San Pawl il-Baħar/Qawra – ħsarat fid-dwal pubbliċi f’diversi partijiet tal-promenade
Question
Billi qed jirriżulta li spiss qed ikun hemm ħsarat fid-dwal pubbliċi li hemm f'diversi partijiet tal-promenade minn ħdejn l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar sal-Qawra, u dan b'mod partikolari meta jkun il-maltemp jew meta tagħmel ix xita, hekk kif, pereżempju, ġara nhar l-10 ta’ Ottubru, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex isiru spezzjonijiet fuq dawn id-dwal, ħalli l-ħsara titnaqqas kemm jista’ jkun?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-istess Kunsill dejjem jaġixxi b’mod immedjat biex jirrapporta l-każ u jissewew il-ħsarat.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1015 issa li għaddew erba' xhur u nofs, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-PBS? Meta jagħlaq it-terminu tal-ħatra tagħhom? U kemm hija r-remunerazzjoni tagħhom?
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1016, issa li għaddew erba' xhur u nofs, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, min huma l-membri tal-Bord Editorjali tal-PBS? Meta jagħlaq it-terminu tal-ħatra tagħhom? U kemm hija r-remunerazzjoni tagħhom?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1013 datata 26/05/2022 fejn staqsejt lill-Ministru jippubblika r-rapporti tal-PBS mill-2016 sal-lum fejn skont it-Terms of Reference tal-Bord Editorjali tal-PBS (para 6d) l-istess Bord irid jippreżenta rapport kull sena, issa li għaddew erba' xhur u nofs u l-Ministru għadu ma ppreżentax ir-rapporti, fejn hu stess fir-risposta tiegħu għall-PQ 1157 wieġeb li l-iskeda finali tiġi ppreżentata lil-Gvern jista' jgħid lill-Kamra meta sejjer jippreżenta r-rapporti u jekk le, għaliex?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba parlamentari bin-numru 1157.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħadu flus mill-fondi tal-EPSO (li huma fondi pubbliċi mogħtija mill-Gvern) kull wieħed mill-produtturi indipendenti li tellgħu programmi fuq l-istazzjonijiet tat-TV tal-PBS għall-iskedi Ottubru 2020-Settembru 2021 u Ottubru 2021-Settembru 2022?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-programmi eliġibbli għall-vot tal-EPSO jaqgħu taħt dawn il-ġeneri:
· Programmi tat-tfal
· Programmi ta’diskussjonijiet u ġrajjiet kurrenti
· Drama
· Programmi edukattivi, kulturali u ta’ informazzjoni ġenerali
· Programmi Għawdex/Maltin ta’ barra
· Trasmissjonijiet ta’ ġrajjiet ta’ karattru nazzjonali
· Programmi reliġjużi
· Trasmissjonijiet tal-Parlament
F’dan l-isfond, ninsab infurmat illi l-fondi jiġu allokati skont il-ġeneri msemmija. Matul is-sena jsiru diskussjonijiet biex jaraw l-andament tal-programmi u minn żmien għal żmien isir aġġornament minn ġeneru għal ġeneru.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2457, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm-il ktieb ġdid jinxtara fis-sena biex jiġu użati fil-libreriji pubbliċi li jinsabu mxerrda fil-lokalitajiet diversi f’Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena jinxtraw medja ta’ 10,686 ktieb fiżiku sabiex jiġu użati fil-Libreriji Pubbliċi mxerrda madwar Malta u Għawdex.
