Jista' l-Ministru jgħid kif u meta hu ppjanat li jsir ix-xogħol fi Triq Pantar, fil-Mosta, fl-istadji u l-fażijiet differenti tiegħu? Jista' jgħid ukoll meta hu ppjanat li jkun lest dan ix-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li ġew konklużi ftit mis-servizzi proposti għall-parti tat-Triq Santa Katerina, trinek miftuħa ġew mimlija biex b’hekk tkun tista’ tinfetaħ għad-direzzjoni tat-traffiku kif kienet qabel ma bdew ix-xogħlijiet. Parti minn Triq it-Torba hija mistennieha li tkun asfaltata fil-ġimgħat li ġejjin u sadanittant jissoktaw xogħlijiet ta’ skavar, mogħdija ta’ servizzi, telekomunikazzjoni, u tibdil ta’ bankini fi Triq Pantar, il-kumplament ta’ Triq it-Torba u Triq Santa Katerina , liema xogħol hu mistenni li jkun konkluż sa l-aħħar tas-sena.
Jista' l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar laqgħa li saret tal-Bord tal-Inġiniera ta' qabel dak li ġie appuntat reċentement? Jista' jgħid ukoll meta ġie appuntat l-aħħar Bord tal-Inġiniera u meta saret l-ewwel laqgħa ta' dan il-bord?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar laqgħa tal-Bord preżenti saret nhar t-22 ta’ April 2024. Ninsab infurmat li ma kienx hemm tibdil fil-Bord stante għall-bidla fis-Segretarju li kien waqaf minħabba raġunijiet personali aktar kmieni din is-sena.
San Ġiljan — Triq Sir Joseph Carbone u Triq il-Qalb Imqaddsa – Inforzar dwar Parkeġġi
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir l-inforzar meħtieġ fuq numru kbir ta' vetturi b'LY plates li qegħdin ikunu pparkjati f'parkeġġi pubbliċi fit-triq, fi Triq Sir Joseph Carbone u Triq il-Qalb Imqaddsa, f'San Ġiljan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispezzjonijiet isiru b’mod kontinwu speċjalment f’żoni fejn l-aktar huma kkaratteriżżati minn abbużi. Barra minn hekk, isiru spezzjonijiet f’żoni speċifiċi fejn ikun daħal rapport li jista’ jkun hemm xi irregolaritajiet. Madanakollu, ttieħdet nota tat-toroq imsemmija sabiex isiru aktar spezzjonijiet regolari
Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena, fil-kapaċità tiegħi bħala Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, ipparteċipajt b’mod attiv fil-laqgħa informali tal-Ministri tat-Trasport li saret fi Brussell, fit-3–4 ta’ April 2024. Barra minn hekk, bħala parti mill-impenji li ġejjin, se nkun qed nattendi wkoll il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tat-Trasport li ser isir fit-18 ta’ Ġunju fil-Lussemburgu.
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ser ikunu qegħdin joperaw matul is-sajf 2024, dawk id-dgħajjes li sas-sajf li għadda kienu joperaw mill-moll ta' Buġibba, hekk kif bħalissa għaddej ix-xogħol fuq dan il-moll?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul il-perjodu ta’ xogħlijiet infrastrutturali ta’ titjib u tisbieħ li qed isiru fuq il-moll ta’ Buġibba, għall-benefiċċju tal-Operaturi ta’ Dgħajjes kummercjali, għall-industrija tat-Turiżmu, kif ukoll għall-pubbliku ġenerali, l-Awtorità rranġat u tejbet, u poġġiet għad-dispożizzjoni tal-operaturi tal-bastimenti kummerċjali li kienu joperaw mill-moll ta’ Buġibba, il-moll tas-Sirens kif ukoll dak tal-Fekruna għall-operat kummerċjali tagħhom. Qed jiġu kkunsidrati u studjati wkoll faċilitajiet oħra fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar biex jikkumplimentaw dawn iż-żewġ alternattivi f’każ ta’ xi problemi operattivi.
