Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux suppost li l-bejjiegħa tal-laħam ipproċessat f'Malta jindikaw l-oriġini tal-materja prima (f'dan il-każ, laħam) fis-sens li jindikaw jekk il-laħam użat ikunx imrobbi f'Malta jew inkella importat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li r-Regolamenti tal-2004 dwar Twaħħil ta’ Tikketti, Preżentazzjoni u Riklamar ta’ Oġġetti tal-Ikel jistipulaw li d-dettalji tal-post tal-oriġini jew provenjenza jridu jidhru fuq it-tikketta tal-oġġetti tal-ikel biss, f’każ li n-nuqqas tal-għoti ta’ dawn id-dettalji, it-tikketta tista’ tqarraq lill-konsumatur rigward il-vera oriġini jew provenjenza tal-oġġett tal-ikel.
Rigward il-mistoqsija tal-Onor. Interpellant dwar laħam ipproċessat, huwa biss il-laħam taċ-ċanga li fuq it-tikketta għandu jkollu fuqu dejjem iddikjarat l-oriġini tiegħu u dan skont Regolament (KE) 1760/2000. Barra minn hekk f’każ ta’ laħam tat-tjur, l-oriġini għandha titniżżel biss meta dan il-laħam ikun qed joriġina minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma t-trabi sena b'sena fl-aħħar għaxar snin li ma twieldux fi sptar jew f'xi istituzzjoni tas-saħħa oħra, jiġifieri twieldu barra mill-ambjent tal-isptar jew xi health centre ieħor?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-pilloli Xatrar li jintużaw minn pazjenti li jkollhom problemi ta’ kliewi, humiex se jiġu inklużi fil-lista ta’ mediċini li jingħataw mill-istat? Jekk fl-afermattiv, meta se jibda jsir dan u jekk fin-negattiv, jista’ jingħad għalfejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-talba għall-mediċina Alfuzosin Hydrochloride (Xatral®) ma tistax tkun pproċessata biex tkun inkluża fil-formularju tal-gvern, għax il-kundizzjoni li għaliha hija indikata, jigifieri, benign prostatic hypertrophy, mhijiex waħda mill-kundizzjonijiet imniżżla fuq Schedule V tas-Social Security Act.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jara li jitmexxa każ urġenti tal-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, liema anzjana ilha ħafna tistenna fuq il-waiting list għal operazzjoni relatata mal-irkoppa u liema anzjana hija nieqsa mid-dawl, u li bħalissa għaddejja minn uġiegħ persistenti relatat ma' disfunzjoni tal-irkoppa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-operazzjonijiet ortopediċi jsiru skont l-urġenza medika tal-każ. Jekk it-tabib tal-pazjenta jemmen li s-sitwazzjoni medika tal-pazjenta tirrikjedi li l-operazzjoni ssir b’urġenza, allura t-tabib għandu jikkuntattja lill-Konsulent Ortopediku tal-pazjenta biex tiġi riveduta l-urġenza tal-każ
Jista' l-Ministru jara jekk l-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, u li l-gvern għandu mikri għandha l-berġa ta' Birżebbuġa, hijiex intitolata li tieħu żieda fil-kera kif stipulat fil-liġi tal-kera, u jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jirritorna ċ-ċwievet tal-berġa lura għand is-sid?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment ikun jista’ jikkonsidra żieda fil-kera minn meta ssir talba formali mingħand is-sid. Ma hemm l-ebda ħsieb li ċ-ċwievet jiġu rilaxxjati.
Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat — servizz ta' pataloġista
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex tneħħa s-servizz ta' patoloġista fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li qatt ma eżista servizz ta’ patoloġista (pathologist) fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
Madankollu jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għas-servuzz ta’ podoloġista (
podiatrist
- speċjalista tar-riġlejn), ninfurmah li dan is-servizz mhux talli ma tneħħiex anzi ġie sostnut b’żieda ta’ podoloġista u lista oħra u b’hekk l-istennijja għal dan is-servizz ġiet kważi non-eżistenti.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex tneħħa s-servizz ta' dentista fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-servizzi tad-dentistrija fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha ġew rilokati fl-Isptar Mater Dei sa kemm isir proċess ta’ refurbishment f’dawn is-sezzjonijiet. Biex dan isir jinħtieġ tibdil fl-istrutturi u l-infrastruttura. Sadanittant is-servizz ġie rilokat fl-Isptar Mater Dei sabiex il-pazjenti jkunu jisitgħu jinqdew xorta waħda.
