Istitut għall-Istudji Turistiċi — relazzjonijiet u responsabbilitajiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-relazzjonijiet tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi ta' Malta ma' dak ta' Għawdex? X'inhuma r-responsabbiltajiet tal-Ministri tal-Edukazzjoni u għal Għawdex f'dawn iż-żewġ istituti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi ta’ Malta u ta’ Għawdex jikkoperaw flimkien peress li l-kontenut akkademiku inkluż eżamijiet u riżultati huma responsabbiltà tal-ITS Malta. Il-Ministeru għal Għawdex huwa responabbli mid-day to day running tal-ITS Qala, inkluż upkeep u impjegati.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi li huma impjegati tal-gvern mal-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu, mal-White Rocks u mal-Istitut għall-Istudji Turistiċi nnifsu? Fiex jikkonsistu dawn l-impjiegi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi hemm 37 membru ta’ l-istaff akkademiku li huma mpjegati mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u 4 għalliema impjegati tal-gvern.
L-istaff mhux akkademiku huwa maqsum hekk:-
48 impjegati tal-gvern
40 impjegat fil-grad ta’
officer in scale
(ex-White Rocks)
2 impjegati tal-IPSL mislufin mal-ITS
Istitut għall-Istudji Turistiċi — ħlas lil individwu
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se jitħallas l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi għas-sehem li ta fi proġett tal-Unjoni Ewropea wara li ilu żmien twil jiġi mwiegħed li se jitħallas lura l-flus li kellu joħroġ minn butu għall-parteċipazzjoni f'dan il-proġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19118.
dar li għandna titolu ta' kera favur il-ġenitur ta' wieħed mill-partijiet tal-kopja
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi protezzjoni teżisti fil-liġi llum għal dawk il-koppji miżżewġin li sa minn għadd ta' snin qabel l-2008 kienu jgħixu (fi stat ta' miżżewġin) f"dar li għandha titolu ta' kera pre-1995 favur il-ġenituri ta' wieħed mill-partijiet fejn il-ġenituri jew is-superstiti fosthom ikunu mietu wara d-dħul fis-seħħ tal-emendi riċenti li għadda dan il-Parlament fil-liġijiet tal-kera? Fi kliem ieħor il-mara ta' dak li kien jgħix (flimkien ma' martu) m'ommu u missieru li mietu din is-sena f'post mikri lil omm u missier ir-raġel qabel l-1995 xi drittijiet għandha una volta jmut żewġha? Jekk jgħid li ma jkollhiex drittijiet, jista' jiddikjara jekk il-gvern iħossx li għandhom isiru emendi biex jiġu protetti dawn in-nies, jiġifieri l-mara jew ir-raġel tal-ulied tal-kerrejja li sa minn qabel l-2008 kienu jgħixu mal-kerrejja u l-kerrejja jkunu mietu wara d-dħul fis-seħħ tal-Att X tal-2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-emendi imsemmija huma ċari fir-rigward tal-każ ipotetiku imsemmi fl-interpellanza tiegħu – referenza issir għall-proviso tal-Art. 1531 F (i). Tal-Kodiċi Ċivili. Madanakollu jiġi rilevat li persuni li tassew huma vulnerabbli jew fil-bżonn se jsibu s-sostenn tal-gvern.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — flus globali għal hospitality
Question
Tista' l-Ministru tinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-nefqa f’ċifra ta’ flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru għall-ewwel disa’ xhur tas-sena 2010 kienet ta’ € 95,254.21
Tista' l-Ministru tgħid għal liema tip ta' xiri tista' tintuża' l-smart card mill-istudenti? Tista' tintuża' għax-xiri ta' ħwejjeġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iSmart Card tal-istudenti tista’ tintuża biex jinxtraw oġġetti jew servizzi marbuta mal-edukazzjoni u l-istudji li jkun qed jagħmel l-istudent/a. Billi hu meqjus li l-prattika tal-isport tgħin ukoll fl-iżvilupp tal-istudenti, il-card tista’ ukoll tintuża biex jinxtraw ħwejjeġ li huma użati fil-prattika ta’ xi dixxiplina sportiva.
Sfortunatament ikun hemm xi ħwienet li jbiegħu dan it-tip ta’ ħwejjeġ u jabbużaw billi jbiegħu ukoll ħwejjeġ normali. Il-Bord responsabbli mill-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Isudenti tul is-sena akkademika li għaddiet issospenda s-servizz lil disa’ ħwienet tal-ħwejjeġ li nqabdu jbiegħu ħwejjeġ mhux awtorizzati bl-i
smart card
.
