Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vitals Global Healthcare — servizzi

Question

B'referenza għad-diversi mistoqsijiet parlamentari relatati mal-Hospital Concession Agreement dwar l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Isptar Karin Grech fejn: (1) mill-mistoqsija parlamentari 3310 jirriżulta li l-flus imħallsa mill-Gvern lill-kumpanija Vitals Global Healthcare ( VGH ) matul is-snin 2016 u 2017 kienu jammontaw għal 50 miljun Ewro; (2) mill-mistoqsija parlamentari 3629 jirriżulta li dawn il-pagamenti li saru lill-VGH huma skont it-termini maqbula fil-kuntratti li saru bejn il-Gvern u l-VGH; (3) mill-mistoqsija 3774 jirriżulta li dawn il-pagamenti saru skont l-ammont ta' servizzi li l-Gvern xtara mingħand il-VGH; (4) mill-mistoqsija parlamentari 3926, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa kien mitlub jgħid għal liema servizzi tħallsu l-€50 miljun u fit-tweġiba ma ngħadx x'kienu s-servizzi mogħtija imma sempliċement erġajt ġġġe irreferut għall-mistoqsija parlamentari 3310; u (5) mill-mistoqsija parlamentari 4421, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa reġa' ġ ġ mitlub jindika x'kienu dawn is-servizzi, fit-tweġiba ntqal li l-ammont imsemmi kien ħlas fiss dovut lill-imsemmija kumpanija. Għaldaqstant jista' issa d-Deputat Prim Minsitru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienu dawn is-servizzi li jammontaw għal €50 miljun?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħlas imsemmi minnu kien il-ħlas dovut għal servizzi skont kif maqbul bejn il-Gvern u l-konċessjonarju.

Sptar Mater Dei — Tqala ta' nisa kawża ta' stupru

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fl-2016 u fl-2017, kemm kien in-numru ta' nisa li weldu fl-Isptar Mater Dei li kellhom tqala li kienet kawża ta' stupru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Mater Dei ma jżommx din l-istatistika.

Operazzjoni Urġenti – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jsegwi l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dwar operazzjoni urġenti li suppost saret fil-ġimgħat li għaddew, iżda ma rċevew l-ebda avviż?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.

POYC – pilloli tal-persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, minħabba li l-pilloli offruta lilha mill-POYC jagħmlulha l-ħsara, u jekk hijiex intitolata għall-pilloli simili b'ditta differenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie segwit.

POYC – servizz ta’ pilloli lill-persuni anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi servizz għal dawk l-anzjani li jużaw is-servizz tal-POYC u li huma taħt is-70 sena u m' għandhomx min iġibilhom il-pilloli d-dar, minħabba li huma kostretti li jibqgħu f'darhom minħabba mard?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema tas-70+ ġiet imnedija fl-2016 u hija provduta fil-lokalitajiet kollha. Sa l-aħħar ta' Frar ta’ din is-sena il-POYC kellu 832 pazjent irreġistrat u li qed jibbenefika minn din l-inizjattiva. Din l-istess skema hija miftuħa għal pazjenti ta' 70 sena jew aktar kif ukoll għal persuni ta’ kull eta’ b'diżabilità rreġistrati mal-KNPD. Ninfurmah ukoll illi dan il-gvern beda jipprovdi servizzi bħal Renal Home Replacement Therapy kif ukoll Oxygen refilling services lill-pazjenti kollha u ta’ kull eta’. Fil-każ tal- Continuous Ambulatory Peritoneal Dialysis (CAPD), dan is-servizz tnieda fl-2016 u minnu ibbenefikaw pazjenti b’ kidney impairment for home dialysis . In-numru ta' pazjenti li jibbenefikaw minn dan is-servizz huwa ta' madwar 80. Is-servizz tal- Oxygen refilling services tnieda fl-2017 għal pazjenti li jsofru minn problemi respiratorji. In-numru ta' pazjenti li jibbenefikaw minn dan is-servizz huwa ta’ madwar 250.

Inizjattivi għall-infermiera

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika u jagħti tagħrif jekk hemmx xi inizjattivi reċenti sabiex l-infermiera jibqgħu mexjin ‘il quddiem fil-karriera tagħhom u jispeċjalizzaw f’qasam speċifiku partikolari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm diversi inizjattivi sabiex l-infermiera jkunu jistgħu jimxu ‘l quddiem fil-karriera tagħhom. Issa l-infermiera għandhom il-possibbilità li jispeċjalizzaw f’qasam speċifiku partikolari u dawn ser ikunu rikonoxxuti. Permezz tal-Avviż Legali 59 ta’ din is-sena, se jkun qiegħed jinħatar Kumitat għat-Taħriġ biex jaraw it-taħriġ u l-kwalifiċi neċessarji għal kull speċjalizzazzjoni kif ukoll se jkun qiegħed jinħatar Kumitat għall-Approvazzjoni dwar Speċjalisti għal Infermiera li jakkredita l-infermiera/qwiebel li jkunu għamlu t-taħriġ neċessarju u temmewh b’suċċess. L-ispeċjalizzazzjonijiet offruti lill-infermiera huma fl-Anestesija u Maniġġjar tal-Uġigħ, fid-Diżabbiltà Intellettwali, fil-Forensika, fil-Ġenetika, fil-Ġerjatrija, fl-Immaġini Mediku Nukleari, fil-Kirurġija, fil-Kontroll tal-Infezzjoni, fil-Kura Intensiva, fil-Kura Palljattiva, fil-Kura Primarja u tal-Komunità, fil-Kura tal-Emerġenza,fil-Mediċina, fl-Onkoloġija, fil-Pedjatrija u fil-Psikjatrija, fir-Rijabilitazzjoni u fis-Saħħa Pubblika. L-ispeċjalizzazzjonijiet għall-qwiebel huma fil-Kura Neonatali, fil-Kura Primarja u tal-Komunita’, fl-Ostetriċija, fis-Saħħa Mentali Perinatali, fis-Saħħa Pubblika kif ukoll fis-Saħħa Riproduttiva.