Għajnuna lill-persuni li kienu esposti għall-asbestos
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li jirriżulta li kienet esposta għall-asbestos u li apparentament għandha problemi ta' saħħa minħabba dan il-fatt tingħatax għajnuna legali mill-istat biex fl-aħħar mill-aħħar tirċievi l-għajnuna meħtieġa li jkollha bżonn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Ministeru tas-Saħħa ma jipprovdix servizzi legali lill-pazjenti. L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jinkludi provvedimenti għal kumpens għal persuni li għandhom problemi ta’ saħħa minħabba l-asbestos. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni jew intervent fuq pazjenti Maltin isiru ġewwa sptarijiet privati jew barra minn Malta minħabba l-fatt li l-kura li jkunu jeħtieġu dawn il-pazjenti ma tkunx tingħata ġewwa l-Isptar Mater Dei? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' interventi huma dawn u kif inhu l-proċess sabiex jintgħażlu dawn il-pazjenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema barranin ċioe tobba, paramedici, eċċ. jaħdmu mal-gvern fl-isptarijiet? Xi grad għandhom u minn liema pajjiż ġejjin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
operazzjonijet privati fuq pazjenti riferuti mill-konsulenti tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet u kemm saru testijiet fil-privat fuq pazjenti riferuti mill-konsulenti tal-gvern? X'kienu dawn, kemm swew lill-gvern din is-sena u fejn saru?
Response (CASSAR, JOSEPH)
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ interventi privati fuq pazjenti riferuti minn konsulenti tal-Gvern, id-Direttorat tal-Medical Materials and Logistics ġewwa l-Isptar Mater Dei jieħu ħsieb il-ġbir ta’ referenzi minn Konsulenti, verifika tal-investigazzjoni li tkun attwalment saret u tħejjija tal-pagamenti dovuti. Dawn l-interventi huma:
· PET (
Positron Emission Tomography
) li tinvolvi tip ta’
X-Rays
minn magna speċializzata li tagħmel dan it-tip ta’ investigazzjoni. Dan is-servizz beda jingħata fil-privat minn din is-sena 2010.
·
Capsule Endoscopy
li tinvolvi inġestjoni ta’
camera
mill-pazjent u li b’makkinarju speċjalizzat jittieħed filmat minn ġewwa tal-imsaren u wara jiġi rapurtat dijanjożi biex jiġi determinat x’kura tkun meħtieġa. Dan is-servizz beda jingħata fil-privat mis-sena 2009.
Skont il-ftehim li hemm bejn il-Ministeru tas-Saħħa u l-Isptar St James/Capua, sallum saru dawn it-testijiet:
PET Scans
: Saru 77 PET scan, li ġew jiswew lill-Gvern €109,415
Capsule Endoscopy
: Fl-2010 saru 18-il intervent u 15-il
trials
li l-hlas tagħhom għadu pendenti u jammonta għal €22,698.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru beda l-proċessi meħieġa biex jinxtara dan l-apparat tal-
PET Scan
biex isiru dawn it-testijiet fl-Isptar Mater Dei.
Il-Gvern ma jibgħatx pazjenti għal operazzjonijiet fi sptarijiet privati.
Ġaladarba f'mistoqsija parlamentari 18142 il-Ministru kkonferma r-rakkmandazzjonijiet tan-National Dementia Strategy Group, jista' jgħid x'inhuma r-rakkmandazzjonijiet, liema minn dawn ġew imwettqa diġà u sa liema data se jiġu evalwati u mwettqa l-kumplament, ġaldarba dawn ilhom f'idejn il-Ministru għaxar xhur?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iffranka flus id-Dipartiment tas-Saħħa minħabba l-mediċini out of stocks matul il-perjodu 2009 u minn Jannar sa l-ewwel ta' Ottubru 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 20663.
