Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni preżentement impjegati sal-aħħar tas-sena 2019 fil-Public Service Commission u jista’ jindika l-gradi relattivi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nformat li sa l-aħħar ta’ l-2019 kien hemm 18-il impjegat mal-Public Service Commission li jvarjaw bħala gradi minn Segretarju Eżekuttiv għal Assistenti Diretturi u ħaddiema klerikali u amministrattivi.
Uffiċċu tal-Prim Ministru – spiża fuq mobile phones
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienet l-ispiża li saret fil-Ministeru tul is-sena 2018 f’mobile phones kif ukoll jista’ jiġi indikat l-ispiża li saret fis-segreterija privata tal-ministru tul dik is-sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nformat li ma kien hemm ebda spiża fuq mobile phones fl-2018.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15381 u jgħid kemm kienet l-ispiża tas-setup tal-Konferenza tal-Aħbarijiet immexxija minnu nhar it-Tnejn 8 ta’ Ġunju 2020, bi break down tal-ispejjeż u min kien il-kuntrattur jew kuntratturi ingaġġati?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħawlu siġar lokalità b’lokalità mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu minn Jannar 2020 s'issa?
Response (ABELA, ROBERT)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-afforestazzjoni ma tagħmilx parti mid-dekasteru ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fl-Internal Audit and Services Department sal-aħħar tas-sena 2019 u f’liema gradi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nformat li fid- Dipartiment tal-Awditjar u l-Investigazzjonijiet hemm 34 haddiem li bħala gradi jvarjaw minn Diretturi għal gradi klerikali u amministrattivi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – użu minn fotografer privat
Question
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-uffiċċju tiegħu qed jagħmel użu minn fotografu privat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u mhux mill-fotografu tad-DOI kif inhi l-prassi? Jista’ jgħid jekk il-fotografu msemmi hux qed jagħmel dan f’ismu jew f’isem kumpanija? Jekk f’isem kumpanija, jista’ jgħid x’jisimha din il-kumpanija?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninfurma lill-Onor Interpellanta li l- Prim Ministru dejjem uża u għadu juża is-servizzi tal fotografi tad-DOI f’ kull avviniment uffiċjali li jkollu. Ninsab nformat li l-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw b’mod separat, tipprovdi servizz ta' videographer.
Servizz Pubbliku — Eżerċizzju biex position of trust u/jew persons of trust isiru impjieg permanenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn Jannar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza bediex eżerċizzju jew hemmx pjan jew ħsieb biex il-positions of trust u/jew persons of trust isiru impjiegi permanenti fis-Servizz Pubbliku jew fiċ-Ċivil?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jistgħux, la bil-Liġi u lanqas bil-kuntratt li jidħlu għalih.
Għaldaqstant la qalba bħal din ma tistax isseħħ, la se jinħela ħin biex jitfassal pjan u lanqas biex ikun iffurmat xi ħsieb simili, kif qed jissuġġerixxi hu.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15049 u jgħid għal liema raġuni r-rapporti fuq Family Friendly Measures (FFM) ma baqgħux jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-People and Standards? Għalfejn l-aħħar rapport huwa tal-2014? Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tal-2015, 2016, 2017, 2018 u 2019?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nformat li l-People & Standards Division se jkunu qed jippublikaw din l-informazzjoni bħal ma jigri s-soltu fiż-żmien li ġej. Tajjeb jingħad li s-Servizz Pubbliku kien u għadu leader fejn jidħol it-teleworking u fejn jidħol il-bilanċ bejn ħajja u xogħol u dan intwera b’mod ċar waqt l-imxija ta’ Covid-19.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15048, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-figuri kif mitluba fil-mistoqsija parlamentari, jiġifieri xahar b’xahar u mhux biss bħala total?
