Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija — Upgrading tal-bitħa

Question

Wara li sar upgrading tal-bitħa interna fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal dehra aħjar, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb, jew le, li jerġgħu jsiru l-bankijiet li fuqhom kienu jistrieħu l-pulizija meta jkunu waqt xi rinforz ta' tul ta' ħin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi, filwaqt li x-xogħol indikat mill-Onorevoli Interpellant għadu mhux komplut, fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija hemm diversi swali li jintużaw mill-membri tal-Korp waqt li jkunu rinforz, bħal per eżempju s-swali tal-canteen, il-games room u diversi swali oħra, li apparti li għandhom faċilitajiet fejn wieħed jista’ joqgħod bil-qiegħda, huma wkoll mgħammra b'apparat tat-television u DVD.
Leg 11 PQ #3800 Sitting 55 2008-11-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każi ta' traffikar ta' Droga

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2907 u jgħid kemm hemm każi li ilhom pendenti aktar minn sentejn dwar traffikar ta' droga? Jista' jaqsamhom skond il-perijodu li ilhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2907, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika kemm hemm każi li ilhom pendenti aktar minn sentejn dwar traffikar ta' droga.
Leg 11 PQ #3921 Sitting 55 2008-11-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Żgħażagħ li tressqu l-Qorti fuq xorb alkoħoliku

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta ċifra xahar b'xahar bejn is-snin 2007 u 2008 sa Ottubru li għadda tal-ammont ta' żgħażagħ li tressqu l-Qorti akkuzati li kkonsmaw jew xtraw xorb alkoħoliku taħt l-età rikjesta mil-liġi? Kemm ġew imressqa sidien ta' stabbilimenti għall-istess perijodu akkużati li taw xorb alkoħoliku lil żgħażagħ taħt l-età rikjesta mil-liġi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi, minn meta daħlu fis-seħħ il-provvedimenti ta’ l-Att Nru III ta’ l-2007 dwar il-minuri u l-alkoħol fl-1 ta’ Lulju 2007, it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Numru ta’ żgħażagħ li nstabu fil-pussess / konsum ta’ alkoħol ġewwa ħwienet Numru ta’ żgħażagħ li nstabu fil-pussess / konsum ta’ alkoħol barra minn ħwienet Sidien ta’ ħwienet li servew alkoħol lill-minuri 2007 Lulju 1 Xejn 1 Diċembru 2 Xejn 1 2008 Jannar Xejn 1 Xejn Frar Xejn 3 Xejn Marzu 2 Xejn 1 April 2 Xejn 1 Mejju Xejn 2 Xejn Lulju 1 Xejn 1 Ottubru 3 Xejn 1 Infurmat ukoll illi filwaqt li s-sidien tal-ħwienet tressqu l-Qorti, iż-żgħażagħ involuti ġew imwissija skond kif jipprovdi l-istess Att.
Leg 11 PQ #3938 Sitting 55 2008-11-17 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati Maltin — Każijiet ta' libell

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' kawżi ta' libell li huma pendenti quddiem il-qrati Maltin bħalissa? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm ilu l-aktar każ ta' libell pendenti quddiem il-qrati tagħna?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta' Malta hemm 18-il libell pendenti quddiem il-Qrati ta' Ġuridizzjoni Kriminali, li minnhom hemm tnejn li jmorru lura sas-sena 1997, u fil-Qrati Ċivili hemm 245 każ ta' libell li għadhom pendenti. L-aktar każ antik ilu minn Ottubru ta' l-1996. Quddiem il-Qrati ta' Għawdex hemm żeewġ kawżi pendenti ta' libell, l-aktar wieħed jmur lura għall-4 ta' Settembru 2007.

Distretti tal-Pulizija — Borderlines

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li finalment jiġu identifikati b'mod preċiż il-borderlines ta' kull distrett tal-pulizija biex b'hekk kull pulizija li jissejjaħ biex jintervjeni, ikun jaf mill-ewwel fejn hu responabbli minnu? Hemm xi ħsieb li jsir studju sabiex wara li jiġi eżaminat kull distrett tal-pulizija vis-a-vis ta' popolazzjoni, nightlife, commercial area,żieda ta' persuni fis-sajf, eċċ, allura jiżdiedu r-riżorsi kemm ta' fizzjali, surġenti u pulizija, kif ukoll f'riżorsi materjali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-limiti li jiddefinixxu ż-żoni tad-distretti fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, minn dejjem kienu stabbiliti. Dawn il-limiti jiġu emendati minn żmiem għal żmien biex jirriflettu d-tibdil demografiku. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi l-Korp jimxi fuq il-linja li, t-tqassim ta' riżorsi umani u materjali jsir skont l-esiġenzi tas-servizz, kif ukoll fil-limiti finanzjarji li għandu. Wieħed, per eżempju, jista jsemmi li matul ix-xhur tas-sajf jiżdied it-tqassim tal-membri tal-Korp fuq rondi f’lokalitajiet ta’ villeġġatura u fuq ix-xtut. Jiġu assenjati wkoll membri tal-Korp lil dawk id-Distretti li fihom ikunu qed jigu ċċelebrati l-festi parrokkjali. Il-Pulizija tkun involuta wkoll f'attivitajiet oħra tal-massa, bħal ma huma kunċerti, li għalihom tintalab il-preżenza tagħhom.