Avviżi Legali dwar stil ta’ ħajja sana

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika meta mistenni li jitressqu l-Avviżi Legali li dwarhom kien hemm qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fl-aħħar leġislatura, b'rabta mal-liġi dwar stili ta' ħajja sana, liema liġi kienet tressqet mill-Oppożizzjoni u ġiet approvata unanimament mill-Parlament f'Jannar 2016? Dawn l-Avviżi Legali kellhom jitrattaw fost l-oħrajn l-oqsma tal-edukazzjoni, kunsilli lokali kif ukoll l-anzjani.

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li ma Jitteħidx fassal żewġ avviżi legali dwar dan il-qasam, li fiż-żmien li ġej ser ikunu ikkunsidrati għal pubblikazzjoni.

Ħal Qormi – Policlinic – rranġar ta’ lift

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jara li l-lift fil-policlinic ta’ Ħal Qormi jitranġa għaliex pazjenti b’nuqqas ta’ mobilità qed ikollhom diffikultà biex jaċċessaw il-binja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed isir ix-xogħol ta’ procurement għas-servizz ta’ tiswija tal-lift imsemmi minnu.

Ministeru għas-Saħħa — spejjeż ta' media events

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba minni, bħala Ministru għas-Saħħa.

Bord tad-Diretturi għas-Saħħa Mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’rakkomandazzjonijiet elenkaw il-Bord tad-Diretturi għas-Saħħa Mentali li ilu mwaqqaf mill-bidu tas-sena li għaddiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord għas-Saħħa Mentali jiddiskuti materji varji relattati mal-qasam tas-Saħħa Mentali. Sadanittant fil-ġimgħat li għaddew sar xi tibdil fil-membri tal-bord imsemmi minnu u ġew maħtura chairperson u membru ġdid.

Ħaddiema fis-Servizzi tas-Saħħa Mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hemm ħaddiema neqsin f’kull servizz mogħti fil-qasam tas-saħħa mentali? X’qiegħed isir biex dawn il-postijiet vakanti jimtlew kemm jista’ jkun malajr?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-reklutaġġ isir skont il-proċeduri stabbiliti fis-Servizz Pubbliku u l-esiġenzi tas-servizz. F’dawn il-ġranet, kif jiġri kull sena qegħda ssir kampanja kongunta mid-Dipartiment tas-Saħħa u l-MUMN sabiex aktar żagħżagħ jitħajru jitħarrġu f’dan is-settur.

Care Plan Coordinators fil-qasam tas-Saħħa Mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx impjegati bħala Care Plan Coordinators fil-qasam tas-Saħħa Mentali sabiex jaraw li l-programmi mfassla mit-team multi-dixxiplinarju fil-care plans tal-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali, ikunu qed jiġu implimentati u konformi mal-pjan ta’ kura miftiehem?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-moniteraġġ tal-Care Plans isir bħala parti mill-audits u sistemi ta’ moniteraġġ tas-servizz kemm mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali u kif ukoll mid-Dipartiment tal-Psikjatrija.

Każijiet ta’ suwiċidji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li kkommettew suwiċidju fis-snin 2015, 2016 u s-sena l-oħra? F’kull każ, jista’ jagħti wkoll l-età ta’ dawn il-persuni u kemm minnhom kienu rġiel u kemm kienu nisa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 27335, tat-tnax il-leġiżlatura.

Ommijiet tqal għal interventi kirurġiċi fuq it-trabi fil-ġuf

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intbagħtu ommijiet tqal għal interventi kirurġiċi fuq trabi fil-ġuf wara li t-trabi kienu nstabu jsofru minn kundizzjonijiet li setgħu jsiru interventi qabel ma jitwieldu? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin kif ukoll in-natura tal-kundizzjoni li ġew operati għalihom? Kemm kienet l-ispiża totali sena b'sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt filwaqt li ninfurmaha illi permezz tal-Bilateral agreement li sar bejn Malta u l-Inġilterra, id-Dipartiment għas-Saħħa ma ħallasx għat-trattamenti ta’ dawn l-ommijiet tqal. Sena Numru ta’Ka¿ ijiet Kawza 2017 5 Early TTTS in MCDA pregnancy; Severe feto-placental insufficiency; Twin to twin transfusion syndrome; Monochorionic diamniotic twin pregnancy; Foetus (36 wks) had diaphragmatic hernia + polyhydramnios. 2016 4 twin gestation with severe TTT;, Twin to twin transfusion in monochorionic twins;Severe fetal non-immune hydrops with severe bilateral chylothorax, severe ascites and ggeneralised skin and nuchal oedema; 17 weeks gestation foetus diagnosed with posterior urethral valves. 2015 1 Monochorionic diamniotic twin pregnancy 2014 2 Singleton fetus with diaphragmatic hernia; chronic twin to twin transfusion 2013 0

