Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma bħalissa l-postijiet li fihom qed isir restawr mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jara li l-akwadott li hemm fix-Xemxija jiġi restawrat qabel issirlu aktar ħsara?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda lista ta’ xogħlijiet ta’ restawr li qegħdin isiru jew għadhom kif ġew konkluzi minn entitajiet fil-Ministeru.
Ninnota t-talba tal-Onorevoli Interpellant sabiex it-tali xogħol imsemmi fuq l-akwadott li hemm fix-Xemxija ikun ikkonsidrat fil-lista ta’ xogħlijiet ippjanati għall-ġejjieni qarib.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jintużaw s'issa l-faċilitajiet għal skart goff li nbnew sal-lum? Kemm kien il-materjal li nġabar f'dawn il-faċilitajiet kull sena, s'issa? Hemm ħsieb li jinbnew faċilitajiet oħra? Jekk iva, fejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi infethu ħames Centri għall-Iskart Goff, magħrufa ukoll bħala Civic Amenity Sites. Dawn jinsabu fil-Magħtab, fl-Imrieħel, f’Ħal Far, f’Ħal Luqa u f’Tal-Kus, Limiti tax-Xewkija, Għawdex. Dawn ic-Ċentri jircievu diversi tipi ta’ skart mid-djar fosthom batteriji wżzati, żjut tal-karozzi u tal-kċina, mediċini skaduti, skart elettroniku, saqqijiet u diversi tipi ta’ skart goff ieħor. F’dawn is-siti jigi depożitat ukoll l-iskart goff miġbur mill-Kunsilli Lokali. F’dawn ic-Ċentri ta’ Skart Goff l-iskart kollu irid jigi depożzitat separat f’kontenituri differenti biex l-iskart ikun jista’ jiġi rkuprat u meħhud għar-riciklaġġ. Bejn l-2006 u Marzu tal-2010 f’dan is-siti ġew iddepożitati l-fuq minn 45,000 tunellata ta’ skart.
Hemm il-ħsieb li tinbena faċilita simili għall-iskart iġġenerat mill-bdiewa fis-sit tal-Pitkali.
Torri ta' San Luċjan — esperimenti fuq it-tkabbir tal-ħut
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema esperimenti fuq it-tkabbir tal-ħut qed isiru bħalissa fit-Torri ta' San Luċjan jew x'imkien ieħor f'Malta? Liema tip ta' ħut qed jiġu sperimentati bħalissa? Kemm ilhom isiru dawn l-esperimenti u x'riżultati nkisbu s'issa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentement fiċ-Ċentru tal-Akkwakultura fit-Torri ta’ San Lucjan qed issir ricerka fuq żewġ proġetti fil-qasam tat-tfaqqis tal-aċċjol u tat-tonn. Fil-proġett tal-aċċjol huwa kompletament iniżjattiva lokali u daħal fil-ħames sena tiegħu. Għalkemm ir-riżultati miksuba s'issa huma inkoraġġanti, din is-sena se jkomplu l-esperimenti biex jittejbu r-riżultati. Il-proġett tat-tonn huwa wieħed tal-UE u li issa dieħel fit-tielet sena tiegħu. Din is-sena l-grupp ta’ xjenzjati qed jiffokaw biex ikun ġenerat bajd tat-tonn minn tonnli għandna Malta.
Il-“Hatchery” ta' dan iċ-Ċentru ta’ Ricerka hija hija attiva ħafna matul is-sena kollha. Barra dak li diġà semmejna, qed isiru ukoll studji fuq l-awrat u l-ispnott.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15466 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-infomazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Membru li dawn il-laqgħat huma parti minn proċess kontinwu ta’ diskussjonijiet u qsim ta’ informazzjoni kemm dwar l-implimentazzjoni ta’ sistemi u/jew direttivi vigenti jew ġodda kif ukoll ġbir u qsim ta’ ideat u informazzjoni għal deċizzjonijiet li għad iridu jittieħdu.
