San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar – toroq mibnija mill-ġdid
Question
Mil-lista ta' toroq li l-Gvern se jkun qed jibni mill-ġdid matul is-seba’ snin li ġejjin, jista’ l-Ministru jindika liema se jkunu dawk it-toroq fil-lokalitajiet (konfini) tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar li se jkunu nklużi f'dan il-programm?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess ta’ kull tip (inkluż encroachments u kuntratti ta’ kirjiet u qbiela) ingħataw minn, jew ġew iffirmati mill-Awtorità tal-Artijiet bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu insemmi inħargu 8 (tmien) ‘encroachment permits’ u sar kuntratt wieħed ta’ qbiela
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer ta’ impjegati seħħ f’Transport Malta bejn il-5 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda uffiċjal ma ġie trasferit minn Transport Malta għal entita’ differenti fl-imsemmija dati. Hames uffiċjali ingħataw irwoli ġodda fi ħdan l-istess awtorita’ bħala parti minn eżerċizzju ta’ ri-organizzazzjoni.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu, ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?
Response (BORG, IAN)
Malta minn dejjem kellha l-aħjar relazzjonijiet mar-Renju Unit u rridu nkunu attivi fi hdan l-UE biex nassiguraw li n-nego¿jati ta’ Brexit iħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b’attenzjoni partikolari fuq l-interessi ta’ Malta u l-Maltin.
L-Onor Interpellant jifhem li hemm diversi aspetti li jridu jiġu salvagwardjati inkluż li r-Renju Unit ma jistax ikollu pakkett aktar favorevoli minn dak li ġġib sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hemm diversi oqsma li qed jigu kkunsidrati fl-analiżi li qed iwettaq il-gvern Malti nkluż id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jaħdmu u jistudjaw fir-Renju Unit, l-interessi tan-negozji Maltin li joperaw jew li joffru servizz fir-Renju Unit, l-aċċess tas-suq ewlieni Ewropew, kif ukoll oqsma oħra tal-ekonomija. Irridu naraw ukoll fost ohrajn li l-arrangamenti li għandha Malta mar-Renju Unit fil-qasam tal-kura għall-pazjenti jibqgħu mhux mittiefsa.
Ta’ min ifakkar ukoll li l-Gvern għadu kemm waqqaf it-taskforce għall-promozzjoni tan-negozju ta’ Malta fir-Renju Unit, immexxija mis-Sur Joseph Zammit Tabona. It-taskforce twaqqfet biex timplimenta pjan t’azzjoni sa tmiem l-2019 biex jiġi promoss negozju, inkluż dak industrijali, ekonomiku u attivitajiet finanzjarji lejn Malta b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit.
L-Onorevoli Interpellant japprezza li mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju li l-Gvern jippublika r-riżultati ta’ l-analiżi tiegħu. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor tinsab f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ssalvagwardjati.
Belt Valletta – parkeġġi riservati għall-persuni li jaħdmu fil-Ministeri, Dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid b’kollox (bħala numru) kemm hemm parkeġġi riservati għall-persuni li jaħdmu fil-Ministeri, Dipartimenti u/jew entitajiet tal-Gvern fil-Belt Valletta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeri huma intitolati għal 5 parkeggi inkluż dak tal-Ministru u tas-Segretarju Permanenti. Is-Segretarji Parlamentari huma intitolati għal 4 parkeggi inkluż dak tas-Segretarju Parlamentari. Minn żmien għal żmien Transport Malta tagħmel eżercizzji biex tara li l-parkeġġi huma skont dawn ir-regolamenti. Minħabba l-bidla fil-Ministeri, bhalissa għaddej proċess biex jinbidlu xi numri ta’ parkeġġi li nbidlu minn Ministeru għall-ieħor.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — sponsorships
Question
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 86, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta' sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f'għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b'xejn. Jista’ l-Ministru f'kull każ jgħid taħt liema skema ingħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f'kull każ l-isponsorship?
Response (BORG, IAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija Parlamentari numru 86, kien hemm biss sponsorship wieħed mill-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-ministeru. Is-somma ta’ €3,000 ingħatat minn Transport Malta, bħala promozzjoni favur trasport aktar nadif, lill-organizzaturi ta’ Earth Garden. Din kienet approvata miċ-Chairman.
