B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18141, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawn it-testijiet? Liema awtorità regolatorja jew medika tirrakkmanda dawn it-testijiet u tikkonferma li dawn it-testijiet jassiguraw li jipproteġu lill-pazjent bid-dimensja mill-effetti negattivi li tali anti-psikotiċi jħallu fuq il-pazjenti bid-dimensja? Kemm hemm pazjenti istituzzjonalizzati bid-dimensja li jieħdu anti-psikotiċi, u kemm minn dawn isirulhom dawn it-testijiet b'mod regolari?
Response (CASSAR, JOSEPH)
It-testijiet li jistgħu isiru huma tax-xaħmijiet fid-demm (blood lipids), taz-zokkor (random and fasting blood glucose) u tal-hormone prolactin, fost oħrajn skont il-bżonn u l-każ individwali.
Xorta jibqa’ risku zgħir ta’ puplesija (
stroke
) mill-użu tal-
atypical
antipsychotics
fid-dimenzja iżda huwa magħruf li r-risku mhux biss bl-
atypicals
iżda anke bit-
typicals
. Madanakollu f’pazjent bid-dimenzja u psikożi flimkien xorta jibqa’ l-bżonn ghal deċizjoni klinika ta’ kemm huwa essenzjali jew indispensabbli għall-ġid tal-pazjent li jirċievi l-kura minkejja ċerti riskji żgħar. Din id-deċiżjoni ssir bejn it-tabib u l-pazjent jew/u qrabatu, minħabba d-dimenzja.
Fl-Isptar Monte Karmeli hemm 23 pazjenti (7 rġiel u 16 nisa’) li jsofru bid-dimenzja. Minn dawn hemm 17 fuq
typical
antipsychotics
u 6 fuq
atypical
antipsychotics
. Ma tinżammx informazzjoni ċentralizzata fuq kemm isiru testijiet. Din hija deċizjoni klinika tat-tabib responsabbli mill-kura tal-pazjent.
Jista’ l-Ministru jgħid ħarġitx sejħa għall-impieg full-time jew part-time ta’ infermiera mal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, meta ħarġet, għalqitx u jekk iva kemm applikaw u mil-liema pajjiż huma? Kemm b’kollox hu maħsub li jiġu impjegati infermiera barranin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwak jekk l-ispetturi tas-saħħa għamlux spezzjonjiet għand il-ħwienet tal-laħam biex jaraw jekk kienx hemm laħam tat-tiġieiġ/majjal li kien qed jinbiegħ bħala frisk/iffriżat? X'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet li saru matul l-ewwel disa' xhur tal-2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, l-Uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali għamlu diversi spezzjonijiet ġo ħwienet tal-laħam. Minn dawn l-ispezzjonijiet, li kienu jammontaw għal 287, ittieħdet azzjoni kontra żewġ bejjiegħa tal-laħam. F’każ wieħed bejjiegħ tal-laħam li nstab qiegħed ibiegħ tiġieġ impurtati ffriżati bħala friski lokali, waqt li fil-każ l-ieħor instabu tiġieġ li kienu qed jinħallu mis-silġ sabiex jinbiegħu bħala friski.
Jista' l-Ministru jara l-possibiltà li fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi fin-naħa ta' Triq il-Vitorja jitwaħħal stairlift minħabba l-problema ta' aċċess għall-anzjani peress li r-rampa li hemm fuq in-naħa ta' wara hija wieqfa ħafna u mhix addattata għall-wheelchair filwaqt li l-lift mhux aċċessibbli lanqas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal-Qormi hu preżentament aċċessibli għal persuni b’diżabiità permezz ta’ lift mill-parkeġġ tal-karozzi fil-basement u li jiftaħ ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa.
Beda proċess mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi bil-għan li titjieb l-aċċessibilità għal persuni b’diżabilità li ma jistgħux jaċċessaw iċ-Ċentru tas-Saħħa min-naħa tal-parkeġġ.
