Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #11202 Sitting 250 2019-10-07 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Malta Air Travel Ltd – helicopter bejn Malta u Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm, minn l-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena, dwar is-sejħa pubblika li kienet ħarġet mill-Malta Air Travel Ltd (Malta Medair) liema sejħa kienet dwar proposti sabiex jingħażel operatur li jipprovdi servizz ta’ helicopter bħala air link bejn Malta u Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għas-servizz ta’ ħelikopter bejn Malta u Għawdex miexi.
Leg 13 PQ #11287 Sitting 250 2019-10-07 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – bini ta’ binjiet mill-Awtorità tad-Djar – binjiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, minn wara l-elezzjoni tal-2013 sal-lum, kemm inbnew binjiet (housing) mill-Awtorità tad-Djar fil-gżira Għawdxija?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara snin sħaħ fejn l-amministrazzjoni preċedenti f’25 sena ma bniet l-ebda post ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Għawdex, dan il-Gvern għaddej bix-xogħol biex tinbena blokka ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-gżira Għawdxija.
Leg 13 PQ #10730 Sitting 249 2019-07-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn Għawdex – Toroq Santa Marija u Qbajjar — pjanijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9474, tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu l-pjanijiet għat-toroq Santa Marija u Qbajjar f’Marsalforn, Għawdex peress li dawn jinsabu fi stat ħażin ħafna peress li huma toroq li minnhom jgħaddi ħafna mit-traffiku li jkun sejjer għal Marsalforn? Tista’ tgħid jekk it-tenders ġewx imħejjija u tlestewx? Ħarġux u jekk ġewx awarded?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninofrma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru s-surveys tekniċi.
Leg 13 PQ #10731 Sitting 249 2019-07-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Raba’ vapur tal-Gozo Channel – ikliet lill-crew

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk il-crew ta' nazzjonalità barranija li qed jopera r-raba' vapur mikri mill-Gozo Channel bejn Malta u Għawdex, qiegħedx jingħata ikliet b’xejn ta' kuljum imħallsa mill-Gozo Channel? Jekk iva mingħand liema kumpanija/stabbiliment qiegħed jinxtara dan l-ikel? Tista’ tgħid kif intgħażlet u kemm qiegħda titħallas din il-kumpanija/stabbiliment biex tipprovdi dan l-ikel ta' kuljum?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gozo Channel mhix tagħti ikliet b’xejn kuljum imħallsa mill-istess kumpanija.
Leg 13 PQ #10732 Sitting 249 2019-07-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Master Plan tal-Pjazza tax-Xagħra

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9303, tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-Master Plan tal-Pjazza tax-Xagħra u tgħid jekk irċevitx xi tip ta' informazzjoni mingħand il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, peress li fil-laqgħat tal-kunsill qed jingħad li dan qed isir u jitmexxa mill-Ministeru għal Għawdex? Tista’ tagħti timeframes ta’ x'inhu ppjanat li jsir fuq dan il-Master Plan u meta hu ppjanat li jitlesta?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà hemm laqgħa skedata biex tiġi diskussa din il-materja.
Leg 13 PQ #10733 Sitting 249 2019-07-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett Għawdex – lista ta’ toroq

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tieni lista ta' programmi ta’ toroq taħt Proġett Għawdex? Tista’ tgħid kemm-il tender ħarġu sa issa, kemm ġew awarded u jekk bediex ix-xogħol fuqhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 10735
Leg 13 PQ #10735 Sitting 249 2019-07-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett Għawdex — press release

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9653 u tagħti lista tal-ħamsin triq li skont il-Press Release maħruġa fit-18 ta' Marzu 2019, ingħata bidu għalihom minn Proġett Għawdex f'Għawdex? Tista' tgħid f'kull każ fejn wasal ix-xogħol fuq dawn it-toroq u meta hu mistenni li kull triq tkun lesta?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li issa l-lista ta’ toroq żdiedet u l-informazzjoni hi kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #10858 Sitting 249 2019-07-17 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Triq li mir-Rabat twassal għax-Xagħra — lampi

Question

Tista' l-Ministru tgħid għalfejn il-lampi tat-triq li mir-Rabat twassal għax-Xagħra qed idumu żmien twil biex jinbidlu meta jinħarqu? In oltre, tista' tagħti d-dettalji ta' x'sistema ta' sorveljanza u manutenzjoni tal-lampi ta' din it-triq għandu l-Ministeru?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni ta’ dwal fl-imsemmija triq ma taqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #10677 Sitting 248 2019-07-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019, tista' l-Ministru tgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tagħha u Ministeri oħra? Tista' tindika liema huma dawn il-Ministeri?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-funzjoni tinqeda permezz tal-Human Trafficking Stakeholders’ Taskforce fi ħdan il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
Leg 13 PQ #10725 Sitting 248 2019-07-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Master Plan tar-Ramla – periti inkarigati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-periti/kumpanija ta' periti inkarigati mill-proġett tal-Master Plan tar-Ramla? Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija, x'esperjenzi u kwalifiċi għandhom fi proġetti marittimi u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija u kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s’issa u x’tip ta’ xogħol għamel/għamlet fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s’issa? Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas? Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Master Plan tar-Ramla matul is-sena 2019?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta’ konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu. Dawn il-konsulenti huma kollha mqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.
Leg 13 PQ #10726 Sitting 248 2019-07-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti u xogħlijiet – kumpanija/individwu

