Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Malti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer tal-Malti u
b. visiting lecturer tal-Malti
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Ingliż
Question
Jista’ l-Ministru jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer tal-Ingliż u
b. visiting lecturer tal-Ingliż
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers tal-Ekonomija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer tal-Ekonomija u
b. visiting lecturer tal-Ekonomija
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Università ta' Malta — Ingaġġ ta' lecturers fil-Fakultà tal-Liġi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti, separatament, kemm-il ingaġġ ta':
a. lecturer fil-Fakultà tal-Liġi u
b. visiting lecturer fil-Fakultà tal-Liġi
għamlet l-Università ta' Malta mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Skejjel primarji tal-Istat – LSEs li m’għandhomx l-O'Level fil-Malti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm LSEs fl-iskejjel primarji tal-Istat li m’għandhomx l-O'Level (tal-MATSEC) fil-Malti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li r-rekwiżiti għall-ingaġġ ta’ LSEs min żmien għal żmien inbidlu, illum kull LSE għandu r-rekwiżiti meħtieġa kif imwieġeb diġà fil-mistoqsija parlamentari 16216.
Skejjel primarji tal-Istat — Għalliema li rriżenjaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema (fil-grad ta' Teacher) li rriżenjaw mill-iskejjel primarji tal-Istat fit-tieni term tas-sena skolastika attwali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Skejjel medji u sekondarji tal-Istat — Għalliema li rriżenjaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema (fil-grad ta' Teacher) li rriżenjaw mill-iskejjel medji u sekondarji tal-Istat fit-tieni term tas-sena skolastika attwali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16405.
Skejjel — evacuation chair għal persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15799, 16554, 17071 u 17377 u jgħid f'liema skejjel hemm evacuation chair li jista' jintuża minn persuni b'diżabilità f'każ li jkun hemm nirien fis-sular ta' fuq tal-istess skejjel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel għandhom proċeduri stabiliti skont il-Health & Safety Unity, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-pool tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi għal dawn l-aħħar xhur mhuwiex jintuża bl-istudenti jkollhom imorru f'faċilitajiet oħra biex jipprattikaw l-għawm, filwaqt li anzjani Siġġiwin qegħdin jiġu mċaħħda minn dan is-servizz li kien jiġi offrut?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li jmiss għat-trasport tal-iskola hux ser jinbidel jew hux ser jiġi estiż kif inhu? Jekk ser jinbidel, jista’ jgħid x'inhuma t-tibdiliet li ser iseħħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Mobile jew Telephone Line Allowances
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fis-Segretarjat tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?
In-Naaxxar — Induction Hub tal-Migrants Learner Unit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan fl-immedjat tal-Gvern għall-iskola sekondarja tal-Induction Hub tal-Migrants Learner Unit fin-Naxxar, li minħabba x-xogħlijiet li għaddejjin fuq il-bini ta’ grawnd tal-futbol, m’għandhiex post fil-miftuħ għar-rikreazzjoni tal-istudenti? Jista’ jgħid ukoll hemmx xi pjan li din l-istess skola tiġi rrinovata, għaliex parti minnha ma tistax tintuża, hemm diversi twieqi mkissrin, m’hemmx lift, nieqsa minn kmamar kbar biżżejjed, fiha klassijiet mingħajr interactive whiteboard u diversi nuqqasijiet oħra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan tal-iskola, bħal kull skola oħra, hi li dejjem tagħti servizz utli lill-istudenti li jattendu fiha.