Response (ABELA, ROBERT)
It-tagħrif jinsab hawn anness:
Xahar
Total
Jannar-19
28
Frar-19
31
Marzu-19
25
April-19
25
Mejju-19
31
Ġunju-19
23
Lulju-19
19
Awwissu-19
27
Settembru-19
21
Ottubru-19
32
Novembru-19
32
Diċembru-19
16
Jannar-20
50
Frar-20
26
Marzu-20
27
April-20
13
Mejju-20
31
Ċittadini Maltin u Barranin li ħarġu jew daħlu fil-pajjiż
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ċittadini Maltin u kemm ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, ħarġu minn pajjiżna u kemm minnhom għamlu użu mill-Ajruport Internazzjonali tul ix-xahar ta’ Mejju 2020? Jista’ jgħid kemm persuni daħlu f’pajjiżna fl-istess perjodu maqsuma ċittadini Maltin u ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, fl-istess żmien?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Numru tat-telefon 153 – kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il telefonata daħlet fuq il-153 li jistaqsu fuq kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali fis-snin 2018 u 2019?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfirmat li l-ammont ta’ telefonati li daħlu fuq Freephone 153 li jitrattaw akkomodazzjoni soċjali bejn l-2018 u l-2019 huma ta’ 5,160.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15074 u 15203 u li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru totali ta' ħaddiema ingaġġati mal-Gvern sena b’sena għas-snin 2013-2019? Jista' speċifikament jgħid kemm minn dawn kienu jaħdmu fi sptarijiet u kliniċi u kemm kienu għalliema jew f'oqsma b’kuntatt dirett ma' studenti u ġenituri?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li nirreferi lill- Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari nru 1012 u 12908, ninsab nformat li bejn l-2018 u l-2019, f’sentejn, ġew ingaġġati 3,220 ħaddiem. Minnhom, 1130 jaħdmu fl-isptar jew fil-bereġ waqt li 984 jaħdmu ma’ studenti jew ġenituri. Għaldaqstant, dawn i¿-¿ewġ setturi jammontaw għal 65% tal-ingaġġi kollha
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-ispiża u/jew flejjes kollha minfuqa b'rabta mal-Konferenza tal-Aħbarijiet li huwa indirizza flimkien mal-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u mal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, nhar it-Tnejn 8 ta’ Ġunju 2020 filgħaxija?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tas-setup tal-Konferenza tal-Aħbarijiet immexxija minnu nhar it-Tnejn 8 ta’ Ġunju 2020, bi break down tal-ispejjeż u min kien il-kuntrattur jew kuntratturi ingaġġati?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entita/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma’ jagħti l-ismijiet tal-persuni)?
Jista’ l-Ministru jispjega għala ma saritx sejħa pubblika biex intgħażlet kumpanija partikolari kif indikata separatament biex jiġi pprovdut bastiment biex jittellgħu fuqu numru ta’ immigranti? Jistax il-Ministru jgħid jekk il-familja propretarja ta’ din il-kumpanija tiffinanzjax lill-Partit Laburista u allura kienet din ir-raġuni li ntgħażlet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kumpanija ġiet assenjata biex tagħmel id-dawl biex xegħel il-bini biex jgħid ‘Grazzi għall-ħidma waqt l-imxija tal-COVID-19’?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li kull ma sar kienu projections ma’ bini li kienu parti minn produzzjoni ta’ video għal għan li semma l-Onor. Interpellant.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji — tmexxija
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14341 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?
Jista' l-Prim Ministru jgħid hekk għandux intenzjoni li jagħmel intake ta’ skrivani mal-Gvern? Jista' jgħid hekk hux ser isiru interviews interni għall-promotions fiċ-ċivil ?
Response (ABELA, ROBERT)
Niforma lill-Onor Interpellant illi l-vakanzi fis-Servizz Pubbliku jiġu aġġornati il-ħin kollu u jekk ikun hemm vakanzi kemm interni u kemm esterni joħorġu sejħiet għalihom skont kif meħtieġ u dan joħroġ ċar minn numru ta’ sejħiet li joħorġu kull nhar ta’ Ġimgħa.