Din l-informazzjoni hija bbażata fuq statistika uffiċjali skont it-tabella t’hawn taħt:
2019
2020
2021
Kotba fiżiċi mixtrija
12,413
10,031
9,615
Kunsilli Lokali — Ilmenti dwar ħmieġ jew problema ta' skart
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2742 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2221, peress li kien hemm xi numru ta’ kunsilli lokali li kienu għadhom ma bagħtux l-informazzjoni relattiva, jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment dwar ħmieġ jew problema ta’ skart ġew reġistrati fl-aħħar sentejn f’dawn il-kunsilli lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Lokalità
Nru Totali ta' Ilmenti fuq skart u ħmieġ (2017-2022)
Valletta
145
Birgu
133
Isla
720
Bormla
259
Ħal Qormi
3742
Żabbar
833
Birżebbuġa
809
Fgura
980
Fontana
7
Għarb
6
Ħal Għargħur
19
Il-Munxar
24
Il-Marsa
1040
Pembroke
104
Pieta`
396
Xewkija
80
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2790 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2222, peress li kien hemm xi numru ta’ kunsilli lokali li kienu għadhom ma bagħtux l-informazzjoni relattiva, jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment ġie reġistrat fl-aħħar sentejn f’dawn il-kunsilli lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht:
Lokalità
Nru Totali ta' Ilmenti (2017-2022)
Valletta
436
Birgu
735
Isla
1440
Qormi
5432
Għajnsielem
82
Għarb
15
Għargħur
206
Ħamrun
Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Hamrun illi l-istess Kunsill ma jżommx ‘data’ tal-ilmenti minħabba li ċertu lmenti tittieħed azzjoni fuqhom minnufih u ma jkunx hemm il-ħtieġa li jiddaħlu f’lista’. Ilmenti oħra li jkunu ddaħħlu f’lista jiġu mħassra hekk kif ikunu ġew indirizzati.
Marsaskala
7194
Paola
1117
Qala
140
San Ġwann
1265
San Lawrenz
31
Santa Venera
2870
Xewkija
233
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht:
Entità / Awtorità
Persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità?
Job Description
Kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Kottonera Foundation
Nil
Nil
Nil
National Archives of Malta
Nil
Nil
Nil
Malta Philharmonic Orchestra
Nil
Nil
Nil
Teatru Manoel
Nil
Nil
Nil
ACM (including PTR U Zfin Malta)
Nil
Nil
Nil
Festivals Malta
Nil
Nil
Nil
Heritage Malta
Persuna wahda
Principal Officer (Finance)
Infurmat li s-Sinjura de quo ġiet impjegata awtomatikament wara li l-Malta Centre Restoration ġie assorbit minn Heritage Malta fl-2005
Heritage Malta
Persuna wahda
Principal Officer (IT, IS & Innovation )
Infurmat li l-persuna de quo kien impjegata b’sejħa pubblika.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti
Nil
Nil
Nil
VCA
Nil
Nil
Nil
PBS
Nil
Nil
Nil
Malta Libraries
Nil
Nil
Nil
St John’s Co-Cathedral Foundation
Nil
Nil
Nil
SCH
Nil
Nil
Nil
Fondazzjoni Centru Kreattivita
Nil
Nil
Nil
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi se jittieħdu sabiex dak li hu magħruf bħala Ġnien Bormla jiġi kkurat aħjar, jissaqqa u jkun hemm aktar siġar imħawwlin fih?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti l-Gvern Lokali – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Kunsilli lokali – Skema ta’ restawr ta’ postijiet/monumenti storiċi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il Kunsill Lokali applika għall-iskema dwar Restawr ta’ Postijiet/Monumenti Storiċi f’Malta 2022/2023? Liema kienu dawk il-kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex li applikaw? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ma ġewx aċċettati u x'inhi r-raġuni għal dan f'kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Total ta' Kunsilli Lokali li applikaw - 15-il Kunsill Lokali
Lista ta' Kunsilli Lokali li applikaw
Lista ta' min ġie aċċettat
Lista ta' min ma ġiex aċċettat
Raġuni għala ma ġietx aċċettata
Tarxien
Tarxien
Xgħajra
Xgħajra
Rabat
Rabat
Poala
Poala
Ineligible as proposal was not in conformity with Section 3.i. of the application. (i.e owner’s consent to the execution of works was not submitted)
San Ġwann
San Ġwann
Żejtun
Żejtun
Għargħur
Għargħur
Marsaskala
Marsaskala
Kirkop
Kirkop
Fgura
Fgura
Ħaż-Żebbug
Ħaż-Żebbug
Żurrieq
Żurrieq
Santa Venera
Santa Venera
Ħal Lija
Ħal Lija
Birkirkara
Birkirkara
Ineligible as proposal was not in conformity with Section 3.i. of the application. (i.e. owner’s consent to the execution of works was not submitted)
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2684 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapital u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm nefaq fit-tiswija tal-lift ta' Bieb il-Belt minn mindu fetaħ għall-użu pubbliku? Jista' jgħid kemm-il darba kellu ħsara minn mindu fetaħ għall-użu pubbliku? Jista' jgħid ukoll jekk għandux il-ħsieb li l-lift jibqa' pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar – Buġibba — Dawret il-Gżejjer – żbir ta’ pjanti u siġar
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex jinżabru l-pjanti, siġar, eċċ li jinsabu f’Dawret il-Gżejjer, Buġibba, San Pawl il-Baħar, hekk kif minħabba fihom mhux qed ikun possibbli li n-nies ipoġġu fuq il-bankijiet li hemm fl-istess promenade kif ukoll qegħdin inaqqsu mill-wisa’ aċċessibbli tal-bankina, liema xogħol kien għadu ma sarx sa meta saret din id-domanda parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li ġaladarba huwa rrakkomandat li ż-żbir tas-siġar u pjanti jsir fix-xhur tax-xitwa, dan ser isir fiż-żmien opportun.