Jista’ l-Ministru jikkummenta dwar miżuri li qegħdin jittieħdu biex nippromwovu sewqan aktar responsabbli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ilha għal dawn l-aħħar snin tagħmel kampanja għal sewqan aktar responsabbli. Hekk kif bdiet is-sena akkademika ġdida Transport Malta nehdiet kampanja ġdida b’serje ta’ filmati u posters li qegħdin jew se jibdew jidhru fuq il-midja soċjali u t-televi¿joni, kif ukoll serje ta’ messaġġi fuq ir-radju.
Filmat li beda jidher, u li diġa rawh ‘il fuq minn 120,000 ruħ fuq il-midja soċjali biss, jitkellem fuq inċidenti
bumper
ma’
bumper
. Inċident żgħir f’nofs ta’ triq jista’ jikkawża kjuwijiet twal u stress żejjed fuq sewwieqa oħra. Sfortunatament, ħafna drabi s-sewwieqa jew jibdew jargumentaw, ma jkollhomx il-formula apposta jew jimlewha f’nofs it-triq. Il-filmat juri kif sewwieqa responsabbli għandhom ineħħu l-karozzi mit-triq mill-ewwel u jsibu spazju miftuħ fejn jimlew il-formola mingħajr ma jostakolaw vetturi oħra jew il-mixja tat-traffiku.
Filmat ieħor li se jibda jidher fil-jiem li ġejjin idur jiffoka fuq li tmur ix-xogħol tagħha bir-rota. Matul it-triq tiltaqa’ ma bosta nies li fit-triq juru rispett kbir lejha, joqogħdu attenti meta jaqilgħu u jċedulha fit-triq. Sfortunatament, ħafna drabi din ma tkunx is-sitwazzjoni fit-toroq tagħna, fejn sewwieqa jsuqu mingħajr rispett lejn sewwieqa oħra u speċjalment mingħajr rispett lejn ċiklisti u sewwieqa tal-mutur. Il-filmat jittanta jispira sewqan iktar responsabbli u l-għarfien illi t-triq mhix tagħna biss iżda tintuża minn ħafna nies oħra b’mezzi tat-trasport differenti.
It-tielet filmat mis-serje jsegwi raġel fi triqtu lejn ix-xogħol fil-karozza tiegħu. Fit-triq jara numru ta’ sewwieqa jwettqu bosta irregolaritajiet. Jirrifletti fuq kif meta nkunu egoisti aħna ntellfu lil ħaddieħor u saħansitra nistgħu nikkawżaw xi inċident li jista’ jweġġa’ lil ħaddieħor. Jaħseb f’sitwazzjoni fejn kieku kulħadd isegwi r-regoli u kulħadd jirrispetta lil xulxin.
Dawn is-serje ta’ filmati, posters u messaġġi fuq ir-radju huma mmirati biex idaħħlu sens ta’ responsabilita’ ikbar fis-sewwieqa, biex inisslu rispett ikbar fost is-sewwieqa u biex nagħmlu mill-vjaġġi fit-toroq tagħna esperjenza aħjar għal kulħadd.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed isir għat-titjib tas-servizz tat-trasport pubbliku f’Malta u anke f’Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-leġislatura li għaddiet iffukajna l-attenzjoni tagħna sabiex inpoġġu t-trasport pubbliku bi skeda fuq sisien sodi u b’hekk nerġgħu nibdew inrawwmu fiduċja ġdida fil-pubbliku sabiex jerġa’ jibda juża dan is-servizz. Ittiehdu numru ta’ miżuri sabiex inkunu nistgħu nilħqu dan l-iskop. Tajjeb wieħed ifakkar it-tnedija tan-network il-ġdid li daħal fis-seħħ fl-2015. Dan in-network kien riżultat ta’ konsultazzjoni wiesgħa kemm mal-pubbliku kif ukoll mal-Kunsilli Lokali. Dan in-network fisser żieda ta’ madwar 2.5 miljun kilometru fis-sena u medja ta’ 400 vjaġġ kuljum. Irriżulta wkoll fl-intoduzzjoni ta’ 24 rotta ġdida kif ukoll modifikazzjoni ta’ 43 rotta oħra u illum qiegħed jilħaq inħawi ġodda li ma kienux koperti minn dan is-servizz qabel. Minħabba dawn iż-żidiet kien hemm il-bżonn li l-venda tal-Belt Valletta titkabbar b’erbatax -il Bus Bay ġdida.