Servizzi mogħtija mil-fondazzjoni għas-servizzi tal-ħarsien soċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma s-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali? Kemm hemm impjegati jaħdmu f'dawn is-servizzi? X'inhija l-waiting list ta' kull servizz mogħti minn din il-fondazzjoni? Kemm kienu l-fondi mogħtija s-sena l-oħra għal kull servizz mogħti lill-klijenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm familji li qed jibbenefikaw mill-proġett Home Start li ilu mwaqqaf minn April 2006? Minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-familji? Fil-preżent dan is-servizz għandu waiting list?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena 2010 il-programm Homestart ta’ għajnuna lill-11 il-familja b’total ta’ 23 tifel/tifla. Fil-preżent qegħda tingħata għajnuna lill-10 familji b’15 il-tifel/tifla. Dawn il-familji jiġu mill-Cottonera, Kalkara, Fgura, Żabbar, Xgħajra. Fil-preżent hemm 2 familji li qed jistennew is-servizz.
Skema biex persuna li tgħix f'post tal-gvern issir sid ta' darha
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk bħalissa hemmx skema sabiex persuna li tgħix f'post tal-gvern issir sid ta' darha? Jekk fin-negattiv, tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li skema ta' dan it-tip toħroġ fil-futur qarib?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-iskema fejn inkwilini li qed jikru l-post tar-residenza tagħhom mingħand il-gvern ikunu jistgħu japplikaw biex jixtru dan l-istess post tinsab magħluqa. Mhux ippjanat li din l-iskema terġa' tiftaħ fil-futur qrib.
Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19535, l-Ministru qalet li l-proġett Il-Bejta beda jiffunzjoni f'Mejju 2010, tista' l-Ministru tgħid x'apparat inxtara għal dan il-proġett u kemm ħaddiema ġew reklutati biex joperaw dan il-proġett? Kif ġew reklutati? Kemm studenti qed jipparteċipaw fih? Meta qed isiru l-programmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Apparat li nxtara għal dan iċ-ċentru jinkludu purtieri, fannijiet, għamara għat-tfal (bħal siġġijiet u mwejjed), notice boards, varjeta ta’ gugarelli għall-ġewwa, varjetà ta’ ġugarelli kbar li jintużaw fil-btieħi, kotba, soft flooring għall-ġewwa, soft flooring għall-btieħi, kċina attrezzata bl-appliances, dispensatur tal-ilma, televizzjoni, DVD, 2 computers, intercom, sistema ta’ hall porter, settijiet tat-telefon, kamera tar-ritratti, laminator, binder, nappy changer, cots, apparat għall-bżonnijiet tat-trabi (bħal sterilizer, monitors, baby trainer), 2 laptops, printer u telefon.
F’dan il-proġett hemm 6 ħaddiema. Tlieta minn dawn il-ħaddiema diġà kienu jaħdmu mal-Fondazzjonai għas-Servizzi Edukattivi u ġew mitluba jagħtu s-servizzi tagħhom f’dan iċ-ċentru. Tlett ħaddiema oħra ġew impjegati wara sejħa pubblika.
It-turnover ta’ studenti minn Mejju 2010 sa Ottubru 2010 huwa dak ta’ 31 tifel u tifla. Is-servizz jingħata mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8.00am sas-2.30pm.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma x-xogħlijiet li saru fl-iskejjel tal-istat tal-Kottonera b'mod separat, matul dan is-sajf? X'kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn skejjel tal-istat li għandhom is-servizz ta’ nurse tal-post? Kemm hawn skejjel li għandhom xi arranġament alternattiv? Kemm hawn skejjel li m’għandhom l-ebda tip ta’ arranġament? X’ inhi l-policy tal-Gvern f’ dan ir-rigward?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ħames skejjel speċjali tal-istat għandhom servizz ta’ ners tal-post. Fejn hemm każijiet ta’ studenti li għandhom bżonn jieħdu mediċina b’mod regolari, fit-tul għall-mard kroniku jew xi kundizzjoni, d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għandu ftehim mal-MMDNA fejn jiġi pprovdut servizz ta’ ners li tmur fl-iskola u tamministra l-mediċina indikata. Din is-sena għandna dan is-servizz f’sitta u tletin (36) skola. Kull fejn hemm bżonn dan l-arranġament isir.