Liġi tal-Health and Safety ta' Malta — xogħol tal-Asbestos
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-liġi tal-health and safety ta' Malta fejn jidħol xogħol tal-asbestos hijiex konformi ma' dik tal-Unjoni Ewropea?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Liġi partikolari li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpelant huwa l-Avviż Legali numru 323/06 imsejjaħ “Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Ħaddiema mir-Riskju li Jinħoloq meta Wieħed ikun Espost għall-Asbestos fuq il-Post tax-Xogħol 2006”.
Dan l-Avizz Legali huwa konformi mad-Direttiva bir-riferenza 2003/18/EC tal-Parlament u l-Kunsill Ewropej li ġġib id-data tas-27 ta’ Marzu 2003.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21016 u jgħid jekk kienx hemm rapporti ta' ħsarat fl-Isptar Mater Dei, konsegwenza tax-xita li għamlet bejn il-Ħadd 24 ta' Ottubru u t-Tnejn 25 ta' Ottubru 2010? F'każ li iva, x'kienu dawn il-ħsarat u kemm huwa ikkalkolati li jammontaw f'termini ta' flus?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li konsegwenza tax-xita li għamlet bejn il-Ħadd, 24 ta' Ottubru u t-Tnejn, 25 ta' Ottubru 2010, fl-Isptar Mater Dei kien hemm rapporti li f’xi postijiet daħal xi ilma. Il-ħaddiema li jkunu xogħol apposta biex jattendu għal kull tip ta’ emerġenzi li jistgħu jinqalgħu, ħadu ħsieb biex jaraw li l-ilma li daħal jitneħħa u ma jkunx ta’ periklu. Ħadu nota ukoll ta’ minn fejn seta' daħal l-ilma.
L-Isptar Mater Dei ma kellu jħallas xejn żejjed għall-interventi li għamlu dawn il-ħaddiema għax huma jkunu xogħol biex jattendu għal kull tip ta’ emerġenzi li jistgħu jinqalgħu.
Il-postijiet minn fejn hu maħsub li daħal l-ilma ġew investigati u gie determinat li fil-biċċa l-kbira tal-każi, l-ilma daħal għax għamlet ħafna xita qawwija f’daqqa għal ħin twil. Bħalissa qegħdin fil-proċess biex jiġi determinat x’inhu l-aħjar li jsir biex jekk darba oħra jkun hemm ħafna xita qawwija f’daqqa, l-ilma ma jerġax jidhol ġewwa. Jirriżulta wkoll li fiċ-ċirkostanzi, l-isptar ma sofra ebda ħsarat.
Billi naf b'pazjenti mill-Gżira li għamlu operazzjoni kemm tal-bypass u pacemaker li mhumiex isibu Bastorel 20mg in stock la l-Isptar Mater Dei, la ċ-Ċentru tas-Saħħa, l-Furjana u anki diversi spiżeriji tal-għażla tiegħek, jista' l-Ministru jindika x'jista jsir f'dawn iċ-ċirkostanzi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Procurements ma jixtrix il-mediċina li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant. Għalhekk nitolbu biex ikun aktar speċifiku.
Jista' l-Ministru jara għaliex hemm nuqqas ta' endoscopy fil-ward S4 tal-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jużaw dan l-endoscopy ?Meta se jasal Malta? Kemm ilhom neqsin? Kemm ġew ordnati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li endoscopy hija tip ta’ proċedura medika u mhux xi apparat mediku kif qiegħed jiftiehem mill-Mistoqsija Parlamentari. Apparti minn hekk, ma jsirux endoscopies fil-Ward S4. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku.
Entitajiet pubbliċi u parastatali — problemi ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti f'din l-aħħar sena rigward problemi ta' saħħa u sigurtà fuq postijiet tax-xogħol fis-settur pubbliku u entitajiet pubbliċi u parastatali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul din is-sena l-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol irċeviet 22 ilment mis-settur pubbliku, entitajiet pubbliċi u/jew parastatali.
Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax-xogħol — entitajiet u aġenziji governattivi
Question
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għal mistosija parlamentari 21382, min-numri msemmija, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli għall-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol li tgħid kemm minnhom seħħew f’entitajiet u aġenziji governattivi u liema huma dawn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21382.
Irrid inżid li l-istatistika hija miġbura u maqsuma skont is-settur industrijali u ma ssirx distinzjoni jekk l-inċident seħħx fis-settur pubbliku jew privat.