Jista' l-Ministru jara x'qed iżomm milli jinbnew il-faċilitajiet neċessarji fiċ-ċimiterju ta' San Margerita r-Rabat, Malta li huma denja u xierqa għall- ħaddiema?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat illi preżentament qiegħdin isiru xogħlijiet fuq il-kaptelli tal-oqbra tal-komun. L-infrastruttura tal-post ma tantx tagħti lok għal xi żvilupp, għalhekk qed jiġu kkunsidrati x’faċilitajiet jistgħu jiġu pprovduti lill-ħaddiema u anke lill-pubbliku li jżur dan iċ-ċimiterju.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18397 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hawnx xi post fejn irġiel/ġuvintur jkunu jistgħu jinġabru f'xi home jekk iħossu li ma jistgħux jibqgħu jgħixu waħedhom u għandhom bżonn l-għajnuna? Jekk iva, x'inhuma l-kriterji? Veru li xi ħadd li għandu inqas minn 60 sena ma jista' jidħol fl-ebda home tal-gvern anke jekk dan ikun jixtieq li jagħmel dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kriterji biex wieħed jista’ japplika biex jidħol ġo Dar għall-Anzjani tal-Gvern huma:
§ applikant irid ikollu `l fuq minn 60 sena;
§ applikant taħt is-60 sena iżda jkun ċertifikat li jbati minn xi tip ta’ diżabilità.
Għaldaqstant irġiel/ġuvintur li ma jikkwalifikawx taħt waħda minn dawn il-kriterji ma jkunux jistgħu japplikaw.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19078 u jinforma lil din il-Kamra xi strutturi jeżistu sabiex jiġi assigurat illi servizzi offruti fid-djar tal-anzjani jkunu ta' livell mixtieq, inkluż ukoll f'dak li hu kwalità tal-ikel offrut? Meta l-aħħar li saru spezzjonijiet għal dan il-għan fid-dar tal-anzjani ta' Bormla? X'kien l-eżitu ta' tali spezzjonijiet partikolarment fid-dawl tal-fatt tad-diversi lmenti mressqa fir-rigward tal-ikel offrut f'din id-dar tal-anzjani?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Kura tal-Anzjani u Kura fil-Komunità jagħmel spezzjonijiet regolari biex jara is-servizz li qiegħed jingħata fid-djar tal-anzjani inkluż l-ikel li jiġi servut lir-residenti. Waqt dawn l-ispezzjonijiet ikun hemm preżenti health inspector u nutritionist. Id-dipartiment jagħmel ukoll laqgħat regolari ma’ CareMalta dwar l-ikel li jiġi ppreparat għad-diversi Djar tal-Anzjani tal-Gvern (Żejtun, Bormla u Mellieħa).
Sadanittant is-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunità issa għandu impjegat miegħu
manager nursing services
, li fost impjiegi oħra ntalab biex regolarment idur il-
homes
tal-anzjani u jagħmel
spot checks
. Dawn qed isiru b’mod regolari u jekk jinstab xi nuqqaas jittieħdu l-passi neċessarji.
Id-Dipartiment għall-iStandards dwar is-Servizzi tas-Saħħa ukoll jagħmel spezzjonijiet fid-Djar tal-Anzjani kollha li jinkludu dawk tal-Knisja, tal-privat u tal-gvern, biex jiżgura li s-servizzi mogħtija minnhom huma ta’ kwalità tajba u li qed jingħataw b’mod professjonali. L-għan ta’ dawn l-ispezzjonijiet huwa li jiġi żgurat li d-djar tal-anzjani jkunu konformi mal-kundizzjonijiet maħruġa mal-liċenzja, mal-liġijiet u regolamenti sanitarji, inklużu li jinkludu dawk fuq l-iġjene tal-ikel.
Wara kull spezzjoni jinħareġ rapport lid-dar bir-rakkmandazzjonijiet għat-titjib.
Matul l-aħħar sena saru sitt spezzjonijiet fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla: fil-21 ta’ Jannar, fit-18 ta’ Mejju, fid-9 ta’ Lulju, fit-22 ta’ Lulju, fit-23 ta’ Lulju u fl-14 ta’ Settembru 2010.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20911, jista' l-Minisru jagħti risposta għal dawk li huma prodotti li jikkonċernaw ikel u mediċini?