Tista' l-Ministru jgħid kif se jiġu kompensati l-istudenti li poġġew għall-eżami tal-kimika fl-livell avvanzat tas-sena 2010, li għal dan l-eżami damu ma bdew għal kwazi iktar minn sagħtejn u li meta l-istudenti talbu għal iktar solution bilkemm ingħataw? Dan id-dewmien żgur li kompla żied mat-tensjoni u eċitament li studenti jkollhom għal dan l-eżami diffiċli ħafna u li huwa ferm bżonjuż li mhux biss tgħaddi minnu imma li trid iġġib marka għolja biex tkun tista' tidħol għal kors tal-mediċina.
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti li qagħdu għall-eżami prattiku tal-kimika fl-4 ta’ Ġunju 2010 wara nofsinhar kienu informati b’ittra minn qabel illi l-eżami kellu jibda wara li l-laboratorji jkunu mnaddfin u rranġati wara l-ewwel sessjoni tal-istess eżami li ssir filgħodu. Bħas-soltu, il-kandidati nżammu jistennew f’sala apposta sakemm dan seta’ jsir. Din il-prattika ilha fis-seħħ għal ħafna snin u qatt ma kkawżat xi problemi lill-istudenti. Din is-sena l-eżami sar f’erba' ċentri l-istess ħin u f’kull wieħed minn dawn il-ħin li kien hemm bżonn għat-tindif u preparamenti kien differenti skont il-kobor taċ-ċentru.
Il-kandidati kollha ngħataw l-istess ammont ta’
solution
li kellhom bżonn u min talab għal iżjed ġie mogħti biżżejjed biex seta’ jkompli jaħdem.
Minkejja li jsir minn kollox biex l-eżami jsir taħt kondizzjonijiet l-istess kullimkien, il-prattika hija li qabel ma joħroġ ir-riżultat aħħari, l-eżaminaturi jispezzjonaw ir-riżultati tal-prattiku minn sessjonijiet differenti tal-eżami u meta jkun hemm ħjiel ta’ xi problema jittieħdu dawk il-miżuri li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi.
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Xi kwalifiki għandha kull persuna maħtura f'dan il-bord:
a) fil-qasam tal-edukazzjoni u
b) fil-qasam tat-turiżmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi huwa kompost kif ġej:-
Ms. Claire Zammit Xuereb Chairperson
Għandha grad ta’ Bachelor of Science fil-Hospitality and Tourism Studies – fil-preżent hija direttur ta’ AX Holdings wara li serviet bħala General Manager fil-lukanda Victoria u fil-lukanda The Palace. Hija membru fil-kunsill tal-MHRA wara li serviet għal xi żmien bħala Teżorier u Viċi-president.
Mr. Joe Tanti Deputat Chairperson
Għandu Masters fi Human Resource Management . Okkupa l-kariga ta’ kap tal- Industry Human Resources Development fl-Awtorita Maltija tat-Turizmu u prezentement huwa ċ-Chief Executive Officer tal-Malta Business Bureau.
Dr. Nadya Theuma Membru
Gradwata fl-Antropologija u fl-Istudji Turistiċi. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Istudji Turistiċi fl-Universita ta’ Malta. Kellha diversi karigi fil-Ministeru tat-Turiżmu, fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Heritage Malta, Awtorita Maltija tat-Turiżmu u l-Malta Crafts Council.
Ms. Marie Louise Mangion Membru
Tmexxi t-Taqsima tat-Tourism and Sustainable Development fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u sservi wkoll fl-Awtorita Maltija tat-Turizmu. Qed thejji riċerka fil-qasam tal-economics on tourism demand and competitiveness fi tħejjija għad-dottorat.
Dr. Angele Attard Membru
Gradwata fil-Liġi mill-Universita ta’ Malta u kompliet l-istudji f’EU Affairs u għandha Masters f’Educational Studies. Ħadmet mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Għolja kif ukoll ma’ Education International. Preżentement tifforma parti mis-segretarjat fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Impjiegi u l-Familja.
Ms. Mary Anne Cauchi Membru
Gradwata fil-Music Studies u fl-Istorja ta’ l-Arti. Bħalissa hija direttur ta’ Artsphere International li tispeċjalizza f’direzzjoni artistika, event management u project consultation.