Fid-dawl tal-wesa’ tal-materji involuti u l-fluwidità tal-proċessi nvoluti, huwa diffiċli li wieħed jgħati deskrizzjoni kompluta ta’ x’ħareġ minn dawn il-laqgħat.
Fl-istess ħin, jekk l-Onorevoli Membru jixtieq informazzjoni aktar dettaljat dwar xi waħda minn dawn il-laqgħat, nistiednu jindikha u din l-informazzjoni dettaljata tkun tista tingħatalu.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Kuntratti lill-kumpanija Content House
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u risposta tingħata f' seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ilma riċiklat mill-impjant ta' Sant'Antnin minflok ma qed jintefa' bħas-soltu ġol-ġwiebi ta' San Anard biex jintuża mill-bdiewa qed jintefa' fil-ġwiebi l-ġodda li nbnew riċentament u mbagħad għal ġol-baħar? Jaf li minħabba dan ħafna patata fl-għelieqi tax-Xgħajra u San Anard qed tiħdar u tmur b'konsegwezi diżastrużi għall-gabilotti ta' dik iż-żona? Jista' jintervjeni biex l-ilma jintuża bħas-soltu mill-gabillotti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Water Services Corporation.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Ministeru tiegħu għall-oqsma tal-agrikoltura u s-sajd f'Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-politika dwar agrikoltura f' Malta u Għawdex hija l-istess kif definit fid-dokument Rural Development Programme for Malta (2007 – 2013). L-istess jista’ jingħad għall-politika dwar il-politika dwar is-sajd għar-rigward ta’ Malta u Għawdex definit fl-Fisheries Operational Programme: 2007 – 2013– (European Fisheries Fund). Din il-politika tal-Gvern hija riflessjoni tal-Politika Agrikola tal-Unjoni Ewropeja ul-Politika tas-Sajd tal-Unjoni Ewropeja.
Miżuri ta' inkoraġġament f'attivitajiet turistiċi f'żoni rurali
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw għall-miżura ta' inkoraġġament ta' attivitajiet turistiċi f'żoni rurali? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li applikaw għall-miżura ta' konservazzjoni u titjib tal-patrimonju rurali? X'forma ta' benefiċċji se jieħdu il-kunsilli lokali b'dawn il-miżuri?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-miżuri li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għaliha, huma: Miżura Nru 313 - Inkuraġġiment ta' Attivitajiet Turistiċi f' Żoni Rurali u Miżura Nru 323 - Konservazzjoni u Titjib tal-Patrimonju Rurali. Lista bid-dettalji tal-applikazzjonijiet mitfugħa mill-Kunsilli Lokali qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawn l-applikazzjonijiet għadhom qed ikunu valutati. Il-benefiċċji se jkunu taħt forma ta' rifużjoni ta' perċentwali tal-ispejjeż eliġibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' siġar li tħawlu mill-Private Public Partnership matul l-2009? X'tip ta' siġar huma u f'liema lokalitajiet tħawlu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninstab informat li matul l-2009 tħawwlu mill-Environmental Landscapes Consortium ftit anqas minn 8,000 siġra.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda lista li turi n-numri ta' siġar imħawwla kull xahar matul l-istess sena maqsumin fit-tliet żoni ta' Malta u ilvarjetajiet ta' dawn is-siġar.
Jista' jikkonferma li waqt seminar f'Novembru 2008 l-Ministru kien stqarr li kull ministeru kellu jibdel karozza konvenzjonali bilfors għal waħda tal-elettriku u li kien se jkun hemm għażla ta' kiri u xiri? Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu tenders għal dan? U jekk ma ntefgħux, sar il-kiri mitlub?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-ewwel avviżż għal-xiri u kiri ta’ karozzi elettriċi inħareġ fil-bidu ta’-2009 (Advt. No. 102/2009) u għal dan l-avviżż ma intefet l-ebda offerta għal xiri u waħda biss għall-kiri. Din l-offerta għal kiri kienet teċċedi l-budget allokat u għalhekk ma setgħatx tiġi aċċettata.