Interventi biex tintemm tqala

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk u kemm saru interventi biex tintemm tqala wara li jkun ġie stabbilit li din kienet se tkun ta' periklu għall-ħajja tal-omm tul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid fejn saru dawn l-interventi? Jista’ jgħid ukoll sarux interventi simili, jekk u meta ġie identifikat li t-tarbija kienet qed issofri minn kundizzjoni li ma kenitx se tkun vijabbli? Jekk saru dawn l-interventi, jista’ jgħid fejn saru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma saru l-ebda interventi mid-Dipartiment tas-Saħħa matul dawn l-aħħar ħames snin biex tintemm tqala.

Warfarina — testijiet tad-demm

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-policy kif ikun deċiż jekk persuna li tkun tieħu l-warfarina, it-test tad-demm isirx b'injection mill-vina jew b'tingiża mis-saba'?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-maġġor parti tal-każijiet ta’ pazjenti fuq il-warfarina, dawn jistgħu jinqdew fiċ-ċentri tas-Saħħa fejn jittieħdu d-demm b’tingiża mis-saba’. Ta’ min ifakkar illi dan hu servizz li ġie ntrodott f’dawn l-aħħar snin. F’ċerti każijiet pazjent jista’ jiġi referut mit-tabib/konsulent għal-Anti Coagulant Clinic fi ħdan l-isptar Mater Dei fejn l-istess pazjent ikollu bżonn tehid tad-demm mill-vina. Dawn il-każijiet huma s-segwenti: 1. Riżultati ta' INR instabbli 2. Riżultati fejn l-INR ikun għola minn 3.0. 3. Pazjenti li jbagħtu minn Antiphospholipid syndrome. 4. Mard tal-fwiet. 5. Mard tal-kliewi. 6. Dawk li qegħdin fuq xi mediċini oħrajn li jraqqu d-demm fosthom dual antiplatelet agents . 7. Kanċer attiv ( fejn il-pazjent ikun qed jirċievi r-raġġi jew il-kimoterapija) F'ċerti każijiet huwa rrakkomandat ukoll li l-pazjent jsirlu appuntament fil- Haematology jew Cardiology Department sabiex isir assessment mill-ispeċjalista minħabba l-bżonn ta' mediċini għal kontra t-trombożi jew inkella atrial fibrillation .

Persuni li jwettqu xogħol volontarju jew xogħol missjunarju – servizzi mediċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk persuni li jinsabu f’Malta taħt permess għal residenza sabiex iwettqu xogħol volontarju jew xogħol missjunarju f’Malta, humiex intitolati għas-servizzi mediċi kollha f’Malta u f’Għawdex, offruti mill-Istat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li jinsabu f’Malta taħt permess għal residenza sabiex iwettqu xogħol volontarju jew xogħol missjunarju f’Malta, huma ntitolati għal servizzi mediċi skont l-Avvi¿ Legali numru 201 tas-sena 2004.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — knsulenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1090, ninfurmah ukoll illi ġew maħtura 10 konsulenti kliniċi ġodda wara t-3 ta’ Ġunju tal-2017 li huma Professuri u Speċjalisti mpjegati mal-Ministeru għas-Saħħa u li jagħtu servizzi mediċi fl-isptarijiet u ċentri tas-saħħa.

Konċessjoni ta’ tliet sptarijiet — Ftehim mal-kumpanija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar il-konċessjoni ta' tliet sptarijiet ċjoè Sptar Karen Grech, Sptar Ġenerali ta' Għawdex u Sptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-konċessjoni tat-tlett sptarijiet msemmija għaddiet għand Steward Healthcare permezz ta’ Share Transfer u allura l-Gvern ma ffirma l-ebda ftehim ġdid.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt. Entita'/Dipartiment Data (minn Jannar 2000-Marzu 2013) Nefqa Direct Order/Tender Deskrizzjoni tax-xiri/Xogħol mogħti Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi 29/02/2000 €1,378.99 Informazzjoni mhux provduta xiri ta' 12 -il ktieb. Ministeru għas-Saħħa 30/01/2002 €2,271.14 Informazzjoni mhux provduta Kotba mixtrija għal u¿u tal-Ministeru għas-saħħa Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa 05/05/2011 €16,520.00 Direct Order Pubblikazzjoni ta' ktieb edukattiv li tqassam b'xejn fl-iskejjel kollha tal-gvern, privati kif ukoll tal-knisja.