Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa – Triq in-Nases/Triq il-Fortizza, Triq il-Kbira u Triq l-Iżbark tal-Franċiżi – applikazzjoni għal lukanda ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fid-daħla tal-Mellieħa (Triq in-Nases/Triq il-Fortizza, Triq il-Kbira u Triq l-Iżbark tal-Franċiżi) hemmx applikazzjoni sabiex tinbena lukanda ġdida? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti sottomessi lill-awtoritajiet konċernati dwar il-bini ta’ din il-lukanda?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni PA5909/17 ġiet sottomessa bi proposta ta’ bini ġdid għal lukanda, ħwienet kummerċjali u apartamenti fuq livelli ta’ parkeġġ taħt l-art. Wara proċess ta’ konsultazzjoni preliminari, l-Awtorità tal Ippjanar ħarġet screening letter fit- tmintax ta’ Settembru 2017 u qegħda tistenna aktar informazzjoni u studji biex ikompli il-proċess ghall-validazzjoni tal-applikazzjoni. Id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa — lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' lukandi li kellhom liċenzja/permessi fil-konfini tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (Buġibba/Qawra) sena b'sena, lokalità b'lokalità bejn Jannar 2010 u Settembru 2017?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tat-total ta’ dawn l-applikazzjonijiet maqsumin skont il-kunsill u s-sena tad-deċiżjoni.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żurrieq – Blue Grotto Avenue – traffic lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra meta ser jiġu stallati traffic lights fi Blue Grotto Avenue fiż-Żurrieq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tħares lejn il-possibiltajiet sabiex jiġu nstallati traffic lights fi Blue Grotto Avenue fiż-Żurrieq, malajr kemm jista’ jkun.

Transport Malta – toroq rurali li għalihom intalbu Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra liema huma t-toroq rurali li għalihom intalbu Fondi Ewropej minn Transport Malta u liema ġew approvati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ toroq li tifforma parti mill-applikazzjoni ta’ Transport Malta għal Fondi Ewropej qieghda fi stadju ta’ evalwazzjoni u l-approvazzjoni mistennija li tasal lejn l-aħħar ta’ din is-sena.

Vjal l-Indipendenza u Triq Wied Babu proċess ta’ esproprjazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra meta ser jiġi ffinalizzat il-proċess ta’ esproprjazzjoni biex Vjal l-Indipendenza u Triq Wied Babu jingħaqdu flimkien u dan meta dan il-proġett ilu indikat fil-lista ta’ schemed roads għal snin twal?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għall-esproprju jinsab ghaddej.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — transfers ta' ħaddiema

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 116 jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda uffiċjal ma ġie trasferit minn Transport Malta.

Ħsarat fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa – għajnuna lill-ħwienet

Question

Kawża tal-maltemp li seħħ fl-aħħar jiem u l-ħsarat ikkawżati fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid jekk is-sidien tal-ħwienet fit-triq imsemmija li sofrew danni mhux żgħar mill-maltemp, hux se jiġu megħjuna mill-Gvern għall-ħsarat ikkawżati mill-maltemp?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed twettaq xogħlijiet f'din it-triq iżda m’hijiex l-entita Governattiva li għandha tkun imfittxija għal kwalunkwè pretensjoni ta’ danni fir-rigward. Għalhekk din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Bini ta’ grawnd tal-futbol fin-Naxxar — proċess

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess sabiex tibda tinbena faċilità sportiva (grawnd tal-futbol) fin-Naxxar fil-limiti ta' bejn in-Naxxar u San Ġwann?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Proġett ta’ Dock 1 — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu fondi fil-proġett ta’ Dock 1 u jagħti break down tal-ispiża?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fuq il- proġett ta’ Dock 1 hija mqassma hawn taħt; In-nefqa relatata mal-proġett tal-Baċir Numru Wieħed kienet tammonta għal €5,751,187 liema ċifra ntefqet kif imnizzel hawn taħt: · Xogħolijiet (civil works) fiz-zona ta’ Dunes u t-Triq - €882,564 · Xogħolijiet fuq id-Dock Head - €53,623 · Rijabilitazzjoni tal-binja tal-Gatehouse - €515,000 · Landscaping u infrastuttura ma’ t-tul il-Baċir inkluż il-pavimentar - €4.3 miljuni

