Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għajn Riħana — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li trejqa f’Għajn Riħana tkun mogħtija l-manutenzjoni meħtieġa, minħabba li wara x-xogħol li sar fit-triq li saret mill-ġdid lejn Burmarrad, issa din it-trejqa tħalliet ff stat ħażin ħafna?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jippreżenta site plan fejn jindika t-trejqa li qed jirreferi għaliha.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — konsulenti maħtura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18926 u jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura, id-dettalji mitluba qegħdin fit-tabella segwenti; Title of Position/Contract Nomenclature Department / Entity engaged with Date of First Appointment of Contract Salary Scale Full Time / Part-Time or Reduced Policy Consultant - SPU Ministry 05/06/2020 Salarju bażiku - Skala 3 tas-Servizz Pubbliku F/T Policy Consultant - SPU Ministry 15/06/2020 Salarju bażiku - Skala 3 tas-Servizz Pubbliku P-T / Reduced 20hrs Policy Consultant - SPU Ministry 10/12/2020 Salarju bażiku - Skala 3 tas-Servizz Pubbliku P-T / Reduced 20hrs Policy Consultant - SPU Ministeru 28/03/2018 - still active till todate Salarju bażiku - Skala 6 tas-Servizz Pubbliku F/T Policy Consultant - SPU Segretarjat Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni minn 17/10/2017 sa Diċembru 2020 (wara t-tibdil fil-Portafoll tal-Ministeri) Salarju bażiku - Skala 3 tas-Servizz Pubbliku P-T / Reduced 20hrs Policy Consultant - SPU Ministeru minn 01/08/2018 sa Lulju 2019 Salarju bażiku - Skala 3 tas-Servizz Pubbliku F/T Policy Consultant - SPU Ministeru minn 12/08/2017 sa Awwissu 2019 Salarju bażiku - Skala 3 tas-Servizz Pubbliku P-T / Reduced 20hrs

Tour operators – ħlas

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18775, jaħsibx il-Ministru li anke l-operaturi tal-coaches, trains u tad-dgħajjes tat-turisti li ilhom fuq sena weqfin minħabba li jiddependu mit-turisti għandhom tal-anqas jiġu eżentati milli jħallsu l-liċenzja dovuta lill-gvern jew entitajiet tiegħu li tammonta għall-eluf ta’ ewro meta dawn qed joħorġu l-flus f’manutenzjoni, pagi u spejjeż oħra mingħajr ma huma jdaħħlu xejn? Filwaqt li d-deċiżjoni li jiġu eżentati l-lukandi hija waħda tajba ħafna, jaħsibx il-Ministru li għandu jsir l-istess mal-operaturi tal-coaches tat-turisti, trains u operaturi tad-dgħajjes tat-turisti li jinsabu fl-istess sitwazzjoni konsegwenza tal-pandemija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 18775.

Mellieħa – Triq Qasam Barrani – miżuri adegwati fiż-żona tal-Iskola Primarja

Question

B’referenza għad-diversi interventi tiegħi fil-Parlament matul din il-leġislatura rigward is-sigurtà fiż-żona tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa, jista’ l-Ministru jara li Transport Malta tieħu l-miżuri adegwati (possibbilment traffic lights) fi Triq Qasam Barrani fil-Mellieħa fil-parti fejn hemm l-annex tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa u dan sabiex jiġu evitati perikli/inċidenti għall-istudenti u l-ġenituri tagħhom waqt il-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ lejn l-iskola?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta diġa evalwat u rrifjutat talba mingħand il-kunsill lokali biex ti¿died zebra crossing ftit metri bogħod minn dik ezistenti u għalhekk mhux f’konformita mal-policy tal-Awtorità. Għaldaqstant l-Awtorità tat rekomandazzjoni sabiex il-Kunsill Lokali jipproponi traffic management iktar ħollistiku fejn il-faċilitajiet biex wieħed jaqsam it-triq ikunu maħsuba b’tali mod li l-istess crossing tkun isservi għal aktar minn bini wieħed.

Mosta – Triq Ta’ Sriedaq — one-way

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-vetturi li jkunu meħtieġa jidħlu f’Triq Ta’ Sriedaq, li hi Żona Industrijali fil-Mosta, ikunu jistgħu jidħlu one-way bil-kuntrarju ta’ dak li hija s-sistema one-way fil-preżent? Dan ifisser li l-vetturi jidħlu min-naħa ta’ Triq San Pawl tal-Qlejgħa u joħorġu lejn in-naħa ta’ Triq Durumblat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li Triq ta’ Sriedek saret f’direzzjoni waħda bi ħruġ lejn San Pawl tal-Qlejja minħabba li hemm nuqqas ta’ viżibilita’ f’salib it-toroq man-naħa tan-nofs in-nhar ta’ Triq il-Kunċizzjoni. Ukoll il-manuvra li vetturi ġejjin minn Buqana fi Triq San Pawl tal-Qlejja jiksru għal Triq ta’ Sriedek tirrikjedi li tali vetturi jaqsmu l-karreġġjata f’liwja tat-triq u għaldaqstant m’hemmx distanza adekwata ta’ viżibilita’ biex tali manuvra ssir b’mod sigur. Tali arranġamenti tat-traffiku saru b’konsultazzjoni u bi qbil mal-Kunsill Lokali tal-Mosta u ġiet approvata mit-Traffic Management Committee ta’ Transport Malta.

