Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, jgħid kemm saru press conferences mis-Segretarjat Parlamentari u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew iż-żewġ Billboards li saru ftit tal-ġimgħat ilu mill-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva ħdejn iż-żewġ entraturi prinċipali tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? X’kienet l-ispiża involuta? Jista’ jgħid jekk dawn iż-żewġ billboards għandhomx il-permessi neċessarji biex setgħu jsiru fejn saru u jekk iva, jqiegħed il-permessi kollha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Leġislazzjoni Sussidjarja 552.28 – Regolamenti dwar Billboard u Reklami, Artiklu 4.1(o) jeżenti mill-ħtiġiet ta’ permess sa żewġ billbords li jirreklamaw proġetti pubbliċi u jitneħħew meta jitlesta l-proġett.
Ninsab infurmat li dawn il-billborads ġew jiswew €7,300.
L-Isptar Mater Dei – Operazzjonijiet ta’ partial knee replacement
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li qegħdin jistennew operazzjonijiet ta’ partial knee replacement?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hawn 107 persuni li qed jistennew appuntament għal partial knee replacement u li ilhom aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-persuni li l-perjodu ta’ stennija qabeż dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent qed jingħataw preferenza biex l-operazzjoni issir f’Mater Dei jew fi sptar privat fl-iqsar żmien possibbli. F’kull każ fejn l-operazzjoni ssir fi sptar privat, din titħallas mill-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li qegħdin jistennew l-operazzjoni barjatrika fl-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hawn 44 persuna li qed jistennew appuntament għal operazzjoni barjatrika u ilhom aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-persuni li l-perjodu ta’ stennija qabeż dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti qed jingħataw preferenza biex l-operazzjoni issir f’Mater Dei jew fi sptar privat fl-iqsar żmien possibbli. F’kull każ fejn l-operazzjoni ssir fi sptar privat, din titħallas mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid meta beda jitħaddem l-apparat tas-Cyclotron? Jista' jgħid ukoll kemm nies għamlu użu minn dan is-servizz xahar b'xahar minn meta beda jintuża?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19307, jista’ l-Ministru jipprovdi l-lista tal-bajjiet li minnhom inġabru l-24 kampjun li ġew pożittivi għal kontaminazzjoni, ċjoè dawk li jkunu qabżu l-livelli parametriċi fis-sena preżenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Pazjenti li qegħdin jistennew appuntament għal Orthopaedic Out Patients
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20249 u jgħid kemm hemm pazjenti li qegħdin jistennew appuntament għal Orthopaedic Out-Patients?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hawn 1679 persuna li qed jistennew appuntament għall-Orthopaedic Out-Patient. Ħadd minn dawn il-persuni ma ilu jistenna aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biż-żieda ta’ 3 konsulneti ġodda, dawn il-pazjenti ser ikunu qed jirċievu l-appuntament fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna tobba f'pajjiżna li għandhom kwalifiki fid-dijanjożi u l-kura tad-dimensja?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li fl-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunitá, it-tobba kollha tal-familja huma mħarrġa fid-dijanjożi u l-kura tad-dimensja. F'ċerti każijiet jistgħu jirreferu għal speċjalisti tal-Ġerjatrija, Psikjatrija jew Newroloġija skond il-ħtiġijiet tal-każ. Filwaqt li t-tobba kollha f’San Vinċenz, li jinkludu Psikjatri u Newrologi, huma mħarrġin fl-immaniġġjar tal-kundizzjoni tad-dimensja, dawn jinkludu, sbatax-il (17) Konsulent fil-Ġerjatrija u disa’ (9) resident specjalists fil-Ġerjatrija.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Servizzi ta’ social work
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li jirregola s-servizzi tas-social work fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva provduti minn social workers impjegati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat, li l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Jista’ l-Ministru jara li l-kondizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers impjegati mal-Ministeru jittranġaw biex ikunu ugwali għas-social workers impjegati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), peress li fl-aħħar ftehim kollettiv li jirregola l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers impjegati mal-FSWS, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers li huma impjegati mal-Gvern huma inferjuri b’mod sinifikanti meta mqabbla mas-social workers impjegati mal-Fondazzjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat, li l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn pazjenti li jbatu bil-Crohn's Disease u li kienu jidħlu għat-trattament kull tmien ġimgħat minħabba din il-kundizzjoni, tniżżlilhom il-ħin tat-trattament minn sagħtejn għal siegħa? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għal din il-bidla u x'effett din għandha fuq il-pazjenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li t-trattament għall-Crohn Disease qed jingħata skont l-istruzzjonijiet indikati u anke skont standards internazzjonali. Dan ifisser li jista’ jingħata f’siegħa.
Madankollu, il-protokol mhux wieħed ta’ ‘one size fits all’ u l-ħin tal-infusion u l-follow up post-infusion jista’ jvarja skont il-każ.
Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Impjegati f’bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-Ministeru tiegħu li huma f’bordijiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fill-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva hemm 210 impjegat li huma appuntati fuq bordijiet tal-istess Ministeru. Din il-figura tinkludi Reġistraturi, membri ex-ufficio, membri eletti u membri sostituti.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Press conferences
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru press conferences mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża matul dawn l-aħħar għaxar snin biex ġew rimedjati l-ħsarat fil-konkos tal-Isptar Mater Dei skont kif kien qal predeċessur tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena? Jista' jgħid ukoll min għamel dawn ix-xogħlijiet, x'tip ta' xogħlijiet saru u fejn saru?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.