Response (CASSAR, JOSEPH)
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21163, it-tieni parti tal-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibli li tinstab sistema jekk hemm bżonn mal-Kunsill Malti għall-Isport jew ma' xi għaqdiet sportivi oħra, li permezz tagħha meta jkun hemm sportivi tad-diversi dixxiplini li għandna f'Malta li jkollhom bżonn ta' MRIs dawn l-istess sportivi ma jdumux xhur jistennew biex ikunu jistgħu jagħmlu MRIs li jkollhom bżonn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-investigazzjonijiet tal-MRI isiru skont l-urġenza indikata mill-kundizzjoni medika tal-pazjent u mhux skont jekk il-pazjent hux sportiv jew le.
Jista' l-Ministru jara jekk jistax l-anzjan, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li qed jispiċċa jagħmel nofsinar l-ispiżerija tal-gvern, Raħal Ġdid biex jiġbor il-pilloli? Jista' bħal ma hemm fil-Berġa tal-Gvern l-anzjan ikollu l-kartuna u n-nurse tlesti ir-riċetta flimkien mal-pilloli?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa joffru servizz ta’ tqassim ta’ mediċini u mhux biex jimtlew ir-riċetti. Fil-maġġoranza tal-ġranet il-ħin ta’ stennija fl-ispiżerija ta’ Raħal Ġdid mhuwiex aktar minn siegħa.
Riċentement, id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja ħa l-inizzjattiva li jiġi provdut servizz anke wara nofs in-nhar biex jitnaqqsu l-
queues
ta’ filgħodu u l-pazjenti jkunu jistgħu jinqdew aħjar. Il-ħinijiet huma kif jidher hawn taħt:
Nhar ta’ Tnejn 2.30 p.m sa 5.15 p.m
Nhar ta’ Tlieta 2.30 p.m sa 5.15 p.m
Nhar ta’ Ħamis 2.30 p.m sa 5.15 p.m
Dipartiment tas-Sanità — ġrieden ħdejn il-bring-in sites
Question
Jista' l-Ministru jagħti ordni lid-Dipartiment tas-Sanità biex jieħu ħsieb li ħdejn kull bring-in site jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex ma jibqgħux jinġabru ġriden li qed jispiċċaw jiġru fil-parapetti tan-nies tal-viċin u jieklu l-uċuħ tar-raba li jkun hemm fil-madwar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-bring-in sites ma jaqgħux taħt id-dekasteru tiegħi imma huma r-responsabbilità tal-kunsilli lokali. Meta d-direttorat jiġi kkunsultat dwar xi applikazzjonijiet ta’ tali bring-in sites waħda mill-kundizzjonijiet li d-direttorat jagħmel hija li fiż-żona fejn jitqiegħdu l-bring-in sites jridu jittieħdu miżuri għal kontra l-infestazzjonijiet tal-ġrieden u dan kemm ħdejn il-bring-in sites kif ukoll fl-area tal-madwar.
Infurmat wkoll li meta d-direttorat għas-Saħħa Ambjentali jirċievi xi ilment rigward infestazzjonijiet ta’ ġrieden tittieħed azzjoni mmedjata mill-ħaddiema tal-Pest Control Unit u ż-żona indikata ssirilha trattament għal kontra l-ġrieden. Jekk l-Onor. Interpellant jindika liema
bring-in site
qed jirreferi għaliha, id-direttorat ikun jista’ jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jieħu l-iniżjattiva permezz tad-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jiġi rranġat is-sit f'Ta' Sliema fejn qabel kien hemm il-Galaxy, fejn illum qiegħed jinġabar l-ilma mix-xita u qed jinħoloq inkonvenjent għar-residenti tal-madwar minħabba nemus u insetti oħra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva x’ilmenti rigward akkumulu t’ilma fis-sit indikat. Dawn l-ilmenti ġew ikkonfermati wara spezzjonijiet li wettqu uffiċċjali fi ħdan l-istess Direttorat. Fil-fatt fl-14 t’Ottubru, 2010 intbagħat avviż bil-miktub lis-sidien ta’ dan is-sit sabiex jitneħħa dan l-inkonvenjent u peress li minn spezzjonijiet suċċessivi rriżulta li dan l-ilma baqa ma tneħħiex, ittieħdet azzjoni legali fil-konfront tal-istess sidien.