Sussegwentement inħarġet sejħa oħra aktar tard fl-istess sena (Advt. No. 145/2009) speċifikament għall-kiri ta’ karozzi elettriċi u kienet sottomessa offerta waħda biss u li ġiet mogħtija f’Novembru 2009.
Dan kollu jixhed id-diffikulta li bi prezz raġonevoli jinstabu dawn il-vetturi fuq is-suq Malti.
Filwaqt li nfakkar lill-Onorevoli Interpellant fir-Risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16174 b'mod partikolari t-
targets
definiti, il-Gvern ma kaxkarx saqajh iżda mill-ewwel ħadem bis-sħiħ biex jilħaq dawn it-
targets
kemm jista' jkun malajr.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-energy audits fil-binjiet tal-Gvern? Dawn minn min saru jew qed isiru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-MIstoqsija Parlamentari 7877. Ninsab ukoll infurmat li l-ewwel sejħa għal tenders imsejħa ‘Framework Agreement for Energy Auditing Consultancy’ numru CT2345/2006/3, ġiet mogħtija mid-Dipartiment tal-Kuntratti fl-2006. Dan il-kuntratt kien validu għal-perjodu ta' sentejn u permezz tiegħu saru sensiela ta' audits f' binjiet tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali kif ukoll tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Saret sejħa għal reklutaġġ ta' energy auditors minn fost l-impjegati tas-Servizz Pubbliku u entitajiet governattivi. Bħala riżultat ta' din is-sejħa, kienet ġiet appuntata persuna li diġa bdit tagħmel
energy audits
fil-binjiet tal-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern.
Sadanittant tfassal id-dokument meħtieġ għall-ħruġ ta' sejħa għall-
tenders.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-fondi għall-inizjattivi ambjentali nġarbux kollha taħt il-kappa tal-Ministeru tiegħu fejn jidħlu dipartimenti tal-Gvern meta qabel kienu fi ħdan kull Ministeru? Jekk iva, għaliex sejrin jintużaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara liema huma l-inizjattivi ambjentali li qed jagħmel referenza għalihom.
Jista' l-Ministru jindika jekk sarx liaison mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jiġi żgurat li l-performance ta' kull segretarju permenanti fil-Ministeri rispettivi jieħu in konsiderazzjoni r-riżultati li jkunu nkisbu mill-green leaders?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-performance ta' kull segretarju permenanti tad-diversi Ministeri hija r-responsabbiltà tas-Segretarji Permanenti Prinċipali Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Onorevoli Prim Ministru
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex jiġi ndirizzat l-istat ta’ abbandun li jinstab fih Bieb il-Gżira minkejja l-għadd kbir ta’ ilmenti pubbliċi dwar dan,
aktar u aktar billi dan il-bieb huwa meqjus bħala parti mill-wirt kulturali u storiku tal-Gżira u hija x-xewqa ta’ ħafna residenti tal-lokal li jkun restawrat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-imsemmi Bieb il-Gżira mhuwiex proprejta tal-Gvern u anqas mhi proprjetàskjedat. Għaldaqstant ir-responsabbiltà għaż-żamma ta' dan il-Bieb ma taqax fuq il-Gvern Ċentrali.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżommu milli jibni l-parkeġġ taħt il-Ground tal-Fortini l-Birgu, proġett li ilu lest fuq id-drawing board tiegħu għal dawn l-aħħar snin, speċjalment issa li l-gvern se jnaqqas il-parkeġġ ta' quddiem il-Monument tal-Ħelsien? Jaf li l-Kunsill tal-Birgu, speċjalement is-Sindku, ilu għal dawn l-aħħar snin jisħaq biex jitwettaq dan il-parkeġġ daqstant bżonnjuż għall-Birgu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li għalkemm id-disinji għal dan il-proġett tlestew u l-Gvern konvint mill-ħtieġa ta' dan il-proġett, fil-preżent qed jiġi analizzat kif l-aħjar jista’ tkun iffinianzjata din l-inizjattiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu bozoz energy savers mill-gvern? X'kienet l-ispiża għal dawn il-bozoz?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, permezz tal-Iskema biex Tinkoraġixxi l-Użu Domestiku ta' Compact Fluorescent Lamps (CFL's) qassam ftit anqas minn miljun bozza energy saving bi spiża ta' madwar €4 miljuni.
