Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15433, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-advisory cost biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'dik il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17073.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.

Kalkara — Skola Primarja - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17156 u 17311 u jgħid meta ser isiru x-xogħlijiet meħtieġa fl-Iskola Primarja tal-Kalkara, speċifikament fuq is-saqaf fejn hemm il-klassijiet tal-Kindergarten hekk kif l-istat li jinsab fih huwa ta’ periklu kbir għall-istudenti u għalliema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejin id-diskussjonijiet bejn l-istakeholders konċernati sabiex ix-xogħlijiet neċessarji jsiru bl-aktar mod sigur.

National Research and Innovation Plan 2023-2027

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra in-National Research and Innovation Plan 2023-2027?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-Imsida u Ta’ Xbiex – Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx idea dwar meta se titlesta l-Iskola Primarja tal-Imsida? Jista’ jgħid ukoll jekk it-tfal mill-Imsida u Ta’ Xbiex ikunux jistgħu jibdew jattendu fiha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-iskola tal-Msida ser tkun lesta din is-sena.

Għalliema pensjonati li għadhom jgħallmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn għalliema pensjonanti li baqgħu jaħdmu u qegħdin itaffu xi ftit il-problema ta’ nuqqas ta’ għalliema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ċentri tar-Riżorsi — Ħinijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi raġuni partikolari għala l-iskejjel speċjali, magħrufa aħjar bħala Resource Centres, jibdew fid-9 ta’ filgħodu, iktar tard minn skejjel oħra, peress li dan qiegħed joħloq diffikultà għal dawk il-ġenituri li jaħdmu u li jixtiequ jwasslu lit-tfal tagħhom huma minħabba l-kundizzjoni partikolari li għandhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. Interpellat li din hija miżura marbuta mal-kuntest uniku ta’ dawn iċ-ċentri.

Ħal Tarxien – Skola Primarja l-qadima – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16571 jista’ l-Ministru jgħid x’esiġenzi qiegħed jara li l-Iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien jippresta ruħha għalihom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-iskola mesmmija qed tintuża bħala skola ta’ kontinġenza.

Skejjel — evacuation chair għal persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15799, 16554 u 17071 u jgħid f'liema skejjel hemm evacuation chair li jista' jintuża minn persuni b'diżabilità f'każ li jkun hemm nirien fis-sular ta' fuq tal-istess skejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skola Medika ta’ Malta — Studenti barranin – Eżenzjoni mill-ħlas

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16149 u 17104, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti barranin mill-215-il student li attendew l-Iskola Medika matul dawn l-aħħar 12-il xahar, li kienu eżentati mill-ħlas?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba parlamentari 16149 fejn l-informazzjoni mitluba diġa ġiet sottomessa.

Accelerated progression – Għalliema li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li bbenefikaw mill-accelerated progression għal kull sena minn meta ddaħħlet fis-sistema u jaqsamha skont skala 8 u 9 rispettivament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 480 għalliem mill-iskali msemmijja li bbenefikaw minn accelerated progression.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ċentru tal-Università — Xewkija – xogħlijiet fuq l-estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija Għawdex sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex intefqu? Jista’ jgħid ukoll x'hemm ippjanat li jsir fuq din l-estensjoni matul din is-sena u kemm hu l-baġit allokat għal din l-estensjoni għal-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħal Qormi – Skola Primarja ta’ San Ġorġ — Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ bosta lmenti dwar l-istat li tinsab fih l-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ, f’Ħal Qormi, li ilu jingħad li se jibda x-xogħol fuq din l-iskola, jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta se jibda dan ix-xogħol u meta effettivament se jkun qed jispiċċa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fl-iskola msemmija mistennija jibdew matul ix-xhur li ġejjin u jdumu sentejn skolastiċi. Xogħlijiet mistennija jkunu lesti għas-sena skolastika 2026-2027. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-iskola se tibqa’ tiffunzjona matul il-perjodu kollu tal-proġett bl-iktar mod sigur.

Dipartiment tal-Edukazzjoni – LSEs bi kwalifiki minimi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kwalifiċi minimi biex persuna tiġi ingaġġata bħala LSE mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm hawn LSEs li għandhom biss il-kwalifiċi minimi u li qatt ma ngħataw taħriġ dwar ix-xogħol tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħala kwalifiki minimi biex persuna tiġi ngaġġata bħala LSE jridu jkunu għaddew mill-eżamijiet ta’ kwalifikazzjoni li saru mid-Dipartiment tal-E¿amijiet fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti flimkien ma’ kwalunkwe pass ieħor fil-livell Ordinarju Livell “O” flimkien ma ċertifikat fil-livell Avvanzat rikonoxxut fil-livell 4 tal-MQF.

Nuqqas ta’ LSEs – Pjan tal-Gvern

Question

Fid-dawl tal-fatt li hawn nuqqas kbir ta’ LSEs, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern sabiex jindirizza din il-problema fix-short term u long term?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex bħalissa haw madwar 3,652 LSE, l-akbar ammont ta’ LSEs li qatt kienu ngaġġati. Madanakollu l-Ministeru, permezz tal-Istrateġija Nazzjonali u l-mudell il-ġdid tal-Inklużjoni ser ikun qed iħares lejn kif nistgħu nkomplu naqdu l-bżonnijiet tal-istudenti b’mod sostenibbli.

Initial Investment Plan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14957 u 16266, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-‘Initial Investment Plan’ imsemmi fil-ftehim bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Kalkara — Skola Primarja - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17156 u jgħid meta ser isiru x-xogħlijiet meħtieġa fl-Iskola Primarja tal-Kalkara, speċifikament fuq is-saqaf fejn hemm il-klassijiet tal-Kindergarten hekk kif l-istat li jinsab fih huwa ta’ periklu kbir għall-istudenti u għalliema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Studenti li jirrapreżentaw lil pajjiżna f'konkorsi tal-immudellar — Sapport

Question

Fid-dawl li studenti li jitilgħu jirrapreżentaw lil Malta f'attivitajiet sportivi jiġu skużati mill-iskola waqt il-ġranet li jkunu neqsin u kif intqal fi tweġibiet oħra, dawn l-istudenti jiġu mgħoddija x-xogħol li jkunu tilfu, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dan ma jgħoddx ukoll għal dawk l-istudenti li jitilgħu jirrapreżentaw lil pajjiżna f'konkorsi tal-immudellar li jirrikjedu wkoll bosta preparamenti u dixxiplina? Jista’ jgħid ukoll kif anke lil dawn l-istudenti jista’ jingħatalhom dan it-tip ta' support anke mill-iskola, kemm biex ma jitniżżlux bħala assenti u anke biex ma jitilfux ix-xogħol li jkun sar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull attività fejn l-istudenti jipparteċipaw barra minn Malta u din tkun waħda uffiċċjali, fejn dawn jirrappreżentaw lil Malta, dawn l-istudenti jiġu skużati bl-istess mod.