Trasport pubbliku — Aċċessibilità għal persuni b’nuqqas ta’ vista
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15793 dwar l-aċċessibilità tat-trasport pubbliku għal persuni b'diżabilità, jista' l-Ministru jassigura li jsiru testijiet fuq il-karozzi tal-linja sabiex in-numri u l-informazzjoni fuq il-karozzi tal-linja jkunu viżibbli għal persuni li għandhom nuqqas ta' vista? Jista' jieħu l-passi neċessarji sabiex jiġi assigurat li n-numri u l-informazzjoni jkunu faċilment viżibbli għal persuni neqsin mill-vista hekk kif dawn il-persuni qegħdin isibuha diffiċli biex jaqraw din l-informazzjoni speċjalment meta tkun ix-xemx? Jista' jikkonsidra wkoll li jittieħdu miżuri oħra, bħal per eżempju meta l-karozza tal-linja tasal fuq l-istage jingħad in-numru tar-rotta tal-karozza tal-linja, sabiex tiġi ffaċilitata l-ħajja ta’ persuni neqsin mill-vista li jkunu qegħdin jistennew fuq il-bus stop?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill- Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentaru 15793.
Qedin nieħdu nota tas-suġġerimenti msemmija.
Trasport pubbliku — Aċċessibilità għal persuni b'nuqqas ta’ vista
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15793 dwar l-aċċessibilità tat-trasport pubbliku għal persuni b'diżabilità, jista' l-Ministru jassigura li jsiru testijiet fuq il-karozzi tal-linja sabiex in-numri u l-informazzjoni fuq il-karozzi tal-linja jkunu viżibbli għal persuni li għandhom nuqqas ta' vista? Jista' jieħu l-passi neċessarji sabiex jiġi assigurat li n-numri u l-informazzjoni jkunu iktar viżibbli għal persuni neqsin mill-vista hekk kif dawn il-persuni qegħdin isibuha diffiċli biex jaqraw din l-informazzjoni speċjalment meta tkun ix-xemx? Jista' jikkonsidra wkoll li jittieħdu miżuri oħra, bħal per eżempju meta l-karozza tal-linja tasal fuq l-istage jingħad in-numru tar-rotta tal-karozza tal-linja, sabiex tiġi ffaċilitata l-ħajja ta’ persuni neqsin mill-vista li jkunu qegħdin jistennew fuq il-bus stop?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W121.
Informazzjoni fuq il-bus stops għal persuni neqsin mill-vista
Question
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu miżuri sabiex l-informazzjoni dwar ir-rotot tal-linja u l-frekwenza tagħhom, li tinsab fuq il-bus stops, tkun iktar viżibbli u aċċessibbli għall-persuni neqsin mill-vista hekk kif qegħdin isibuha diffiċli biex jaqraw din l-informazzjoni minħabba li din tkun miktuba b'font żgħir ħafna?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment sabiex naraw b’liema mod ikun l-aħjar li nindirizzaw din is-sitwazzjoni hekk kif deskritt f’din il-mistoqsija parlamentari.
Bord tal-Periti — Applikazzjonijiet għal warrant li għadhom pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal warrant li għadhom pendenti quddiem il-Bord tal-Periti? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li applikazzjonijiet għal warrant pendenti hemm għaxra (10) bi kwalifiki lokali, waqt kwalifiki internazzjonali hemm sitta (6) pendenti.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2023?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W98.
Jista’ l-Ministru jagħti timeframe ta meta se jitlesta x-xogħol ta' Triq Pantar u eventwalment tingħalaq il-fetħa ta' Triq il-Waqqafa, fil-Mosta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti minn Triq it-Torba hija mistennija li tkun asfaltata s fil- ġimgħat li gejjin, li jfisser li t-Traffic Management Plan eżistenti jitwaqqaf kif mwiegħed.
Sadanittant ix-xogħolijiet fil-kumplament tal-proġett jibqa’ għaddej. Triq Pantar, il-kumplament ta’ triq it-Torba u Triq Santa Katarina huma mistennija li jkunu konklużi sal-aħħar tas-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura bil-'Y' plate huma reġistrati f'Għawdex, ċjoè fuq persuni jew garages li għandhom ir-residenza tagħhom f'Għawdex? Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-vetturi tal-istess għamla reġistrati f'Għawdex ħames snin ilu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ Marzu 2024 kien hemm 456 vettura żgħira rreġistrati ġewwa Għawdex għall-ġarr ta’ passiġġieri (Y Plates).
