x7 minn kulħadd u minn kullimkien mnn www.servizz.gov.mt