Korp tal-Pulizija — Nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija nisa fil-Korp tal-Pulizija? F'liema grad qed iservu dawn in-nisa li hemm fil-Korp tal-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 317 membri nisa fil-Korp tal-Pulizija, 2 jokkupaw il-kariga ta' Supretendent, 14 Spetturi, 4 Surġenti Maġġuri tat-Tieni Klassi, 41 huma Surġenti, filwaqt li l-kumplament huma kuntistabbli.

Pulizija li tkeċċew mill-Korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm tkeċċew pulizija bħala miżura ta' dixxiplina? F'liema grad kienu meta tkeċċew u kemm kien l-ammont ta' snin ta' servizz li kienu laħqu servew?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi f'dawn l-aħħar għaxar snin tkeċċew 19-il membru mill-Korp tal-Pulizija bħala miżura ta' dixxiplina, filwaqt li 5 membri ġew imneħħija mill-Korp tal-Pulizija fl-interess pubbliku. Il-gradi kienu ta' 2 Spetturi, 3 Surġenti u 19-il Kuntistabbli. Is-servizz li kellhom kien ivarja bejn sentejn u il-21 sena.

Civil Protection/Faċilitá Korrettiva Kordin — Postijiet vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-postijiet vakanti, jekk hemm, fis-Civil Protection fil-preżent? X'inhuma wkoll il-postijiet vakanti fil-Faċilitá Korrettiva ta' Kordin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-postijiet vakanti fid- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Faċilita' Korrettiva Kordin huma kif ġej:- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Faċilita' Korrettiva Kordin Viċi Direttur Manager / Viċi Direttur Uffiċjal ta' Assistenza u Salvataġġ Assistant Manager Supervisor Uffiċjal Korrettivi Anzjani Uffiċjal Korrettiv

Ksur tal-Litter Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ressqet il-pulizija akkużati bi ksur tal-Litter Act f'dawn l-aħħar xahrejn, ċioe' matul ix-xhur ta' Settembru u Ottubru? Minn liema lokalitajiet kienu l-persuni li ġew imħarrka?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Settembru u t-2 ta' Novembru 2008 kien hemm 720 persuna li nstabu li kienu b'xi mod qed jiksru l-Litter Act f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

Police Incident Report System

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għassa tal-pulizija għadha bla sistema kompjuterizzata tal-PIRS I (Police Incident Report System)u dik tal-PIRS II, u liema huma dawn? X'qed isir biex dawk il-membri li għadhom bla password tal-PIRS II u li jservu fl-għasses, fl-aħħar jingħatalhom aċċess għall-istess PIRS II?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 17 Għassa li għadha bla sistema kompjuterizzata tal-PIRS I u PIRS II. Dawn huma:- Furjana - Siġġiewi - Sta Luċija- M'Xlokk - Marsa - Sta Venera - Mtarfa - Dingli - Balzan - Mġarr - San Pawl il-Baħar - Ċirkewwa - Nadur - Mġarr (Gozo) - Marsalforn - Seaport u l- uffiċini tal- Immigration li hemm ġewwa l- Freeport u l- Marina . Infurmat ukoll illi l-maġġor parti tal-membri tal-Korp li jagħmlu xoghol bħala orderlies kif ukoll is-Surġenti fid-Distretti, għandhom aċċess għal dawn is-sistemi. Pero’ ta’ min iżid jgħid illi dan l-aħħar sar upgrading kemm tal-post fejn jingħata dan it-taħriġ, kif ukoll tal-apparat. Għalhekk dan it-taħriġ ser jitkompla fil-jiem li ġejjin.

Offerta ta' flus lill-familja tat-tifla

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu l-pulizija kontra persuni li ppruvaw joffru flus lill-familja tat-tifla Għawdxija ta' 14-il sena biex ma jieħdux passi legali kontra persuni, li isimhom qed jintbagħat separatament, li skond rapporti fil-media allegatament stuprawha? Min huwa dawn il-persuni involuti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Peress illi s-suġġett ta' din il-mistoqsija huwa relatat ma' proċeduri kriminali li għadhom pendenti quddiem il-Qorti, ma nħossx li jkun opportun li wieħed jikkummenta f'dan l-istadju.
Leg 11 PQ #3444 Sitting 54 2008-11-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija ta' Malta — PNB u arbitraġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess li l-assoċjazzjoni tal-Pulizija ta' Malta qed tagħmel fil-PNB u arbitraġġ liema proċess ilu għaddej kważi ħames snin imma għadu bla ebda riżultat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li, filwaqt li d-diskussjonijiet fi ħdan il-Police Negotiating Board ilhom għaddejjin madwar tlett snin, il-proċess tal-arbitraġġ inbeda’ biss xahrejn ilu, bl-ewwel laqgħa ssir fit-2 ta’ Settembru li għadda. Il-proċess għadu għaddej u laqgħa oħra mistennija ssir aktar tard dan ix-xahar.
Leg 11 PQ #3446 Sitting 54 2008-11-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Permess għal xogħol part time