Proġett ta’ Dock 1 – Spazji riġenerati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-proġett ta’ Dock 1 u jagħti break down tal-ispazji li ġew riġenerati f’termini ta’ metri kwadri?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fuq il- proġett ta’ Dock 1 hija mqassma hawn taħt; Il-proġett fiz-zona tal-Baċir Numru Wieħed ġewwa Bormla jikkonsisti f’medda ta’ art mal-baħar minn fejn il-Maċina, fl-Isla, li tibqa’ sejra sa l-Monument tal-31 ta’ Marzu 1979 fil-Birgu; din iz-zona tkopri komplessivament 21,060 metru kwadru. Ix- xogħolijiet kienu jinkludu: · tibdil estensiv tal-infrastruttura ġewwa z-zona kollha tal-Baċir, · tqegħid ta’ pavimentar fil-pjazzez Gavino Gulia u Paolino Vassallo u ‘concrete finishes’ tul il-Bacir , · installar ta’ ‘soft u hard landscaping’ u sistemi ta’ irrigazzjoni matul ix-Xatt ta’ Bormla, · bini ta’ struttura kbira tal-konkos magħrufa bħala Belvedere fuq il-Klabb ta’ Regatta ta’ Bormla · rijabiltazzjoni tal-binja magħrufa bħala il-‘Gatehouse’ biswit id-daħla prinċipali tal-Baċir. · It-triq min Pjazza Gavino Gulia sa ħdejn il-Knisja ta’ Santa Tere¿a ġiet iddisinjata mill-ġdid, u minbarra li ngħatat it-tarmak, l-infrastruttura partikolarment dik tas-servizzi u tal-ilma tax-xita saru mill-ġdid. L-ispazji ġodda ta’ rijabilitazzjoni individwali huma: · Il-parti mill- Maċina sa Pjazza Gavino Gulia tkopri 8,260 metru kwadru · Il -parti bejn ix-Xatt ta’ Bormla u Regatta Club Bormla fiha 6,700 metru kwadru · Il parti ta’ Xatt ir-Risq tkopri 6,100 metru kwadru.

Vetturi reġistrati barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi reġistrati barra minn Malta li bħalissa għandhom awtorizzazzjoni li jiċċirkolaw f’Malta u jaqsam din l-informazzjoni skont il-pajjiż fejn huma reġistrati?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li fit-3 ta’ Ottubru 2017 kien hawn 242 vettura li kellhom awtorizzazzjoni li jiċċirkolaw f’Malta għal perjodu ta’ tletin gurnata. L-infomazzjoni dwar il-pajjiż ta’ registrazzjoni tal-vettura mhix disponibbli u għaldaqstant ma tistax tinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar – azzjoni biex titneħħa struttura tal-ħadid u electronic billboard

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 744 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għalfejn l-Awtorità tal-Ippjanar naqset milli tieħu azzjoni diretta biex titneħħa struttura tal-ħadid u electronic billboard li jinsabu installati quddiem kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u dan minkejja li l-istess Awtorità tal-Ippjanar ċaħdet applikazzjoni biex dan l-iżvilupp illegali jiġi sanzjonat u ħarġet avviż ta' infurzar li għandu n-numru ta' referenza EC/00340/13?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-twegibha diġa mogħtija fuq PQ 935 f’seduta 22 - 03/10/17.

Promozzjoni taċ-ċikliżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex nippromwovu aktar iċ-ċikliżmu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed jimpennja ruħu favur il-promozzjoni taċ-ċikliżmu. Fil-preżent Transport Malta tinsab fil-fażi konklussiva biex tippubblika l-Politika Nazzjonali dwar l-Użu tar-Rota bħala mezz ta’ Trasport (National Cycling Policy) għall-konsultazzjoni Pubblika. F’din l-istess sena ġiet sottomessa applikazzjoni għal fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex jiġu maħluqa żewġ rotot sikuri għaċ-ċikliżmu fuq il-kunċett ta’ Share the Road. Dan il-proġett għandu jiġi mwettaq bħala proġett pilota bil-għan li aktar rotot simili jkunu introdotti f’aktar lokalitajiet f’Malta u Għawdex iktar ‘il quddiem. Ta’ min wieħed isemmi wkoll li Transport Malta, bħala parti mill-kampanja kontinwa għal aktar sigurta’ fit-toroq, f’dawn l-aħħar xhur għamlet reklamar fuq mezzi varji tax-xandir (TV, social media kif ukoll flyers) b’enfasi speċifika fuq l-użu tar-roti fit-toroq, sabiex tnissel iktar rispett u għarfien lejn sewwieqa tar-roti, kif ukoll tippromwovi l-idea ta’ Road Sharing.