Ħaż-Żebbuġ – Triq il-Fraxxunu – twessiegħ ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex tkisser ġnien fi Triq il-Fraxxunu Ħaż-Żebbuġ u għaliex kien hemm il-bżonn li titwessa’ triq residenzjali? Jista’ jgħid għaliex il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ ma kienx ikkonsultat dwar dan ix-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kienx jaf li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ kien irtira l-applikazzjoni għall-xogħlijiet f’din it-triq?

Response (BORG, IAN)

Fl-2020, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. B’hekk, minn meta lejn l-aħħar ta’ Jannar tal-2019 tat bidu għall-programm t’investiment ta’ €700 miljun biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali fil-pajji¿, l-aġenzija bniet mill-ġdid mal-285 triq residenzjali biex eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn it-toroq qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’madwar 50 triq residenzjali oħra. Fl-istess ħin, Infrastructure Malta qed taħdem mill-qrib mal-kunsilli lokali biex tappoġġjahom fl-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastruttura pubblika, inkluż toroq lokali. Il-ġimgħa li għaddiet, l-aġenzija bdiet xogħlijiet fi Triq il-Fraxxnu, triq twila 70 metru ħdejn il-qasam tad-djar f’Ħaż-Żebbuġ. Residenti li jgħixu fl-inħawi kien ilhom jitolbu lill-awtoritajiet biex jitjieb l-aċċess f’din it-triq sa minn qabel l-2014, minħabba li t-triq qatt ma kienet ġiet iffurmata kompletament skont il-wisgħa proprju tagħha. Fil-fatt, parti minn din it-triq tidjieq b’mod sinifikanti, u tikkawża diffikultajiet lir-residenti li għandhom garaxxijiet fl-istess triq. Meta twaqqfet Infrastructure Malta fl-2018, il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ kien talab l-assistenza biex isiru x-xogħlijiet neċessarji biex din it-triq tkun aktar aċċessibbli għar-residenti li jgħixu fiha. Ix-xogħlijiet jinkludu twessigħ żgħir ta’ bejn metru u 1.6 metri tul medda ta’ 40 metru mit-triq, biex l-ispazju tat-triq jiżdied b’madwar 50 metru kwadru. Oriġinarjament, ir-residenti u l-kunsill lokali riedu li t-triq titwessa’ aktar, iżda Infrastructure Malta se tkun qed tu¿a biss nofs l-art allokata għal dan il-għan, biex tagħmilha aktar aċċessibbli għar-residenti filwaqt li timminimizza l-impatt fuq iż-żona biswit, li tintu¿a minn uħud mir-residenti bħala ġnien privat. Il-bqija taż-żona tista’ tibqa’ tintuża bħala ġnien. Għalhekk mhux veru li Infrastructure Malta kissret jew qed tkisser xi ġnien kif ġie allegat. Infrastructure Malta se tkun qed ittejjeb ukoll il-bankini fuq in-naħa l-oħra tat-triq, qabel ma tiksi l-istess triq b’wiċċ ġdid bl-asfalt. It-twessigħ ta’ din it-triq qed isir fuq art tal-gvern li mhix mikrija lill-okkupanti attwali tagħha għall-użu ta’ ġnien privat, peress li fil-passat ġiet allokata għall-kostruzzjoni sħiħa tat-triq. Infrastructure Malta kisbet il-permessi meħtieġa mill-Awtorità tat-Trasport għax-xogħlijiet li qegħdin isiru. Infrastructure Malta hija wkoll infurmata li l-ħajt u kamra żgħira li kien hemm fuq din l-art pubblika u li tneħħew l-Erbgħa filgħodu bħala parti mix-xogħlijiet, kienu inbnew illegalment. Wara li kien inħareġ avviż ta’ infurzar, saret applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar għal dan il-ħajt mill-okkupant ta’ din l-art pubblika, liema applikazzjoni ġiet rifjutata fl-1996. Appell kontra dan ir-rifjut ukoll kien ġie miċħud. Infrastructure Malta se tibni l-ħajt f’għoli aktar baxx, kif permess bil-liġi, biex tassigura li ż-żona tal-ġnien biswit tista’ titgawda bħala spazju pubbliku u mhux aktar bħala ġnien privat. Fl-istess waqt il-kamra żgħira llegali li kien hemm mhux ser terġa’ tinbena. Is-siġar li hemm fiż-żona mhux se jintmissu u għalhekk l-ebda siġra m’hi se tinqala’ minħabba dan ix-xogħol.