Ġiet introdotta b’suċċess it-Tallinja Card li permezz tagħha ġie imħaffef b’mod konsiderevoli l-imbark tal-passiġgieri. Ġew riveduti wkoll it-tariffi ta’ persuni li għamdhom aktar minn 60 sena, tfal, kif ukoll persuni b’diżabilita` fejn dawn tnaqqsu b’13% fil-ġimgħa. Tnaqqset ukoll it-tariffa ta’ 90 ġurnata ta’ l-istudenti. Għall-ewwel darba, persuni li għandhom l-
Special Identity Card
maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbilta` bdew igawdu mill-istess nollijiet bħal dawk eżistenti għall-persuni li għandhom il-
Blue Badge
.
Saru ukoll żewġ
priority lanes
ġodda fil-Gżira u f’tal-Pieta` u dan sabiex ikompli jitħaffef it- traġitt tal-karozzi tal-linja.
Skema li daħlet fis-seħħ din is-sena kienet dik li kull min jagħlaq it-18 –il sena matul l-2017 igawdi minn trasport b’xejn. Ġie estiż l-użu ta’ Tallinja Card fejn issa wieħed jista’ jħallas għall-vjaġġ tal-laneċ li joperaw bejn tas-Sliema u il-Belt Valletta kif ukoll dawk li joperaw bejn il-Kottonera u il-Belt Valletta b’dawk li jagħmul użu minn din il-
Card
jibbenefikaw minn roħs tan-nol tal-lanċa.
Sabiex il-passiġġieri jkunu nfurmati aħjar, l-operatur tat-trasport pubbliku introduċa il-
Mobile App
. Din l-
App
tgħin lill- passiġġieri sabiex ikunu jistgħu jippjanaw il-vjaġġi tagħhom aħjar. Daħlu ukoll 204 karozzi tal-linja ġodda, 28 minnhom aktar kmieni din is-sena, b’dawn ta’ l-aħħar magħmmra b’USB
chargers
. Dawn il-karozzi tal-linja għandhom magni EURO 6, u allura jniġġsu anqas u huma mgħammra b’żewġt bibien u b’hekk it-tlugħ u nżul tal- passiġġieri minn ġol-karozzi tal-linja jitħaffef.
Inħossu li dawn il-miżuri flimkien ma’ oħrajn li qegħdin jiġu studjati qegħdin jgħinu sabiex il-poplu jrabbi aktar fiduċja fis-servizz tat-trasport pubbliku. Din il-fiduċja ġdida qed tirriżulta f’żieda fin-numru ta’ passiġġieri li qedin jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport publiku. Tajjeb wieħed jinnota li is-sena li għaddiet aktar minn 43 milljun passiġġier għamlu użu minn dan is-servizz li jfisser żieda ta’ madwar 8% fuq is-sena preċedenti. Għall-ewwel 8 xhur ta’ din is sena, meta ikkumparat mal-istess perjodu is-sena li għaddiet, iż-żieda fin-numru ta’ passiġġiera huwa ta’ 12%.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet azzjonijiet ta’ infurzar matul l-ewwel sitt (6) xhur tas-sena 2017 u fiex kienu jikkonsistu dawn l-azzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika eżatt għal liema tip ta’ azzjonijiet ta’ infurzar qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm hits fuq il-portal il-ġdid tal-Awtorità tal-Ippjanar fl-ewwel ġimgħa li kien imniedi dan il-portal?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1290, skont is-sistema tal-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm erbgħin elf ħames mija u ħamsa u għoxrin hit (40,525) fuq il-websajt il-ġdida tal-istess Awtorità fl-ewwel ġimgħa minn meta ħarġet uffiċjalment għall-użu tal-pubbliku.
Din l-informazzjoni nġabret fuq kemm il-IP Address differenti, estern mill-Awtorità, aċċessa din il-websajt bejn l-24/7/2017 u t-30/7/17 f-intervalli ta’ nofs siegħa b’tali mod li jekk l-istess IP Address aċċessa l-websajt għal aktar minn darba, dan ġie ripetut jekk f’ intervalli differenti u mhux ikkalkulat jekk fl-istess intervall ta’ nofs siegħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess tqassam għand l-applikanti mill-Awtorità tal-Ippjanar bejn it-30 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 190, skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-Awtorità bagħtet mitejn u sittin (260) permess (inkluzi kemm permessi eżegwibbli u dawk mhux eżegwibbli) bejn it-30 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017. Ta’ min jirrimarka li, skont l-istess informazzjoni miġbura mill-Awtorità, l-ammont hu fil-medja tax-xogħol li jsir f’perjodi oħrajn.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar, jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
Malta minn dejjem kellha l-aħjar relazzjonijiet mar-Renju Unit u rridu nkunu attivi fi hdan l-UE biex nassiguraw li n-nego¿jati ta’ Brexit iħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b’attenzjoni partikolari fuq l-interessi ta’ Malta u l-Maltin.
