abbozz ta' liġi — guardianship ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li f'din il-leġislatura jħejji abbozz ta' liġi dwar il-guardianship ta' persuni b'diżabilità?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita ħejjiet abbozz fuq il-liġi dwar il-guardianship ta' persuni b'diżabilita. Fil-preżent għaddejja diskussjoni bejn il-Ministeru tiegħi, il-Kummissjoni u l-uffiċju tal-Avukat Ġenerali biex tittieħed deċizjoni jekk il-Gvern għandux jkompli bit-tħejjija ta' dan l-abbozz. Din id-diskussjoni qed tieħu konsiderazzjoni fatturi oħrajn fosthom il-bżonn ta' liġi ġdida dwar is-Saħħa Mentali u l-obbligi li Malta se jkollha meta nirratifkaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilita.
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettqet il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja sa mit-twaqqif tagħha ftit xhur ilu?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Kummissjoni Nazzjonali Familja ddiskutiet azzjonijiet diversi li tista’ tieħu fuq il-bażi tas-tisħiħ tax-xogħol tagħha fil-pass reċenti u l-bżonnijiet preżenti. Ġie evalwat u tkompla l-proġett ta’ ħidma f’komunitajiet vulnerabbli bi sħab mal-Fondazzjoni San Jeanne Antide. Fil-futur qarib se tħabbar l-ewwel attivita’ pubblika tagħha: Seminar pubbliku bbażat fuq it-tnedija ta’ żewg pubblikazzjonijiet ġodda ta’ riċerka tal-Kummissjoni. Iktar ‘il quddiem se jitħabbru iktar inizjattivi nazzjonali.
Sptar Mater Dei — ħaddiema ta' nazzjonalità barranija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni baranin impjegati bħala medics u paramedics fl-Isptar Mater Dei? Ta' liema nazzjonalità huma dawn il-persuni u x'inhu l-impjieg tagħhom rispettivament?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tobba li bħalissa qed jaħdmu mal-Gvern u li jagħtu s-servizz tagħhom fil-polikliniċi f'Malta? Jista' jagħti tagħrif dwar x'tip ta' servizz jingħataw mill-polikliniċi differenti?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' anzjani li jirċievu l-pensjoni li joqgħodu f'kull waħda mill-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li numru ta’ anzjani li joqgħodu f’kull waħda mill-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali li jirċievu xi tip ta’ pensjoni mid-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
appartamenti tal-gvern — ilmenti fuq ħmieġ fil-partijiet komuni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5275 u jgħid jekk hemmx arrangamenti għal residenti f'appartamenti tal-gvern mogħtija għall-kiri li jridu jagħmlu ilmenti dwar ħmieġ u akkumulazzjoni ta' imbarazz fil-partijiet komuni tal-appartamenti fejn qed jgħixu trabi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li peress li l-Awtorita’ tad-Djar ma hiex is-sid ta’ l-appartamenti tal-Gvern, il-Mistoqsija l-aħjar issir lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5356, jista' l-Ministru jgħid:
1. jekk in-numru ta' impjegati f'kull poliklinika jinkludix ukoll dawk fil-bereġ li jaqgħu taħthom?
2. liema huma l-bereġ li jaqgħu taħt kull poliklinika?
3. kemm hu n-numru ta' impjegati u xi grad huma f'kull berġa?
4. jekk in-numru ta' pazjenti li attendew kull poliklinika jinkludix ukoll il-pazjenti li attendew il-bereġ li jaqgħu taħthom u jekk fl-affermattiv kemm kienu dawk li attendew f'kull berġa?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1768, jista' l-Ministru jagħti l-lista tal-persuni li għamlu użu miċ-Ċentri tas-Saħħa u l-Bereġ matul l-2008 u jekk iċ-ċifri mogħtija fid-dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mal-istess mistoqsija parlamentari humiex korretti ez. l-Imġarr fl-1998 u fl-2001 għamlu użu miċ-Ċentru tas-Saħħa/Berġa 7,116 u 90,096 persuna rispettivament?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li ma tinżammx statistika dwar il-bereġ ta’ Għawdex peress li dawn jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Informat ukoll li minbarra t-tqassim tal-mediċini mill-ispiżeriji, iċ-ċentri tas-saħħa u l-bereġ joffru diversi servizzi oħra. Għalhekk m’hemm l-ebda ħsieb li jingħalqu dawn iċ-ċentri meta tidħol fis-seħħ l-iskema ta’ l-iSpiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek ma’ Malta u Għawdex kollha.
Liġijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk l-OHSA hijiex responsabbli mill-infurzar tal-Liġijiet dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u dan fir-rigward ta' proċeduri relatati ma' nirien fuq postijiet tax-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Awtorita hija biss waħda minn diversi entitajiet regolatorji responsabbli li jaraw li f’postijiet tax-xogħol ikun hemm miżuri u proċeduri adekwati relatati mal-prevenzjoni ta’ nirien fuq il-post tax-xogħol, u għal dawk il-proċeduri meħtieġa biex jitnaqqsu l-effetti fil-każ li jkun hemm xi nirien.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2783, 4071, 4566 u 5196 u jgħid kemm hemm casual social assistants fil-Ministeru tiegħu u jaqsamhom:
(i) skond ix-xogħol li kienu jagħmlu fl-aħħar ta’ Awwissu 2007 u fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena u
(ii) skond is-sigħat fil-ġimgħa li kienu jaħdmu f’Awwissu 2007 u f’Awwissu ta' din is-sena?
Jista’jgħid kemm hemm anzjani f’Malta li qed jingħataw servizz ta’ kura fi djarhom? Jista’ jgħid hemmx applikanti anzjani għal servizz ta’ kura fi djarhom u li għadhom ma ngħtawx dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjoni? Hemm anzjani li m'għandhomx is-sigħat ta’ servizz li approvalhom il-bord? Kemm huma? Kemm sigħat approva l-bord u kemm sigħat ta’ servizz għandhom?
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll għaliex din l-informazzjoni ilha erba' xhur biex tinġabar? X’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Part Time Social Assistants li jaħdmu fil-komunita’ jaħdmu massimu ta’ 30 siegħa fil-ġimgħa, imma dawn jista’ jvarjaw f’eventwalita’ li xi servizz jieqaf minħabba diversi raġunijiet.
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dħul għall-gvern minn servizz residenzjali finanzjat mill-istat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5191, 4564, 4068 u 2780 u jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar?
Jista’ jgħid il-Ministru għaliex din l-informazzjoni ilha erba' xhur biex tinġabar? X’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li informazzjoni għall-ewwel parti tal-Mistoqsija għadu qed jinġabar.
L-informazzjoni mitluba għat-tieni parti tal-Mistoqsija ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Ministeru milli jiffinanzja proġett ta' ħidma mir-Razzett tal-Ħbiberija għal servizz terapewtiku u rikreattiv għal 400 persuna diżabbli li jattendu l-Adult Training Centre, liema servizz lest jiġi provdut mir-Razzett tal-Ħbiberija bl-ispiża żgħira ta' €50,000?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-offeta magħmula mir-Razzett tal-Ħbiberija ma tilħaqx l-aspettatvi u l-esiġenzi tas-servizz tad-‘Day Centres’ (Adult Training Centres) u l-klijenti li jattendu dawn iċ-Ċentri. Fil-fatt bħalissa qed isuru diskussjonijiet mar-Razzett tal-Ħbiberija fuq kif il-bżonn tal-klijenti taċ-Ċentri u l-esiġenzi tas-servizz jistgħu jintlaħqu. Kull ftehim finanzjarju mar-Razzett tal-Ħbiberija irid jirrifletti dan il-bżonn u jrid isir ukoll fil-limiti tar-risorżi finanzjarji disponibli.
Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament jistax jixtri iċ-ċens? Jekk fl-affermativ, x'inhi l-proċedura li jrid isegwi?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-persuna kkonċernata ffirmat il-kuntratt ta’ l-enfitewsi ma’ l-Awtorita’ tad-Djar fil-15 ta’ Jannar 1985. Dan il-kuntratt jistipola illi wara l-għeluq ta’ 25 sena minn din id-data, jiġifieri fil-15 ta’ Jannar 2010, iċ-ċens jiżdied bi 15% u jkun jista’ jinfeda ċ-ċens. Għalhekk wara l-15 ta’ Jannar 2010, il-benefiċċjarju jista’ jikkuntattja l-Awtorita’ tad-Djar biex jinfeda ċ-ċens.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qed ikun hemm każi li fejn persuni li jmorru jiġbru l-ħrieqi mid-dipartiment qed jgħidulhom li m'hemmx biżżejjed? Qed nibgħatlek separatament każ ta' persuna b'diżabilità li meta marret biex tiġbor 84, ingħatat biss 15?
Awtorità tad-Djar — xiri ta' proprjetà ssusidjata.
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu applikazzjonijiet għall-aħħar sejħa ta' xiri ta' proprjetà sussidjata maħruġa mill-Awtorità tad-Djar, liema sejħa għalqet nhar il-Ġimgħa 16 ta' Jannar 2009?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-iskema ta’ bejgħ ta’ proprjeta’ għadha miftuħa sat-30 ta’ Jannar. L-informazzjoni mitluba tingħata wara din id-data.