Pontijiet ġodda – lifts għar-roti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pontijiet ġodda għandhomx liftijiet li huma kbar biżżejjed biex jakkomodaw rota meta ma jkunx hemm minn fejn jaqsmu t-triq b’mod sikur persuni li jużaw ir-roti? ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19135 tas-Seduta 428.

Pontijiet ġodda — ċiklisti, persuni b’wheelchair u push-chairs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif għandhom jaqsmu t-triq, ċiklisti siġġijiet tar-roti jew push-chairs meta l-lifts ma jkunux qed jaħdmu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19135 tas-Seduta 428.

Pontijiet ġodda – diżinfettar ta’ buttuni u kabini ta’ lifts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba qed jiġu diżinfettati l-buttuni u l-kabini tal-lifts minħabba ż-żminijiet tal-pandemija li qed ngħixu?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — entitajiet li għadhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-entitajiet bi ftehim skadut huma MATS (AIM u Administration & Technical), l-Awtorità tat-Trasport u Infrastracture Malta. Dawk fil-MATS skadew fi tmiem l-2019 u l-2020 rispettivament, waqt li tal-Awtorità tat-Trasport u Infrastructure Malta skadew fl-aħħar ta’ Diċembru 2020. Inżid li hi l-prassi li kull fejn ikun hemm ftehim kollettiv skadut, in-negozjati għal ftehim ġdid jesiġu li dan jibda jgħodd proprju minn meta jieqaf ta’ qablu.

L-Ilklin — Kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18586, 18310, 18021 u 17897 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Iklin, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Mosta — kaxxi sofor u blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18587, 18311, 18022 u 17898 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din l-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Mosta, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Burmarrad – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18588, 18312, 18167 u 17900 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Burmarrad, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Lija – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18589, 18313, 18168 u 17901 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħal Lija, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-Imdina – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18643, 18358, 18169 u 17902 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Imdina, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħ’Attard – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18644, 18359, 18170 u 17899 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħ’Attard, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dwejra Malta – konkos fit-triq prinċipali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn sar il-konkos fit-triq prinċipali tad-Dwejra f'Malta? Min talab li dan isir? Kien hemm il-permessi meħtieġa mill-PA u tal-ERA għal dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Bħala parti mill-investiment kontinwu tagħha biex ittejjeb il-kwalità u s-sigurezza fit-toroq f’Malta, Infrastructure Malta qed twettaq ukoll programm estensiv ta’ manutenzjoni u bini mill-ġdid ta’ ħafna toroq rurali f’lokalitajiet differenti. Ħafna minn dawn it-toroq qalb il-kampanja tħallew fi stat ta’ telqa għal għexieren ta’ snin. Illum il-ġurnata dawn it-toroq ma jintużawx biss mill-bdiewa li jkollhom l-għelieqi fl-inħawi, imma huma wkoll imfittxijin ħafna minn minn bosta dilettanti tal-ġiri, tal-mixi u miċ-ċiklisti. Uħud minn dawn it-toroq ma kienux sarulhom pedamenti adegwati u Infrastructure Malta qed terġa’ tibnihom b’materjali aktar b’saħħithom u li jservu aktar fit-tul. Bħala parti minn dan il-programm, riċentement l-aġenzija bdiet tiksi mill-ġdid triq rurali li diġà kienet bil-konkos fil-limiti tad-Dwejra, bejn l-Imġarr u r-Rabat. Maż-żmien, il-wiċċ bil-konkos li diġà kellha din it-triq dejqa qalb il-kampanja tkisser minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni. Ix-xogħol f’din it-triq li diġà kienet hemm qed isir f’konformità mal-permessi applikabbli għal xogħlijiet bħal dawn u fil-wisgħa eżistenti tat-triq. Infrastructure Malta qed tikkonsulta wkoll lill-awtoritajiet konċernati u identifikat metodi u materjali sostenibbli għal dawn ix-xogħlijiet, biex tiżgura li ma jkollhomx impatt negattiv fuq l-ambjent storiku u rurali tal-inħawi. Mill-2019, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet ta’ titjib f’aktar minn 230 triq rurali f’iżjed minn 30 lokalità differenti. Dan l-investiment biex tittejjeb l-infrastruttura għas-settur agrikolu se jissokta matul din is-sena u fis-snin li ġejjin, bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq rurali u xogħlijet oħrajn simili.