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-Pulizija mhux qed jingħataw permess sabiex jagħmlu xogħol part time skond Kap164(9) mill-Kummissarju tal-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Filwaqt li ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-provvedimenti ta' l-Artikolu 12 u l-klawsola 3(f) tat-Tielet Skeda tal-Att dwar il-Pulizija (Kap.164), ninsab infurmat li kull talba li ssir skont l-artikolu 9 ta' l-istess Att tkun meqjusa skont il-mertu tagħha.
Leg 11 PQ #3447 Sitting 54 2008-11-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — membri tal-banda u tal-precision drill team - time off minflok overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-membri tal-banda u tal-precision drill team tal-Korp tal-Pulizija bdew jieħdu time off in lieu minflok jitħallsu overtime tas-sigħat żejda li jagħmlu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-time off in lieu għall-membri tal-banda u tal-precision drill team ingħata skont l-esiġenzi tas-servizz u skont ir-regolamenti li hemm fis-seħħ.

Liċenzji u permessi tal-kaċċa u ta' l-armi oħrajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm idaħħal flus mil-liċenzji u permessi tal-kaċċa f'Malta u f'Għawdex? Jista' jgħid kemm idaħħal flus mil-liċenzji tal-armi l-oħrajn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' din sena d-dħul mil-liċenzji u permessi għall-kaċċa kien ta' €408,970 filwaqt li d-dħul mil-liċenzji tal-armi l-oħrajn kien jammonta għal €371,227.
Leg 11 PQ #3434 Sitting 53 2008-11-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Sigħat li pulizija jaħdem

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-medja ta' ġimgħa xogħol f'sigħat li Pulizija jaħdem f'diversi branki u distretti differenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi, peress li hemm diversi sezzjonijiet fil-Korp tal-Pulizija u allura n-natura tax-xogħol rikjest ikun jinvolvi xiftijiet differenti, il-medja ta' ġimgħa xogħol tal-pulizija hija ta' 48 siegħa.
Leg 11 PQ #3437 Sitting 53 2008-11-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — overtime wara 46 siegħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pulizija fl-1993, minkejja l-ftehim kollettiv fejn ġew imwegħda li kif jaqbżu l-46 siegħa fil-ġimgħa jibdew jitħallsu overtime, sal-lum għadhom m'humiex jitħallsu kif jaqbżu l-46 siegħa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija, li jaqbżu n-numru ta' sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa, li huma dovuti jaħdmu skont ix-xift tat-Taqsima fejn huma stazzjonati, jitħallsu overtime.
Leg 11 PQ #3441 Sitting 53 2008-11-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Pagi u Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex membri tal-Korp tal-Pulizija li għandhom l-istess paga u l-istess rank, ma jaħdmux l-istess sigħat fil-ġimgħa, imma jitħallsu l-istess mingħajr ma jingħata kont tas-sigħat żejda li dawn ikunu ħadmu? Qed nibgħat separatament xi dettalji dwar dan.

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija li jaqbżu n-numru ta' sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa, li huma dovuti jaħdmu skont ix-xift tat-Taqsima fejn huma stazzjonati, jitħallsu overtime.
Leg 11 PQ #3442 Sitting 53 2008-11-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Fizzjali tal-Pulizija — allowance mwegħda

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-fizzjali tal-Pulizija li kienu mwegħda żieda fl-allowance tagħhom, għadhom ma ħaduhiex?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li qed isir ix-xogħol meħtieġ sabiex iż-żieda fl-allowance, li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, tkun riflessa fis-salarji rispettivi tal-fizzjali konċernati qabel l-aħħar tas-sena.

Belt u Tas-Sliema — swat fuq persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet rappurtati fl-għassa tal-Belt u ta' Tas-Sliema dwar swat fuq persuni individwali minn gruppi ta' żgħażagħ bejn Jannar 2008 u Settembru 2008? Kien hemm xi arrest ta' persuni li kienu nvoluti f'dawn l-inċidenti? Kemm hemm persuni taħt suspett? Kemm hemm każijiet li għadhom mhux solvuti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s'issa, kien hemm żewġ każijiet ta' swat li twettaq minn gruppi ta' żgħażagħ u li ġew irrappurtati fl-għassa tal-Belt. B'riżultat ta' dawn ir-rapporti, inbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra seba' żgħażagħ. Infurmat ukoll li ma sar l-ebda rapport dwar inċidenti simili fl-għassa ta' tas-Sliema.