L-Onor Interpellant jifhem li hemm diversi aspetti li jridu jiġu salvagwardjati inkluż li r-Renju Unit ma jistax ikollu pakkett aktar favorevoli minn dak li ġġib sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hemm diversi oqsma li qed jigu kkunsidrati fl-analiżi li qed iwettaq il-gvern Malti nkluż id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jaħdmu u jistudjaw fir-Renju Unit, l-interessi tan-negozji Maltin li joperaw jew li joffru servizz fir-Renju Unit, l-aċċess tas-suq ewlieni Ewropew, kif ukoll oqsma oħra tal-ekonomija. Irridu naraw ukoll fost ohrajn li l-arrangamenti li għandha Malta mar-Renju Unit fil-qasam tal-kura għall-pazjenti jibqgħu mhux mittiefsa.
Ta’ min ifakkar ukoll li l-Gvern għadu kemm waqqaf it-taskforce għall-promozzjoni tan-negozju ta’ Malta fir-Renju Unit, immexxija mis-Sur Joseph Zammit Tabona. It-taskforce twaqqfet biex timplimenta pjan t’azzjoni sa tmiem l-2019 biex jiġi promoss negozju, inkluż dak industrijali, ekonomiku u attivitajiet finanzjarji lejn Malta b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit.
L-Onorevoli Interpellant japprezza li mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju li l-Gvern jippublika r-riżultati ta’ l-analiżi tiegħu. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor tinsab f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ssalvagwardjati.
Awtorità tal-Ippjanar – azzjoni biex titneħħa struttura tal-ħadid u electronic billboard
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 744 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għalfejn l-Awtorità tal-Ippjanar naqset milli tieħu azzjoni diretta biex titneħħa struttura tal-ħadid u electronic billboard li jinsabu installati quddiem kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u dan minkejja li l-istess Awtorità tal-Ippjanar ċaħdet applikazzjoni biex dan l-iżvilupp illegali jiġi sanzjonat u ħarġet avviż ta' infurzar li għandu n-numru ta' referenza EC/00340/13?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-Avviz biex Tieqaf u ta’ Twettieq imsemmi inħareg taht il-KAP. 504, sid din l-istruttura kellu d-dritt statutorju li japplika għall-permess ta’ żvilupp kif ukoll jappella jekk din l-applikazjoni tiġi micħuda, kif fil-fatt għamel. F’ dan il-kas l-Awtorita ma ghandiex il-poter li tieħu azzjoni diretta kif qed jippretendi l-Onorevoli Interpellant, peress li dawn il-poteri jinsabu fl-Avviz Legali 103 ta’ 2016 u ma jistawx jiġu applikati retrospettivament.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 741 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-karigi l-ġodda fl-Awtorità tal-Artijiet li ġew assenjati lill-ħaddiema li kienu fid-Dipartiment tal-Artijiet?
Mistra, Ramlet il-Qortin, Wied Musa – xogħlijiet fuq mollijiet u slipways
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet li hemm bżonn isiru fil-mollijiet u slipways li jinsabu fil-Mistra, tnejn li jinsabu qrib Ramlet il-Qortin, Wied Musa u ieħor li jinsab ftit metri ‘l bogħod mil-lukanda Riviera Hotel u li dawn kollha jintużaw mis-sajjieda?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward taż-zewġ slipways imsemmija, Transport Malta issottomettiet l-applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni u jiġu rranġati l-ħsarat li hemm. Kif jinħarġu l-permessi kollha meħtieġa min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar, ikun jista jinħareġ it-tender għal dawn ix-xogħlijiet minn Transport Malta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu fiż-Żurrieq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Birżebbuġa – xogħlijiet infrastrutturali u proġetti
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu f'Birżebbuġa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu fl-Imqabba?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali u proġetti li qed isiru mill-Ministeru tiegħu fil-Qrendi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.