Pontijiet ġodda – permess ta’ użu ta’ lifts għar-roti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ċiklisti humiex permessi li jużaw lifts fil-pontijiet il-ġodda? Jekk le, ser ikun hemm minn fejn jaqsmu t-triq b’mod sikur persuni li jużaw ir-roti?

Response (BORG, IAN)

Sa minn meta twaqqfet fl-2018, Infrastructure Malta wettqet diversi proġetti infrastrutturali sabiex ittejjeb il-kwalità, s-sigurezza, l-effiċjenza u s-sostenibilità tal-infrastruttura ta’ pajjiżna għal dawk kollha li jużawha b’mezzi tal-ivvjaġġar differenti, fosthom trasport pubbliku fuq l-art u fuq il-baħar, il-mixi, ir-roti, park and ride, u l-karozzi. F’kull proġett li qed twettaq fit-toroq, din l-aġenzija qed taħdem sabiex toħloq faċilitajiet aktar siguri għal dawk li jużaw mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi u aktar sostenibbli. Pereżempju, permezz ta’ Central Link Project, sal-aħħar ta’ din is-sena pajjiżna se jkollu l-itwal korsija għar-roti maqtugħa għaliha mit-triq li qatt inbniet fit-toroq Maltin, b’tul ta’ madwar erba’ kilometri mill-Imrieħel sa Ta’ Qali. Partijiet minn din ir-rotta ġdida għall-mixi u r-roti diġa tlestiet fix-xhur li għaddew. Bħala parti mill-Marsa Junction Project, il-mini ġodda ta’ Santa Luċija, il-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa, Triq San Tumas u Triq Ħal Qormi, l-aġenzija kompliet tibni aktar kilometri ta’ korsiji għar-roti u l-mixi siguri biex inkomplu nħajru aktar nies jużaw dawn il-mezzi ta’ vvjaġġar. Dawn huma biss ftit mill-ħafna proġetti u inizzjattivi li l-Gvern qed iwettaq biex aktar u aktar persuni jivvjaġġaw b’mezzi aktar sostenibbli. Kif innota tajjeb l-Onorevoli Thake, is-sena li għaddiet Infrastructure Malta fetħet ukoll tliet pontijiet għall-mixi u r-roti fi Blata l-Bajda, Ħal Luqa u Kordin b’investiment ta’ miljuni t’Ewro f’infrastruttura aħjar għal dawk li jivvjaġġaw bil-pass u għaċ-ċiklisti. Dawn il-pontijiet qed iservu biex joħolqu konnessjonijiet aktar siguri bejn diversi żoni fl-inħawi fejn huma mibnijin. Pereżempju, il-pont ġdid fuq Triq Dom Mintoff, f’Kordin, fetaħ konnessjoni sigura għal eluf ta’ studenti li ta’ kuljum imorru fil-Kampus ewlieni tal-MCAST, kif ukoll għar-residenti u l-ħaddiema ta’ Kordin, li issa għandhom rotta bla periklu biex jaslu fiċ-ċentru ta’ Raħal Ġdid. Qabel, għal għexieren ta’ snin dawn l-istudenti u residenti kellhom jgħaddu minn bankina dejqa ħafna f’waħda mill-aktar toroq traffikużi f’Malta. Dan il-Gvern investa biex jagħtihom rotta aħjar milli kellhom qabel, kif ninsab ċert li jista’ jirrikonoxxi l-Onorevoli Thake. Dawn il-pontijiet huma kollha aċċessibbli għal kulħadd, permezz ta’ mezzi differenti, bħal rampi, liftijiet jew turġien. Kull fejn ikun installat lift f’post pubbliku, huma biss tfal żgħar li ma jkunux akkumpanjati minn adult li mhux permess jużawhom. M’huwiex lanqas rakkomandat li liftijiet jintużaw waqt xi emerġenza, bħal każi ta’ nirien. Iċ-ċiklisti, bħal kull persuna oħra, jistgħu jużaw il-liftijiet ukoll. Il-liftijiet huma spazjużi biżżejjed biex ikunu aċċessibbli għal kulħadd. Ninsab infurmat li bħal ma jiġri f’kull post ieħor pubbliku u privat aċċessibbli għall-pubbliku, bħal pereżempju sptarijiet jew ħwienet, il-liftijiet li jiġu inklużi f’pontijiet pedonali jkunu koperti minn kuntratti ta’ manutenzjoni regolari u tiswijiet mingħajr dewmien, sabiex jonqos kemm jista’ jkun ir-riskju li dawn ma jkunux qed jaħdmu. B’hekk, nibqgħu niżguraw li l-pubbliku jkompli jgawdi aktar u aktar infrastruttura ta’ kwalità ferm ogħla, u ferm aktar sigura u aċċessibbli, minn dik li kellu għal għexieren ta’ snin fil-passat.