Mr. Joe Micallef Membru
Ex- Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex kif ukoll serva bħala Director Resourcing fl-Ufficcju tal-Prim Ministru. Għal żmien twil kien direttur tat-Turizmu.
Mr. .Edwin Borg Membru
Studja l-Hotel Management f’Malta kif ukoll fl-Ingilterra. Kien Kap tal-ITS f’Għawdex għal ħafna snin.
Mr. Walter Cassar Membru
Serva għal żmien twil fil-Kunsill tal-Malta Hotels and Restaurants Association. Serva wkoll fuq diversi kumitati relatati mal-klassifikazzjoni ta’ lukandi u ristoranti. Fil-preżent huwa president tal-Grupp Walter G. Cassar li huwa nvolut fil-qasam tal-ospitalita’ u servizz.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma t-terms of reference tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi u x'remunerazzjoni jieħdu dawk li nħatru fuq dan il-bord?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-terms of reference tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) huma dawk li kienu japplikaw fil-passat u li l-aħħar verżjoni tagħhom ġew stipulati fis-sena 1998. Kopja ta’ dawn it-Terms of Reference qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ir-remunerazzjoni tal-membri tal-Bord hija ta’ € 1,747.03 fis-sena, filwaqt li r-remunerazzjoni taċ-chairperson hija ta’ € 4,192.87
Tista' l-Ministru tivverifika jekk f'dan il-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) hemmx persuni maħtura li għandhom attività kummerċjali privata fl-istess oqsma ta' operazzjoni tal-Istitut? Tista' tgħid jekk il-persuni maħtura ntalbux jiddikjaraw x'inhuma l-involvimenti kummerċjali tagħhom u jekk iva tagħti lista' f'liema kumpaniji lokali u barranin huma nvoluti l-membri ta' dan il-bord?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-membri kollha tal-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi iffirmaw dikjarazzjoni li tikkonferma li huma qraw u fehmu il-Kodiċi ta’ Etika għad-Diretturi fis-Settur Pubbliku u li se jaġixxu skont l-istess Kodiċi ta’ Etika li kopja tiegħu ngħatat lil kull membru. L-ebda membru tal-Bord ma ddikjara li għandu xi attivita kummerċjali privata fl-istess oqsma ta’ operazzjoni ta’ l-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi.
Bormla — Triq San Mikiel - bieb komuni tal-garaxxijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni jiġi magħluq il-bieb komuni tal-binja ta' garaxxijiet li jinsab fil-post tal-inċident ta' sub station, n-naħa ta' Triq San Mikiel, Bormla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar kemm il-darba ħadet passi biex issakkar il-gradi tal-entraturi komuni tal-garaxxijiet fil-Binja msemmija f’Bormla. Dawn il-gradi qed jiġu sgassati ripetutament minn persuni mhux magħrufa li saħansitra qed jikkawżaw ħsarat u jarmu materjal fil-post għad-danni tal-istess awtorità. Inċidenti bħal dawn jiġu rrappurtati sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa mill-pulizija.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19278, jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni ghadhom ma sarux il-kuntratti tal-akkwist opportun ma' dawk kollha li ħadu l-plots fil-housing estates tal-Ħali fin-Nadur, Għawdex u f'Ta' Dun Anton ix-Xagħra, Għawdex u dan minkejja li l-konvenji ilhom snin li saru u ċ-ċnus tħallsu? Peress li din is-sitwazzjoni qed toħloq problemi kbar u anomaliji legali li jeħtieġu li jiġu indirizzati immedjatament, tista' tgħid meta se jiġu ffirmati l-kuntratti opportuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19278, li għadha valida. Għalhekk nitlob l-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru twieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 19334 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilha u ċioe: B'referenza għall-ftehim kulturali tal-1967 bejn Malta u l-Italja kif sussegwentement emendat fid-19 ta' Diċembru 2007, tista' tgħid jekk l-emendi daħlux fis-seħħ? Jekk le, għaliex? Kemm studenti Maltin gawdew minn dan il-ftehim? Meta se jiġi fis-seħħ il-XIII Executive Programme for Cultural Co-operation 10-12? X'għodod se jkun fih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti Maltin li gawdew minn dan il-ftehim huwa kif elenkat hawn taħt:
2006/2007
26
2007/2008
23
2008/2009
21
2009/2010
16
2010/2011
11
Dwar il-Mistoqsijiet l-oħra nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi lill-Ministru kkonċernat.