familji li ma bbenefikawx mill-bozoz energy savers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx familji li ma bbenefikawx mill-bozoz energy savers li tqassmu mill-gvern? Jekk fl-affermattiv, kemm hu l-ammont u x'inhuma r-raġunijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Skont in-Notifikazzjoni tal-Gvern Numru 200 tal-2009, kull dar li kienet reġistrata bħala abitazzjoni domestika f'Malta u Għawdex, skont l-Ewwel Skeda li tinsab mar-Regolamenti dwar il-Provista tal-Elettriku (GN223 tal-1940) inħarġilha voucher għal bozoz energy saving. Il-ħruġ tal-vouchers sar skont in-numru ta' persuni reġistrati f'dik l-abitazzjoni nhar it-30 ta' April 2009.
Il-Gvern għażel li jaddotta din il-lista ta' reġistrazzjoni bħala il-mod kif ikunu identifikati l-benefiċarji ta' l-iskema għax huwa l-uniku kriterju li b'mod oġġettiv, trasparenti u ekwu jidentifika l-utenti kollha. Minn informazzjoni li għandi ma kien hemm l-ebda utent residenzjali reġistrat li ma nbaghtlux il-voucher.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy viġenti dwar iż-żamma jew le ta' żwiemel f'dar residenzjali u f'żona residenzjali? Jista' jgħid jekk l-uniku inibizzjoni għaż-żamma ta' żwiemel hekk indikati humiex il-liġijiet sanitarji?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qegħdin isiru diskussjonijiet fuq iż-żamma ta’ żwiemel u annimali oħra f' żoni residenzjali . Dawn id-diskussjonijiet jikkonċernaw mhux bisss is-saħħa ta’ l-annimal u trattament xieraq tagħhom, iżda ukoll is-saħħa tan-nies u inkonvenjenti li annimali jistgħu joħolqu f’zoni urbani.
L-Animal Welfare Act ma tispeċifikax li ma jistgħux jin¿ammu żwiemel fi djar residenzjali jew f’żona residenzjali. Preżentement, f’każ ta’ ilment mressaq, issir ispezzjoni kordinata minn tlett dipartimenti; l-Animal Welfare riġward it-trattament xieraq ta’ l-annimali, is-Sanita' riġward l-iġene u l-Pulizija riġward ħsejjes minhabba xi nkonvenjenzi li jistgħu jinħolqu mal-ġirien.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — xiri ta' mobile phones/iPhones
Question
Jista' l-Ministru jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għalhekk risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif qed isir u kemm ilu għaddej il-proċess tas-separazzjoni tal-iskart mid-dipartimenti tal-Gvern? X'tibdiliet saru, jekk saru, fil-proċess kemm ilha li ddaħħlet is-sistema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz beda jingħata fl-1998 u tkompla mill-WasteServ permezz ta' kollezzjoni bl-użu ta' vetturi żgħar dedikati biex jiġbru l-iskart separat. Fl-2008 il-Gvern nieda servizz pubbliku pprovdut minn kolletturi privati biex jinġabar l-iskart separat mid-djar, magħruf bħala 'Irricikla t-Tlieta'. Issa ġew introddoti ukoll skemi biex dawn il-kolletturi privati jiġbru huma dan l-iskart u jieħdu huma l-benefiċju ta' l-Eko Kontribuzzjoni. Peress li dawn il-kolletturi privati parteċipi f'dawn l-iskemi huma lesti li jiġbru l-iskart separat ta' Dipartimenti tal-Gvern bla ħlas, il-WasteServ ma baqgħalhiex il-ħtiega li tibqa tipprovdi hija l-istess servizz ta' ġbir ta' skart separat mid-dipartimenti tal-Gvern.