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8514 u tgħid fuq liema proġetti u xogħol ieħor qed jaħdem u ħadem l-individwu u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sena b'sena mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Kif intgħażel/intgħażlet din il-persuna/kumpanija biex jagħtu s-servizzi lill-Ministeru għal Għawdex u min approva li jintgħażel/tintgħażel din il-persuna/kumpanija u kemm qed jitħallas l-individwu/kumpanija għal kull siegħa xogħol li jagħmel u kemm-il siegħa xogħol għamel dan l-individwu/kumpanija s’issa u kemm tħallas s’issa u min awtorizza l-pagamenti f'kull każ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta’ konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu. Dawn il-konsulenti huma kollha inqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.
Leg 13 PQ #10679 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur — Għar ta' Mixta - preservazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-aħħar sentejn, il-Ministeru għal Għawdex ħax xi passi sabiex jassigura li l-Għar tal-Mixta, li jiġi fuq ir-riħ tal-bajja tar-Ramla fin-Nadur, jiġi preservat, peress li dan is-sit huwa wieħed mill-aktar postijiet li jintuża f'ritratti biex jiġi reklamat Għawdex u jinsab fi stat ta' abbandun?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-sit qiegħed jiġi gawdut u frekwentat kif inhu fl-istat naturali tiegħu minn eluf ta’ nies Għawdxin, Maltin u barranin. Bħal siti oħra simili għall-Għar ta’ Mixta, il-Ministeru għal Għawdex jintervjeni f’ċirkustanzi ta’ bżonn bħal ma’ dejjem intervjena f’sitwazzjonijiet oħra.
Leg 13 PQ #10692 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija Għawdex – Triq il-Pitkalija — xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li Triq il-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex għadha ma ġietx irranġata u msewwija u dan b'konsegwenza li qed tkun ta’ periklu kbir għan-nies li jużawha ta’ kuljum? Tista’ tgħid meta ser jiġu msewwija l-ħofor li hemm f'din it-triq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni fuq din it-triq issir ta’ spiss. Mhuwiex il-mument li ssir mill-ġdid peress li fil-viċinanzi għaddej proġett kbir ieħor li l-entratura għalih huwa mill-imsemmija triq.
Leg 13 PQ #10693 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – kuntratti pubbliċi

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull dipartiment u entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha mit 8 ta' Marzu 2013 sat-3 ta’ Ġunju 2017? Tista’ f’kull każ tgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b’direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x’tip ta’ xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari tirrekjedi ammont ta’ xogħol sostanzjali sabiex tinġabar.
Leg 13 PQ #10839 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Housing Estates ta’ Taċ-Ċawla — lifts

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm biex isiru lifts fil-Housing Estates ta' Taċ-Ċawla ġewwa r-Rabat? U jekk iva, meta?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru konċernat. Jiżdied jingħad li l-Ministeru għal Għawdex ser jibni blokka ġdida totalment aċċessibbli u ECO-friendly u diġa ġew ippublikati t-tenders.
Leg 13 PQ #10840 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Imġarr Għawdex — Park and Ride - Proġett

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett tal-Park and Ride għall-Imġarr?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett beda fi Frar ta’ din is-sena.
Leg 13 PQ #10841 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xlendi – xogħlijiet fuq il-Boat yard

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju waslu x-xogħlijiet fuq il-boat yard ġewwa x-Xlendi (il-post fejn soltu jitqiegħdu l-opri tal-baħar) u meta dawn huma skedati li jitlestew?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett qed isir minn fondi Ewropej li l-Ministeru għal Għawdex akkwista u l-proġett miexi skont it-timeline skedata.
Leg 13 PQ #10842 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xlendi – opri tal-baħar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-opri tal-baħar ġewwa x-Xlendi jiċċaqalqu minn ġewwa l-parkeġġ destinat għall-vetturi fejn jinsabu fil-preżent u f'każ li iva, meta ser jiġri dan u kif ukoll fejn se jitqiegħdu dawn?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proġett tax-Xlendi huwa maqsum f’diversi fażijiet; l-ewwel fażi hi r-riġenerazzjoni tal-boathouses li kważi lesta, it-tieni fażi hija d-drystanding area għad-dgħajjes li wkoll għaddejin ix-xogħlijiet fiha, u t-tielet fażi hi r-ri-organizzazzjoni tal-parkeġġ biex jiżdided l-ispazju. Dan ix-xogħol huwa skedat għal wara s-sajf.
Leg 13 PQ #10843 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Vapuri tal-Gozo Channel – livell ta’ emissjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji tal-livell ta' emissjonijiet ta' dħaħen tal-vapur mikri mill-Gozo Channel dan l-aħħar meta paragunat mal-vapuri l-oħrajn tal-istess Gozo Channel? Qed jittieħdu xi miżuri fir-rigward ta' dawn l-emissjonijiet?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-magni tal-MV Nikolaos huma Caterpillar EURO V.
Leg 13 PQ #10639 Sitting 246 2019-07-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — promozzjonijiet ta' Supervisors

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet ta' Supervisors fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex xahar b'xahar mit-3 ta-Ġunju 2017 sal-lum? Kif ukoll tista’ tgħid għal kull wieħed u waħda minn dawn is-supervisors, kemm kien ilhom jaħdmu maċ-Ċivil u kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.