Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga fuq immigranti matul l-aħħar sena? Fejn inqabdet, x'kienet il-kwalità u l-ammont, u x'azzjoni ttieħdet f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi kollha skont il-Liġi fuq kull każ.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-akkademja l-ġdida tal-Pulizija f'Ta' Kandja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent qed jiġu mħejjija l-pjanti u xogħol ieħor meħtieġ sabiex ikun jista' jintalab il-permess u jibda l-bini ta' dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irnexxielu il-gvern jirkupra spejjeż tal-esperti nominati fl-inkjesti u kumpilazzjonijiet fit-termini tal-Artiklu 533 tal-Kodiċi Penali għas-snin 2006,2007 u 2008? Jista' jgħid kemm kien hemm theddid ta' bombi għas-snin 2005, 2006 2007, u 2008? Jista' jgħid għas-snin 2005, 2006, 2007 u 2008 min kienu/huma d-diretturi fil-kumpannija relattiva u kemm kienet l-ispiża?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Dwar l-ewwel u t-tieni parti tad-domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari 3615 u 3616 rispettivament.
It-tweġiba għall-aħħar domanda hija hekk:-
Sena
Kumpanija
Direttur/i
Spiża
2005
NIL
Bejn 29 ta' Mejju 2006 u s-6 ta' Ġunju 2007
Sterling Securities
Helena Schembri u Miriam Stubbings
€41,242.38
Bejn is-7 ta' Ġunju 2007 u t-30 ta' Ġunju 2008
Sterling Securities
Helena Schembri u Miriam Stubbings
€45,678.37
Minn l-1 ta' Lulju 2008 sallum
JF Securities u Consultancy Servies Ltd
Francis X. Formosa u Peter Formosa
€12,887.92 (sa issa)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi li nstab li ma kellhomx liċenzja mħallsa matul din is-sena? Jista' jgħid jekk hemmx ħidma bejn l-uffiċċju tal-liċenzji fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport u l-Pulizija sabiex jiġu ttrejsjati dawk li ma jkunux ġeddew il-liċenzja u allura jkunu qed jiġru fit-toroq bla liċenzja mħallsa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li sabiex ikun hemm ksur ta' Liġi, vettura trid tkun qed tiġi misjuqa fit-triq mingħajr liċenzja valida. Ninsab infurmat li din matul din is-sena l-Pulizija ħarġet 1,866 ċitazzjoni fuq vetturi li kienu li nstabu fit-toroq mingħajr liċenzja valida.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Serqiet Rappurtati lill-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2799 u jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati lill-Puluzija li saru fil-ministeru/dipartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant, għar-risposta li se tingħata mill-Ministru responsabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga minn fuq laneċ/vapuri matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid x'tip ta' droga kienet u kemm kienu l-ammonti f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li matul din is-sena, s'issa, kien hemm każ wieħed f'Lulju, fejn persuna nstab li kellha fil-pussess tagħha 23 pillola ecstasy waqt li kienet fuq lanċa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi fejn instabet droga fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin matul din is-sena? X'tip ta' droga kienet u x'kien l-ammont f'kull każ? X'azzjoni ttieħdet f'kull każ? Jista' jgħid x'qed isir sabiex dan it-tip ta' abbuż jinqered?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, s'issa, kien hemm 24 il-sejba ta' sustanza, li x'aktarx kienet droga bħal eroina, cannabis, kokaina u steriods. Infurmat ukoll li kull każ, dan ġie rrappurtat lill-Pulizija sabiex jittieħdu l-proċeduri legali.
Fil-Faċilita’ Korrettiva hemm preżentament sistema li fuq bażi regolari jsir eżami mediku fuq il-persuni li hemm ġewwa. Dawn qed isiru aktar ta’ spiss minn dak li kienet il-prattika. Barra minn dan jittieħdu kontinwament miżuri sabiex issir tfittxija fuq il-persuni li jiġu jaraw il-ħabsin
.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' breathalyser tests li sar f'Malta u f'Għawdex rispettivament, wara li kienu seħħew inċidenti tat-traffiku?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hemm 28 persuna li sarilhom it-test tan-nifs wara li kienu nvoluti f'inċident tat-traffiku. Wieħed minn dawn kien f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-ispazju li hemm fil-bjut tal-binja tal-Gvern li jaqaw taħt id-dekasteru tiegħi huwa ta' 12,339 metru kwadru. L-istallazzjonijiet ta' photovoltaic cells jokkupaw 0.28% minn dan l-ispazju .