Kunsilli Lokali — Każ quddiem il-Bord tal-Governanza
Question
B’referenza għall-każ li jinsab quddiem il-Bord tal-Governanza u li d-dettalji tiegħu qed jiġu mgħoddija b’mod separat, jista’ l-Ministru jgħid:
a. Għaliex l-aħħar seduta fuq dan il-każ saret f’Diċembru 2021 u s’issa, 10 xhur wara, jidher li ma nstema' xejn iktar;
b. jara li dan il-każ jingħalaq;
c. jaħseb li huwa ġust u sewwa li każ quddiem bord imwaqqaf bl-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap. 363) iħalli għaxar xhur lill-partijiet ikkonċernati f’għama totali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li jien naqbel mal-massima li l-ġustizzja trid mhux biss issir imma tidher li qed issir. Għalhekk, waqt li rridu nħallu lill-istituzzjonijiet jaħdmu bis-serenità meħtieġa, tajjeb li nappellaw biex ikunu spediti fil-ħidma tagħhom.
Film Jurassic World Dominion – spiża totali għall-premiere
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm kienet l-ispiża totali tal-press junket, atturi u crew tal-film Jurassic World Dominion li kienet preżenti f’Malta għall-premiere tiegħu, inkluż titjiriet, akkomodazzjoni, catering, trasport u spejjeż oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Film Jurassic World Dominion – coverage tal-premiere f’midja internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta rapport iddettaljat tal-coverage li bbenefika minnu pajjiżna fil-midja internazzjonali permezz tal-press junket li nġieb Malta għall-premiere tal-film Jurassic World Dominion?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2372, jista’ l-Ministru jgħid min jorganizza r-Rockestra?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif diġà ġie indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 2372, il-kunċert Rockestra ma jiġix organizzat mill-Ministeru jew minn xi entità fi ħdanu.
Biennale Ta’ Venezja 2022 — Parteċipazzjoni Ta’ Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
a. Min kienet il-ġurija jew il-bord (lista ta’ ismijiet u kunjomijiet) li ddeċieda liema grupp jirrappreżenta lil Malta fil-Biennale ta’ Venezja 2022?
b. X'kienet il-kompetenza ta' dawn il-persuni li ntgħażlu biex ikunu fit-tali bord jew ġurija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht:
·
Rugilé Barzdžuikaité -
Artista Litwana. Irrappreżentat lil pajjiżha fit-58 edizzjoni tal-Biennali tal-Arti Kontemporanja ta’ Venezja. Fost diversi premjijiet internazzjonali rebħet il-Golden Lion Award tal-Festival Ċinematografiku ta’ Venezja bl-opra-prestazzjoni Sun and Sea. Hija wkoll produttriċi ċinematografika u direttriċi teatrali.
·
Toni Sant
- Akkademiku Malti. Bħalissa Direttur tad-Digital Curation Lab tal-Università ta’ Salford, Manchester. Serva wkoll fil-kariga ta’ Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv tal-Belt Valletta.
·
Matthew Joseph Casha
- Perit tal-Padiljun ta’ Malta fil-Biennale ta’ Venezja 2019.
·
Ri Chakraborty
- Produttriċi eżekuttiva u kap editriċi. Rebħet diversi premji għall-ħidmiet fuq dokumentarji u films fil-livell globali.
·
Rupert Cefai
- Artist viżiv. Chairman ta’ Fondazzjoni Kreattività mill-2013.