Jista' l-Ministru jgħid liema ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa għandhom id-dritt għall-benefiċċji tas-CPD? Kemm hemm ħaddiema li matul is-sena 2009 ibbenefikaw minn dawn il-benefiċċji u għal liema skop intużaw dawn il-flus? Hemm ħaddiema li jaħdmu mal-qasam tas-saħħa li mhux qed jibbenefikaw minn dawn il-benefiċċji u għaliex ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa li għandhom dritt għall-benefiċċji tas-CPD (Continuous Personal Development) huma dawk fil-gradi ta’ infermiera, qwiebel, paramediċi u health inspectors.
533 infermiera u qwiebel u 131 paramediċi u
health inspectors
ibbenefikaw mis-CPD fl-2009. Ta min wieħed jiċċara li fl-2009 l-infermiera u l-qwiebel tħallsu għal spejjeż li għamlu fl-2008 u l-bidu tal-2009 waqt li l-paramediċi u l-
health inspectors
tħallsu għal spejjeż li għamlu fl-2007. Dawn l-ispejjeż ivarjaw minn ħlasijiet għal korsijiet, kotba u rivisti relatati mal-grad tal-individwu sa ħlasijiet ta’
computers
.
L-uniċi ħaddiema f’dawn il-gradi li ma jibbenefikawx mis-CPD huma dawk li applikaw u ntgħażlu biex jagħmlu xogħol f’xi pożizzjoni partikolari li l-kuntratt relatat ma’ din il-pożizzjoni jispeċifika li l-individwu m’għandux dritt għas-CPD.
Jista' l-Ministru jghid jekk hux minnu li r-Red Cross se tagħlaq is-sezzjoni tagħha f’Għawdex? Jista' jgħid jekk il-gvern intervjenix f’din is-sitwazzjoni? Jista' jgħid jekk itteħdux passi biex jekk ir-Red Cross ma tibqax f’Għawdex, tinstab alternattiva għat-tliet ambulanzi li din l-organizzazzjoni għandha bħalissa f’Għawdex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pilloli Sotocol (80mg) humiex qed jingħataw lill-pazjenti li jeħtieġilhom jeħduha kuljum? Jikkonferma li dawn il-pilloli mhumiex fis-suq u għaldaqstant jridu jinxtraw jew jingħataw mill-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk kienx hemm tender għax-xiri u distribuzzjoni ta' dawn il-pilloli?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Procurement kellu kuntratt u ordni għal din il-mediċina iżda l-kuntrattur abbanduna dan il-kuntratt u ma onorax l-ordni pendenti li kellu. Għalhekk id-dipartiment ħareġ sejħa oħra għall-offerti, liema sejħa ġiet aġġudikata u ħarġet ordni ġdida a spejjeż tal-kuntrattur oriġinali. Huwa mistenni li din il-mediċina tkun disponibbli fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.
Bħalissa fadal ammont żgħir ta’ Sotocol (80mg) fl-ispiżeriji fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Birkirkara, Raħal Ġdid u Ħal-Luqa. Hemm ukoll stokk limitat ħafna ta’ din il-mediċina fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei li qiegħed jinżamm għall-pazjenti li jkunu rikoverati fl-isptar.
Ġeneralment pazjenti li ma jsibux din il-mediċina fuq is-suq lokali jirrikorru għall-Ispiżerija tal-Isptar Mater Dei biex jixtru din il-mediċina.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20331 u jgħid jekk għandux pjan għaż-żmien li ġej biex iċ-Child Development Advisory Unit jibda jaħdem kif suppost u ma jħallix tfal jistennew tant xhur biex jiġu assessjati? Jista' jgħid fiex jikkonsisti dan il-pjan u jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-mument iċ-Child Development Advisory Unit (CDAU) huwa servizz fid-Dipartiment tal-Pedjatrija li jevalwa t-tfal fuq livell multi-dixxiplinarju. Dan ifisser li kull tifel u tifla li jiġu riferuti jrid jarahom aktar minn professjonist wieħed f’oqsma differenti.
Parti mill-informazzjoni mitluba tinsab fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20326 fejn tajt id-dettalji.