Fis-sena 2019, ġewwa Għawdex kien hemm 199 vettura bil-pjanċa Y.
TM — Talbiet li tressqu mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li għadhom pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet imressqa mill-Kunsill Lokali Mellieħa quddiem Transport Malta u li għadhom pendenti għall-approvazzjoni tal-istess awtorità u jindika wkoll id-dati ta’ meta tressqu dawn it-talbiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm żewġ talbiet pendent quddiem Transport Malta. Waħda mit-talbiet saret fit- 23 ta Frar 2024, filwaqt illi it tieni waħda saret fl- 1 ta’ Marzu 2024.
TM — Talbiet li tressqu mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li ġew approvati/rifjutati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma/kienu t-talbiet li tressqu bejn Jannar 2020 u April 2024 mill-Kunsill Lokali Mellieħa quddiem Transport Malta għall-approvazzjoni u li ġew approvati/rifjutati mill-istess awtorità u jindika wkoll id-dati ta’ meta tressqu u meta ġew approvati jew rifjutati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tat-talbiet li saru.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir u jitlesta x-xogħol ta’ wiċċ ġdid fi Triq l-Imqabba, is-Siġġiewi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li għad iridu jsiru fi Triq l-Imqabba, jinkludu Cables tal-Enemalta (li jestendu wkoll fi Triq ir-Rebbiegħa, Triq in-Newba, Triq id-Demnuq, Triq Nazzareno Pisani u Pjazza Citta Ferdinand), bdil tal-main tal-ilma, bini mill-ġdid ta’ bankini u bini tat-triq inkluż xogħlijiet t’asfalt.
Ix-xogħlijiet huma previsti li jkunu lesti fix- xhur li ġejjin.
Il-Marsa — Triq il-Marsa bejn il-Korsa tal-Golf u l-Għammieri - Periklu
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17683, jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-ispezzjoni u x'passi ser jittieħdu peress li l-periklu għadu hemm?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta għamlet kuntatt mal-entità responsabbli u s-siġar indikati nżabru mill-istess entità u tneħħa l-periklu.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-regoli tas-sewqan ta' vetturi ta' żewġ roti fejn jidħlu passiġġieri tfal? Jista’ jgħid ukoll ta’ liema etajiet jistgħu jkunu t-tfal biex jirkbu bħala passiġġieri fuq mutur, rota u/jew scooter, u b'liema mod?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill Onor. Interpellant li r-regolament 123 tal-leġislazzjoni sussidjarja 65.11 u r-regola 71 tal-“Highway Code” jgħidu li ħadd m’għandu jġorr aktar minn passiġġier wieħed fuq mutur u li m’għandhomx joqgħodu bilqiegħda fuq il-magna, iżda fuq sit xieraq, b’sieq kull ġenb u għandu jħares il-quddiem biż-żewġ saqajn fuq il-footrest.
San Pawl il-Baħar – Applikazzjoni għall-bini mill-ġdid ta’ moll
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17676, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fir-rigward tal-applikazzjoni PA/03759/19 Site at Ghajn Razul, San Pawl il-Bahar (Veċċja, Xemxija) – Proposed re-construction of pier? Jista' jgħid ukoll meta hu ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ April 2024 u t-12 ta’ April 2024 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa) bejn il-ħinijiet tas-6.00am u 9.00am, kemm-il karrozza tal-linja ma waqfitx fuq l-istage (bus stop) għaliex kienet mimlija bil-passiġġieri? Jista’ jaqsam l-informazzjoni ġurnata b’ġurnata u liema stage/s ġew affettwati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta ma tiġborx statistika dwar kemm-il darba karrozza tal-linja ma tieqafx fuq bus stop għax tkun mimlija bil-passiġġieri. Madanakollu, qatt ma ġew irrappurtati kazijiet fejn bus stops ġew maqbuża ripetutament.