Miżuri għal aktar sigurtà fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’miżuri qegħdin jiġu kkunsidrati għal aktar sigurtà fit-toroq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien Transport Malta timplimenta diversi mi¿uri biex ittejjeb is-sigurta fit-toroq. Dawn jikkonsistu minn proġetti ta’ disinn ġdid ta' toroq li jsiru skont standards stabbiliti; interventi ta' skala moderata biex jittejbu junctions u partijiet minn rotot speċifici u skemi ta' manteniment tat-toroq arterjali u distributorji biex ikun assigurat illi s-sinjali, tabelli u safety featuresoħra bħall-crash barriers ikunu dejjem installati u qed joperaw skont l-iskop li jkunu qed iservu.

Mina bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’qiegħed isir, jew x’se jsir, dwar il-mina (tunnel) li għandha tgħaqqad lil Malta u Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar xhur, l-istudji li qegħdin isiru bħala parti mill-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex ħadu spinta ‘l quddiem. Investigazzjonijiet sismiċi bdew fil-kanal bejn Malta u Għawdex lejn l-aħħar tal-2016. Ir-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet se jintużaw biex tinkiseb informazzjoni dwar il-ġeoloġija taħt qiegħ il-baħar, b'mod partikolari l-fond tal-istratigrafija u kwalunkwe faults li jistgħu jkunu preżenti fil-kanal. Ġie mwettaq ukoll mapping dettaljat tal-qiegħ tal-baħar, li se jidentifika kwalunkwe faults u attività tettonika. Apparti l-investigazzjonijiet sismiċi, għandhom jiġu estratti serje ta' kampjuni investigattivi. Dawn is-serje ta' investigazzjonijiet ġeotekniċi se jsiru f'postijiet differenti fuq l-art u fil-baħar, bit-tħaffir mistenni li jilħaq madwar 200m taħt qiegħ il-baħar f'xi żoni. Il-kampjuni estratti ser jgħinu fl-investigazzjoni tal-formazzjonijiet ġeoloġiċi taż-żona. Dawn l-investigazzjonijiet huma mistennija jibdew f'Ottubru 2017, bix-xogħol preparattiv diġa’ għaddej. Ir-riżultati u l-analiżi tal-investigazzjonijiet sismiċi u ġeoloġiċi se jintużaw biex jiġi stabbilit mudell ġeoloġiku taż-żona taħt investigazzjoni, li se jifforma l-bażi għad-disinn tal-mina. Dawn l-istudji huma pass importanti fil-proċess biex jiggwidaw id-disinn tal-mina proposta bejn il-gżejjer. L-istudji kollha qed jitwettqu taħt il-gwida ta' esperti tekniċi barranin ta' Transport Malta, li għandhom esperjenza estensiva fi proġetti ta' mini.

Awtorità tal-Artijiet – ħatra ta’ avukat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet maħtura bħala avukat għall-Awtorità tal-Artijiet u jekk dan sarx wara sejħa pubblika? Jekk le għaliex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar.

Il-Mellieħa – Triq Ġorġ Borg Olivier – apparat biex jitkejjel il-livell ta’ emissjonijiet

Question

Peress li sa numru ta’ snin ilu fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa kien jintuża apparat mill-awtoritajiet konċernati (MEPA) sabiex jitkejjel il-livell ta’ emissjonijiet f’din iż-żona, jista’ l-Ministru jara li dan l-apparat jerġa’ jibda jintuża (anke jekk minn awtoritajiet differenti minn dawk preċedenti) sabiex wieħed ikun jista’ jifhem aħjar jekk l-emissjonijiet ikkawżati f’din iż-żona hux qed jikkawżaw ħsara fis-saħħa tal-persuni li jiffrekwentaw din iż-żona?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.