Biex is-servizz tal-
Occupational Therapy
jitjieb qed issir talba għall-ingaġġ ta’ 12-il terapista u mill-inqas 2
Paramedic Aides
oħra. It-talba għall-ingaġġ tal-
Occupational Therapists
ser tkun miftuħa wkoll għall-istudenti li se jkunu qed jiggradwaw fl-
Occupational Therapy
f’Ġunju 2011.
Infurmat li fil-
Capacity Building Exercise
tal-Ministeru ġew approvati 12-il psikologu u dan se jkun qed jgħin biex is-CDAU tlaħħaq mad-domanda qawwija għas-servizzi psikoloġiċi.
Infurmat wkoll li l-Ftehim Kollettiv bejn il-Gvern u l-
Union of Professional Psychologists
(MUPP) ikopri biss
Clinical Psychologists
u
Educational Psychologists
, mingħajr ma jagħmel referenza għall-
Child and Development Psychologists
u
Counselling Psychologists
. Ghaldaqstant kif tigi negozjata u riżolta din il-kwistjoni, tkun tista’ toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — rapporti ta' inċidenti
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 20312 u 20004 u peress li minn statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jirriżulta li fl-2009 kienu rappurtati 3,366 inċident fuq il-post tax-xogħol u li sa Settembru 2010 kienu rrapurtati 2,534 inċident ieħor, jista’ l-Ministru jgħid:
1) kemm minn dawn l-incidenti kienu rappurtati lill-Awtorità dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol;
2) kemm minn dawn l-inċidenti seħħew fil-privat u kemm f’entitajiet, aġenziji eċċ. kontrollati minn dipartimenti governattivi; u
3) jista’ jagħti
breakdown
skont l-agenziji, entitajiet eċċ. governattivi li rrappurtaw tali inċidenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Istatistika miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tirreferi għal talbiet għal benefiċċju taħt l-Att dwar is-Sigurta Soċjali, u tinkludi wkoll korrimenti li jirriżultaw f’sick leave minn ġurnata ‘l fuq.
Min-naħa l-oħra, ir-Regolamenti tal-1986 dwar Saħħa u Sigurtà fil-Postijiet tax-Xogħol, jobbligaw lill min iħaddem li jinnotifika formalment lill-Awtorita’, f’ dawk il-każijiet biss ta’ mewt jew korriment serju fuq il-post tax-xogħol (kif definit fl-istess Regolamenti), u fil-każ ta’ kull inċident li jwassal biex ħaddiem jieħu iktar minn tlett ijiem sick leave.
Minn dawn it-tip ta’ nċidenti, l-Occupational Health and Safety Authority rċeviet 638 il-notifika mill-bidu ta’ din is-sena sal-lum. Din l-istatistika hija maqsuma skont setturi ndustrijali u, jew kummerċjali (kif muri hawn taħt) iżda mhix maqsuma skont jekk l-inċident seħħx fis-settur pubbliku jew privat.
Kostruzzjoni: 56
Manifattura: 113
Servizzi: 289
Oħrajn: 180
Total: 638 notifika.
Impjant ta' Sant'Antnin — monitoring rigward il-kwalità tal-arja
Question
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar tliet takings ( records) dwar il-monitoring rigward il-kwalità tal-arja tal-viċinanzi tal-Impjant ta' Sant'Antnin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw disposables fl-ewwel 6 xhur tas-sena 2010 fl-Isptar Mater Dei u kemm hija l-ħażna ta' disposables li hemm għal dan l-isptar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-nefqa fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2010 fuq disposable items li nxtraw mid-Dipartiment tal-Procurements għall-iSptar Mater Dei kient €973,845.85. L-ammont ta’ flus f’disposables items li hemm maħżuna bħalissa fl-Isptar Mater Dei huwa €234,958.50. Dan l-ammont jinbidel minn żmien għall-ieħor, u jirrifletti ħażna ta’ ħmistax il-jum f’materjal mediku għall-istess sptar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' trabi li twieldu fl-isptarijiet Maltin matul din is-sena, sa Settembru? Kemm minn dawn it-trabi twieldu lil ommijiet single? Kemm kien in-numru ta' tali ommijiet minn kull lokalità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.