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Aġenzija - Reklamar
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Persuni li qed jiskontaw sentenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni maqsuma bejn Maltin u barranin li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fuq pussess u/jew traffikar ta' droga? Jista' jgħid għal kull każ fuqiex kienu akkużati, u l-ammonti u kemm qed jiskontaw?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga fl-ajruport matul is-sena 2008? Jista' jgħid x'tip ta' droga kienet u kemm kienu l-ammonti? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar? Ta' liema nazzjonalita' kienu l-persuni li nqabdu f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant qed jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' inċidenti fatali li ġew rappurtati kull sena inkluż in-numru ta' mwiet mill-1 ta' Jannar 1998 sa Settembru 2008? F'kull każ, kemm kien in-numru ta' xufiera li mietu, kemm kienu passiġġiera u kemm kien in-numru ta' pedestrians li mietu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni reġistrati bħala abitanti taż-Żurrieq li ġew imressqa quddiem il-Qorti akkużati b’reati kriminali f’dawn l-aħħar ħames snin sena b’sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta' statistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm allokati flus għas-safar in konnessjoni mal-ħidma f'delegazzjonijiet/ konferenzi għall-membri tal-Ġudikatura għas-snin 2005, 2006, 2007 u 2008? Jista' jgħid kemm minn din is-somma intnefqu flus? Min jagħżel il-membri tal-Ġudikatura sabiex isiefru? Min kienu attwalment dawn il-membri li attendew delegazzjonijiet barra minn Malta u jagħti spjegazzjoni dettaljata ta' kull żjara?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-membri tal-Ġudikatura jagħmlu użu minn żewġ fondi għas-safar in konnessjoni ma' ħidma f'delegazzjonijiet/konferenzi. Il-flus allokati għal dawn il-fondi, li huma, Item 28 (Travel) u Item 5454 (Judicial Studies Committtee), kienu kif ġej:-
Infurmat ukoll li, s'issa, is-somma li ntefqet minn dan it-total kienet ta' € 32,182 minn Item 28 u € 11,061 minn Item 5424.
L-għażla biex isiefru membri tal-Ġudikatura trid tiġi approvata mill-Unur Tiegħu l-Prim Imħallef.
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fl-aħħar parti tad-domanda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm flejjes allokati għas-safar in konnessjoni mal-ħidma f'delegazzjonijiet/ konferenzi għall-Uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali għas-snin 2005, 2006, 2007 u 2008? Jista' jgħid kemm minn din is-somma intnefqu flus? Min jagħżel membri tal-uffiċju tal-Avukat Ġenerali biex isiefru? Min kienu attwalment dawn il-membri li attendew delegazzjonijiet barra minn Malta? Jista' jagħti spjega dettaljata ta' kull żjara?
Jista' jgħid ukoll min huma dawk il-membri tal-uffiċju tal-Avukat Ġenerali li għandhom ukoll kariga internazzjonali u jagħti spjegazzjoni fiex jikkonsistu dawn il-karigi u jekk dawn il-karigi attwalment għandhomx iġibu salarju magħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-ammonti ta' flus allokati għas-safar in konnessjoni mal-ħidma f'delegazzjonijiet/konferenzi għall-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali huwa kif ġej:
Infurmat ukoll li s'issa, is-somma globali li ntefqet minn dan it-total kienet ta' € 280,584.22.
L-għażla ta' dawk il-persuni li, minn żmien għal żmien, iwettqu dmirijiet barra minn Malta ssir mill-Avukat Ġenerali.
Għar-rigward ir-raba' u l-ħames domanda, peress li hemm ċertu numruta' vjaġġi li saru f'dawn erba' snin, nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku.
L-Avukati u l-Prokuraturi Legali fl-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali li jwetttqu xogħol barra minn Malta, jagħmlu dan kemm f'isem l-Uffiċċju, kif ukoll fl-interess tal-Gvern Malti. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Membru biex ikun aktar speċifiku dwar xi jrid ifisser bil-kliem kariga internazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irnexxielu il-Gvern jirkupra spejjeż ta' esperti nominati fl-inkjesti u kumpilazzjonijiet fit-termini tal-artiklu 533 tal-Kodiċi Penali għas-snin 2006, 2007, u 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm theddid ta' bombi għas-snin 2005, 2006, 2007, u 2008? Jista' jgħid meta daħħal sistema ta' sigurta' novattiva fil-bini tal-qrati u lil min ingħata l-kuntratt?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat fil-Qrati tal-Ġustizzja ma tinżammx record ta' kull meta jkun hemm theddida ta' bomba. Is-sistema ta' l-apparat tas-sigurta' fil-Qrati tal-Ġustizzja ddaħlet għall-aħħar kwart tas-sena 2005. Din is-sistema nxtrat mingħand l-MIA f'Ġunju ta' 2004. Fir-rigward ta' servizz tas-sigurta' għal-Qrati, il-kumpanija li din is-sena ġiet aġġudikata t-tender tas-sigurta', wara sejħa pubblika ta' offerti, hija JF Security and Consultancy Services.